Home > Opinion > Il-Partit “Laburista” Tilef Ruħu!

Il-Partit “Laburista” Tilef Ruħu!

Partit ta' Gasan

Il-Partit Laburista sar il-Partit ta’ Gasan!

Qabel kulħadd jibda jgħajjar. Il-paġna tal-Mazzun dejjem kienet paġna favur il-Partit Laburista. Ibbakkjajna l-partit fil-ġlieda tad-divorzju, biex il-gays u t-transseswali jingħataw id-drittijiet tagħhom u fl-elezzjoni biex neħilsu minn wieħed mill-aktar gvernijiet korrotti u falluti li qatt kellha Malta.

Pero, aħna ma nilgħaqu lil ħadd u ngħiduha kif inhi. Il-PL tilef ruħu u mhux imbilli noqgħodu nagħmlu t-tejatrini fuq il-qabar ta’ Mintoff. Aħjar ngħidu x’kien jagħmel kieku Mintoff baqa’ ħaj u qed jara kif il-partit tiegħu ġie żarmat minn dak kollu li kien jagħmlu partit tal-ħaddiem; partit li fuq quddiem dejjem poġġa lill-fqir, lill-batut u lill-emarġinat. Partit li ġġieled bis-sħiħ lil ħnieżer li aktar ma jkollhom aktar iridu u l-qliegħ jagħmluh billi jeqirdu l-isbaħ partijiet tal-pajjiż u jirfsu fuq id-drittijiet tal-ħaddiema.

Tiftakru fil-wegħdi ta’ qabel l-elezzjoni li l-gvern ta’ Muscat jiġġieled kontra l-prekarjat?

X’għamel dal-gvern?

Kif tela’ qabad ma’ ftit kumpaniji żgħar tat-tindif u tas-sigurta’ u waqqafhom, u jrid ibellgħielna li qed jiġġieled il-prekarjat meta s-settur turistiku mifqugħ bil-prekarjat. Jiġi dak il-pulċinell tal-MHRA, Tony Zahra jgħidilna li ftit membri jiksru l-liġi, meta kull min jaħdem fit-turiżmu jrid jaħdem iljieli, ħdud u festi mingħajr ma jitħallas extra u jeżistu rati ta’ 4 euros fis-siegħa li jekk mhumiex pagi miżeri u tal-prekarjat, ma nafux x’inhu. Mhux ta’ b’xejn li l-barranin biss qed jidħlu fit-turiżmu!

U xi ngħidu fuq il-kirjiet u l-housing.

Tiftakru fiż-żmien Mintoff jagħti l-plots, flats u djar b’xejn u b’kirjiet tassew baxxi?

Illum, mhux talli mhux jinbnew djar ġodda għal min għandu bżonn il-housing, imma l-kirjiet kollha għolew b’35% u biex tikri kamra trid tħallas 600 euro fix-xahar. Dan skond l-NSO u l-iskuża tal-gvern x’inhi?

Ħeqq, il-kirjiet żdiedu għax qed jiġu ħafna barranin li għandhom bżonn fejn joqgħodu. Dan gvern tal-ħaddiem. Mhux ta’ b’xejn li Muscat il-ħin kollu jgħajjat kemm il-partit tiegħu huwa PRO-BUSINESS għax verament nesiegħ il-ħaddiem u min jaf Mintoff x’jitqalleb f’qabru bħalissa.

Issa għax ġejja l-elezzjoni u jaf li ħafna Laburisti fferoċjati għalih, qal li se jiffoka fuq il-fqir u fuq il-housing.

Gvern li verament iħobb il-ħaddiem u li suppost kellu l-ħaddiem bħala l-bażi tal-partit kien jibda’ jaħdem għalihom l-ewwel mhux jirranġa l-Awtorita ta’ l-Ippjanar biex tagħti l-permessi lil l-akbar egħdewwa tal-PL biex jibnu l-mostri f’nofs tas-Sliema!

Il-Partit tilef ruħu taħt Muscat u ma jistħoqqlux jibqa’ jissejjaħ PARTIT LABURISTA!

Advertisements
  1. Anthony Attard
    August 15, 2016 at 1:45 pm

    il gvern irrid jitnejjek bi nies minaghlieh jiena ghandi kera ta 356 ero kull xaghr u ha tollili ghal 371ero fix xaghar niesraq il flus mit tifel tieghi ad ghandu 6 snien gieli bil kemm ikolli xniekol paga normali ghandi u il mara bicca partime u prekarjat huma tajjeb sejrien kolla li huma ejja ha jiehu il vot taf kemm ilhom i weduni ghal post it tnejn l huma daqt ikolli mur fit triq ja qatta assasini kolla korrotti u imbroljuni mela ghadu il partit laburista partit ta sinjuri u opportunisti irrabjat skuzawni ghal kitba shows biss jaf jaghmel grazzi

  2. Anthony Attard
    August 15, 2016 at 1:49 pm

    Barra min hekk jekk tmur tkellimhom ikunu arroganti mieghek ja qatta asseholes ejjew ghal vot ha johduh mhux hekk tghid grazzi

  3. Bavaria
    August 16, 2016 at 9:04 am

    GVERN KAPITALIST TELA HEMM BIEX JIMLA BUTU, U TA XI TNEJN OHRA BHALU BHAL KEITH KASCO U KONRAD MIZZI. DAWN HNIEZER BIL GHATX GHAL FLUS L ISTESS BHAL JOHN DALLI GHALHEKK ACCETAWH FI HDAN IL PARTIT. BIRDS OF THE SAME FEATHER WILL FLOCK TOGETHER

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: