Archive

Archive for the ‘Opinion’ Category

Pawża Eurovision

May 10, 2011 Leave a comment

Aħna tal-Mazzun apparti ruħ waħda u moħħ wieħed, par għajnejn u par widnejn biss għandna, allura ddeċidejna li għal ftit sigħat insegwu dak iċ-ċirku suppost mużikali magħruf bħala Eurovision Song Contest biex nappoġġjaw lil Glen forsi nara is-Sibt ikun preżenti għall-finali. Awguri Glen u j’alla kulħadd isegwik u jieħu pawża minn dan l-imbierek/misħut ta’ referendum dwar id-divorzju!

Categories: Opinion Tags: , ,

L-HAMES PARTI – U mhiex problema daqshekk serja!

May 10, 2011 Leave a comment

Hemm zewg modi kif jista’ jitnaqqas il-gravita’ ta’  l-assalt sesswali fuq it-tfal mill-klerici u jidher li l-Knisja Kattolika taqbel mat-tnejn.

L-ewwel argument inaqqas il-problema billi jinsisti li l-pedofilija mhiex serja ghax tinvolvi biss ftit qassisin u ftit incidenti isolati.

It-tieni argument li hu aktar tal-biza’ hu  li l-abbuz tat-tfal mhux daqshekk perikoluz jew importanti. Read more…

1961-2011: L-Infern ma nbidilx, il-Knisja lanqas, f’50 sena

May 10, 2011 Leave a comment

Infern f'Malta 1961-2011Aħna tal-Mazzun għandna ftit sens ta’ l-istorja ta’ Malta. Nafu minn xhiex għadda l-poplu Malti biex bena lil dan il-pajjiż. Ħadd ma jista’ jiċħad il-fatt li Malta saret pajjiz modern wara t-Tieni Gwerra Dinjija, wara li ħadna l-Indipendenza, wara li sirna Repubblika. Hawn min jgħid li bid-dħul ta’ Malta fl-EU se nkomplu navvanzaw. Pero’ waħda mill-ġrajjiet li tajjeb niftakru fiha, li kienet ġrajja tassew importanti fil-mixja ta’ l-iżvilupp ta’ pajjiżna, kienet il-ġlieda politiko-reliġjuża tas-Snin 60. Kumbinazzjoni f’kull pajjiz zviluppat tal-Punent kien hemm mument fl-istorja fejn is-saħħa tal-knisja lokali kellha tiġi ridimensjonata biex il-pajjiż jiżviluppa f’sens modern.

F’Malta t-taqtigħa bdejn is-sekulariżmu progressiv u l-konservattiviżmu tal-Knisja bdiet fis-Snin 20 u 30, waqfet għal żmien il-gwerra, u tkompliet 50 sena ilu meta bdiet it-tieni parti tat-tilwima bejn il-forzi sekulari ta’ pajjiżna u l-Knisja li ma ridetx tagħraf is-sinjali taż-żminijijet ta’ wara l-gwerra.

Sfortunatament illum waqt id-dibattitu jaħraq dwar l-introduzzjoni ta’ divorzju SEKULARI reġa’ tfaċċa l-ispettru tal-ġlieda politiko-reliġjuża. Iva niktbuha b’ittri kbar dil-kelma SEKULARI għaliex ma nistgħux nifhmu kif il-Knisja Kattolika Maltija mhux qed tagħraf is-sinjali taż-żminijiet lanqas illum u taħseb li għadna ngħixu fis-Snin 60 u tbeżża’ bl-Infern lil min irid idaħħal jew jappoġġja inizjattiva purament SEKULARI, għax ħadd mhu qed jissuġġerixxi fl-ebda ħin li d-divorzju SEKULARI jkun imponut fuq żwiġijiet reliġjużi. Imma ara l-Knisja Kattolika Maltija, trid timponi lilha nnifisha fuq iż-żwieġ ċivili. Read more…

IR-RABA’ PARTI – Ftit hemm qassisin pedofili?

May 9, 2011 Leave a comment

Damu 25 sena jahbu l-pjaga tal-pedofilija fil-Knisja

Snin ilu, il-Gerarkija tal-Knisja Kattolika kienet tinsisti li jezistu ftit qassisin pedofili u li din il-kwistjoni kienet qed tigi minfuha zzejjed bhala biex taghmel hsara lill-Knisja Kattolika.

Ghal hafna zmien, kull ahbar ta’ pedofilija klerikali li kienet tispicca fil-midja kienet tigi deskritta bhala sensazzjonalizmu mill-Papa Qaddis Gwann Pawlu II. Hu flimkien mal-kardinali tieghu fosthom Ratzinger dawru n-nies kontra dawn id-djar tal-midja minflok ma’ attakkaw lill-qassisin li kienu qed jikkommettu dawn il-hnizrijiet.

Read more…

Mullahs in our midst | MaltaToday

May 9, 2011 Leave a comment

Kemm il-Knisja vera thobb lill-uliedna?

May 8, 2011 Leave a comment

IT-TIELET PARTI – FIL-KNISJA MHUX KULHADD INDAQS

It-toleranza li l-Knisja Kattolika ghandha lejn il-qassisin pedofili ma testendihiex ghal kontroversji ohra bhall-omosesswalita’ fost il-qassisin, iz-zwieg tal-qassisin u l-qassisin nisa. Ma nistghux ma nsemmux dawk il-qassisin radikali li sfidaw il-gerarkija konservattiva tal-Knisja fl-Amerka t’Isfel bit-teologija tal-liberazzjoni u li spiccaw iccensurati u ma jistghux jifthu halqhom. Hawn Malta l-istess, araw x’ghamlulu lill-Patri Mark Montebello!

U xi nghidu fuq dawk il-qassisin li qed jahdmu biex il-Knisja tnehhi l-ideat immuffati li ghandha fuq il-kontracezzjoni, li lesti jippresiedu fuq zwieg bejn l-istess sessi u li jemmnu li n-nisa ghandhom jinghataw l-istess drittijiet ta’ l-irgiel fil-knisja u jithallew isiru sacerdoti? Dawn kollha jispiccaw iccensurati jew aghar minn hekk, jeqirdulhom il-karriera taghhom u jigu nvestigattiv bl-aktar mod ahrax mis-superjuri taghhom.

Read more…

Kemm il-Knisja vera thobb lill-uliedna?

May 7, 2011 Leave a comment

T-TIENI PARTI – IL-PROTEZZJONI TAL-MOSTRI

Bhalma jaf kulhadd, ghall-eghxieren ta’ snin, is-superjuri tal-Knisja ripetutament  ghazlu li jinjoraw il-krib ta’ dawk l-innocenti li sfaw torturati minn qassisin pedofili.

F’hafna kazijiet, l-akkuzati gew mibghuta bil-mohbi f’xi parrocca mbieghda fejn sabu eghlieqi godda t’innocenti li setghu jabbuzaw. Xi haga li grat f’pajjizna xi ftit ilu meta nstab li ntbaghat qassis f’parrocca li meta kien barra gie akkuzat b’abbuz tal-minoreni.

Din il-kultura ta’ habi fil-Knisja baqghet ghaddejja ghal hafna snin u giet prattikata b’konsistenza minn djocesi wara l-ohra F’pajjiz wara l-iehor. Dan juri bic-car li kienet policy maghmula apposta mill-awtoritajiet tal-Knisja biex jipprotegu isem ir-religjon Kattolika.

Read more…

Gordon-John Manche tkomplix troxx il-firda!

May 7, 2011 16 comments

U dan Gordon-John jobghod l-omosesswali!?

Ftit ilu, kellna lill-Angelik li l-mirakli li qed jaghmel lanqas Lourdes qatt ma raw bhalhom. Dehriet tal-Madonna, shab jaqbez u jixghel, ilma hiereg mill-blat, pjagi ta’ Kristu, statwi jcarcru d-demm tieghu stess, zejt tal-kcina u d-dmugh tal-kukkudrilli … insomma dan Angelik ghandu minn kollox u da’ l-ahhar haseb biex jinghaqad mal-banda tal-‘Le’ Kontra d-Divorzju forsi jaghtihom xi naqra kredibilita’!

Imma l-bierah smajna b’gwapp gdid, Gordon-John Manche li hallieh ikecci x-xjaten, ifejjaq il-mmorda u b’miraklu tassew kbir u uniku—jaqleb il-gays u jaghmilhom straight.

Read more…

Kemm il-Knisja vera thobb lill-uliedna?

May 6, 2011 Leave a comment

Is-sitt punt tal-Knisja kontra d-divorzju jurtana hafna lilna tal-mazzun ghaliex huwa punt li juri l-ipokrezija grassa tal-Knisja Kattolika. Dan il-punt isostni li jekk il-fidili jivvotaw favur id-divorzju ma jhobbux il-familja u lill-uliedhom.

Il-mistoqsija li se nistaqsu l-Knisja hija din: Min ihobb lill-uliedu l-aktar? Min jixtieq li jibnilhom futur biex jekk ma jirnexxix iz-zwieg taghhom ikollhom it-tieni cans isibu xorti jew min qatta’ eluf ta’ snin jabbuza t-tfal u jkisser il-familji bl-Inkizizzjoni, bl-Interdett, bid-Dnub il-Mejjet, l-Exkomunika u mitt metodu iehor ta’ tortura fizika u psikologika?

F’dawn l-ahhar snin min kaxkar saqajh biex isolvi l-problema tal-pedofilija minn qassisin predaturi li jattakkaw u jassaltaw lil dawk li l-innocenti li l-inqas li jistghu jipprotegu rwiehhom?

IL-KNISJA KATTOLIKA!

Read more…

It-Tnax il-Punt tal-Misthija

May 5, 2011 Leave a comment

Ahna tal-mazzun hsibna biex naghtu harsa hafifa lejn it-tnax-il punt li ppublikat il-Knisja kontra d-dhul tad-divorzju.

Mara msawta trid tibqa' taqla' minghand ir-ragel skond il-Knisja Maltija u taz-Zwieg Bla Divorzju

1.         Jekk in-nisa msawta jinghataw il-jedd li jergghu jizzewgu, l-istess jedd jinghata lill-irgiel abbusivi taghhom.

Il-Knisja Kattolika qatt ma kellha xi rispett lejn in-nisa. Eva waqqghet lil Adam fid-dnub, lill-Madalena biddluha f’qahba u n-nisa fil-Bibja jew impingija bhala midinbda jew gwejda bla sinsla sottomessi ghall-irgiel taghhom. Ghalhekk ma nistghagbux li ghadhom jirraguna bl-istess mod – li n-nisa ghandhom jibqghu jsofru minhabba l-imgieba ta’ l-irgiel vjolenti taghhom ghax huma waqqghu lil Adam fid-dnub u gabu s-sahta fuq l-Umanita’.

Jekk inti persuna b’rasek fuq ghonqok malajr se tistaqsi kemm il-Knisja qed tkun gusta man-nisa b’dan it-tip t’argumenti gej mill-antik testment.

Heq, xi trid taghmel?

Jekk ir-ragel kull filghaxija jmeghkek u jibblakkalek ghajnejk, hu pacezja u accetta kollox ghax jekk titilqu jaghmel hekk lil xi mara ohra!

Read more…

Ghadna qed nghixu fil-Gagga

May 4, 2011 Leave a comment

L-ahbar tal-mewt tal-awtur Malti Frans Sammutl-Erbgha 4 ta’ Mejju hasdet lil bosta, ghaliex ma kinetx mistennija. Wiehed mill-aqwa awturi tal-letteratura Maltija kontemporanja, Sammut jibqa’ mfakkar ghal bosta rumanzi, ewlenin fosthom “Il-Gagga” li hareg fl-1971. Filwaqt li ahna tal-Mazzun nilqghu l-ahbar tal-mewt ta’ Frans Sammut b’soghba kbira, ma nistghux ma nirrimarkawx il-fatt ironiku li din sehhet fi zmien id-dibattitu jahraq tar-referendum dwar id-divorzju civili li tefa’ lill-pajjiz fl-istess atmosfera li huwa propju ttrattat fir-rumanz “il-Gagga”. Sfortuna ikbar hija li 40 sena wara nkteb ir-rumanz, hemm bosta li qed jahsbu li l-gheluq, l-ghanqbut u l-konservattivizmu imsemmija f'”Il-Gagga” ghadhom jahkmu lil Malta.

Il-Gagga - film ta' Mario Philip Azzopardi ibbazat fuq ir-rumanz ta' Frans Sammut li jgib l-istess isem

Read more…

Categories: Opinion Tags: , , ,

MINN GONZI GĦAL GONZI JEW ‘NO WIN SITUATION’!

May 3, 2011 Leave a comment

Ergajna lura ghal zmien l-Arcisqof Gonzi

Il-kampanja tad-divorzju kull ma tmur aktar tihrax u l-Knisja Maltija qed turina li ma tantx inbiddlet minn nofs seklu iehor: tittanta taghlaq halq lil min ma jaqbilx maghha billi taqtaghlu l-hobza ta’ kuljum, tippriedtka messaggi ta’ intoleranza mill-pulptu u l-artal; titterorizza l-anzjani billi ma tqerrhomx jew ma tqarrbinhomx ghax isostnu li se jivvotaw “iva” fir-referendum ghad-divorzju; jerrgghu johorgu jghidu li min jivvota favur id-divorzju jkun qed jaghmel dnub; jinghaqdu bis-shih mal-PN biex imexxu l-kampanja ta’ kontra d-divorzju flimkien … u rridun naraw biex hergin aktar! Read more…

X’sar minnu l-President ta’ Malta?

May 2, 2011 1 comment

President George AbelaIl-President ta’ Malta George Abela naqqas ħafna mill-preżenza pubblika tiegħu fl-aħħar żminijiet. Fl-ewwel xhur tal-presidenza tiegħu kellu preżenza pubblika qawwija ħafna iżda donnu l-inċident li kellu ċ-Ċina meta weġġa’ dahru ħalla effett fuqu. L-aħħar aħbar li kellna tiegħu kienet li flimkien mas-Sinjura Abela kien sejjer fuq pellegrinaġġ Lourdes, fuq stedina ta’ l-Ordni Sovrana ta’ Malta. Kif jgħidu l-Inglżi, timing couldn’t be more perfect, għaliex filwaqt li qegħdin f’nofs kampanja taħraq tar-referendum dwar id-divorzju, il-President tar-Repubblika li dmiru huwa li jissolvelja l-iStat Malti, mar fuq żjara reliġjuża filwaqt li l-Knisja Kattolika Maltija tkompli tħarrax il-kampanja reliġjuża tagħha kontra l-proposta li jiddaħħal id-divorzju għal żwiġijiet ċivili f’Malta.

Read more…

Categories: Opinion Tags: , , ,

What manner of Catholicism is this? – timesofmalta.com

May 2, 2011 Leave a comment

The loony Nationalist Party | MaltaToday

May 1, 2011 Leave a comment

Kif jaraw lil Laurence Gonzi ta' l-European Voice.

The loony Nationalist Party | MaltaToday.

Categories: Opinion Tags: , ,