Trid tkun taf aktar?

Bhalma dejjem jigri, dak li nghaddu minnu ahna jkun ilu li ghaddew minnu pajjizi barranin avvanzati aktar minnha ghas-semplici raguni li l-Knisja ilha li tilfet il-poter fihom. Dawn huma pajjizi ferm aktar sensittivi minn taghna li minkejja li suppost li nimxu fuq dak li ghallimna Kristu, m’ahniex kapaci naccettaw min hu differenti minnha.

F’pajjizi aktar avvanzati minna, il-minoritajiet ghandhom id-drittijiet li jisthoqqilhom, izda f’pajjizna fejn suppost li l-imhabba lejn il-proxxmu tirrenja ghaliex suppost li ahna lkoll Kattolici, m’ahniex lesti noffru d-drittijiet civili lis-separati, omosesswali, trans-sesswali jew lil min ghandu gilda jew twemmin differenti.

F’din il-pagna se noffrulkom lista ta’ rizorsi li juru kemm il-Knisja Maltija zammitna lura u kemm din hadmet u ghadha tahdem biex tizra’ l-firda fis-socjeta’ taghna. Aqraw dawn l-artikli ha taraw kif dawk li jghidu li jridu l-ghaqda fir-realta’ jridu l-firda ghax poplu mifrud tikkontrollah.

Dawn huma rizorsi online li jaqsmu maghna l-istess hsibijiet:

Websajts u blogs:

Iva għad-Divorzju

Divorceinmalta.org – Moviment IVA

J’Accuse

Divorce in Malta – a legal perspective from the EU

AlternattIVA Divorzju Blog

The Malta Chronicle

Facebook:
StandUp

Divorzistan

Moviment Tindaħalx

Advertisements
  1. charles baldacchino
    May 10, 2011 at 3:41 pm

    Toghgobni hafna din l-inizjattiva li haddtu. Hemm bzonn li l-Malti jiftah aktar mohhu u ma jibqax aktar skjav ta’ min irid jghix fl-ghanqbut ta’ knisja mundana li taghmel minn kollox biex ma titlifx is-setgha li ghandha fuq l-imhuh tal-fidili permezz tat-taghlim ta’ Kristu li ghamluh taghhom u jinqdew bih f’kollox – kolonja tal-Vatikan..

  2. May 18, 2011 at 5:47 pm

    Ilna hafna nisimghu dwar il-Knisja Kattolika Rumana. Qabel xejn, il fundatur taghha hu Gesu’ Kristu u hadd aktar. Issa kulhadd jaf li Gesu’ kien ta’ nisel lhudi u kien jitkellem bl-Aramajk, ilsien semitiku qrib tal-ilsien Ibrajk. Gesu’ ma kienx Ruman, anzi sallbuh ir-Rumani minhabba r-rewwixta tal-qassisin lhud u l-konfoffa li holqu kontrih. Mela l-Knisja ta’ Kristu ma tistax tissejjah Rumana. Nigu ghal Kattolika jew Universali–imxerrda mad-dinja kollha. Religjonijiet Protestanti u ohrajn li hawn rapprezentanza taghhom f’Malta huma wkoll imxerrda mad-dinja kollha. Allura Kattolika mhix xi kwalita’ unika, specjali. Hi Knisja Kristjana galadarba suppost li giet imwaqqfa minn Kristu. Il-Papa ghandu rwol ta’ caretaker b’responsabbilta’ vikarja, irid ibaxxi rasu ghat-taghlim ta’ Gesu’ u m’ghandu l-ebda setgha li jinterpreta dan it-taghlim jekk mhux fid-dawl shih bibbliku. Dan jghodd ghall-kleru minn qassis/patri sa l-isqof/arcisqof. Sahansitra anke s-sorijiet u l-insara bla eccezzjoni. Hag’ohra importanti ghall-ahhar qatt ma ghandna nikkwotaw il-Bibbja kif jaqbel lilna. Il-Bibbja mhix ghodda ta’ litigazzjoni, izda hi l-qofol tal-verita’, tad-dawl u tal-hajja. Miskwotazzjonijiet mhux biss mhuma tal-ebda gid, izda sahansitra jiggeneraw sfiducja u nkwiet bla bzonn. U ghalhekk nisimghu lil min jghidlek: Ma’ KRISTU IVA, mal-KNISJA LE’. Ejjew nevitaw konflitti zejda rizultat tal-arroganza bla sens!

  3. May 26, 2011 at 5:36 pm

    iL-vERDETT tant mistennmi qorob gmielu. Nhar is-Sibt jimmarka in-naha ta’ fejn il-pendlu qed ixxejjer. Is-semmiegha semghu b’hafna opinjonijet, ghadd minnhom imgebbdin u inezatti. Jinghad li dinjitarju tal-KK tilef rasu u xebbah lilu nnifsu ma’ Sir Winston Churchill li kien halef li jikkumbatti kontra n-Nazi minn kull lok possibli basta r-rebha. Imn’Alla m’ghandux munizzjon atomiku ghax kien ikun hemm cans li jeqred il-pjaneta. Kos meta taghrbel sewwa kollox mill-qiegh, ikun hawn min jikkonkludi li jekk jghaddi r-referendum ikun tilef Kristu u bil-maqlub, ikun rebah Kristu. Tghid l-Isqfijiet hekk jahsbuha u dawk li jissapportjawhom? Nixtieq xi hadd minnhom iwiegeb. U bil-haqq dawk li se jaghmlu xalata jekk il-le jirbah, se jkunu minn ta’ quddiemnett li jghinu lil dawk li jsibu rwiehhom f’bahar ta’ nkwiet f’kas li z-zwieg taghhom ifalli. Fid-dinja hadd ma jasillek wiccek biex tidher isbah minnu!

  4. Martin bRIFFA
    July 3, 2011 at 9:40 am

    L-ewwel nett rridt li nkompli nzid dwar il-knisja kif kienet hu qada’ tipprova tbieqed il-hutna maltin . Jiena llum ninstab il-boghod min art twelidna hu qadni niftakar sew il-knisja x’kienet qamlet ghal-dawk li ma jsirx kif dak iz-zmien kif kienet tghidt il-knisja. Llum jiena ghandi zmein hu niftakar allahares tiftah halqek hu bies issemmi xi haga dwar xi qassis li kien mess xi tifel meta dawk l-imsejkna tfal kienu fxi postijiet tal-knisja. kienu jigu trattati mill-ghar messhom jisthu hu nheggeg lill-maltin li messhom la darba jssa li n-nies madomx jmorru knisja bhal-qabel ghax il-knisja stess galithom jamlu hekk ma nehodiex kontra hutna il-maltin ta malta.suppost li il-knisja sservi il-kelma t-tajba ta Alla skond kif tghidt il-bibja hu mhux jamlu kontra. Dawn li jridu jissejhu kattoliki messkhom tmorru taghmlu massra hu taqbsu l-bahar hu nghidt lill- kurja biex dawk il- flus li – hattu mill-familjI taghna trodduhom lura jekk inthom vera nies li tipprittkaw il-bibja .Jiena kemm ma tantx nmur il-knisja ghax ghalija hlief kull quddiesa dejjem jghidulna biex ntuhom il-flus ghax imhabba l-ispejjes hu jien darba kont thalt fejn il-qassis hu qetli skuzi ta ghaliex ma tibatx ittra lill-vatikan hu jibghatlek flus kemm tridt ghax kulhadd jaf li il-vatikan huwa l-ikbar post fid-dinja li ghandhom biljuni .Fejn huwa il-vera taghlim nisrani li suppost huwa mhaddan mal-poplu Malti hu Ghawdxi .Dwar id-divorzju hija haga tajba li jssa dahal f’malta hu la thallux lill-knisja jindahlu fuq affarijiet fundamentali taghkom. Ghal-lavolja il-knisja regghet pruvat dinhahal biex majhallux li-divorzju jsehh gewwa malta kienet haga tajba ghal-dawk in-nies li kien qilhom gejjin hu sejrin il-qorti minhabba is-seperazzjoni li hemm gewwa malta bhalissa .

  5. GiovDeMartino
    August 1, 2011 at 5:50 am

    Issa lkoll certi li wara li dahal id-divorzju s-separazzjonijiet ae jispiccaw ghal kollox. Kemm ahna boloh. Id-divorzju ridnieh hall kulhadd ikun jista’ jitlahlah kemm irid u kemm joghgbu. Daqs dawk tfajliet sbieh nofshom gheriewen jigru mas-saqajn…..U zgur li rriduh id-divorzju! Mela tiddeffes il-Knisja!

  6. September 27, 2011 at 4:42 am

    Ħsieb x’nixtarru. Popolarment jingħad li min jisraq ma jgawdix dak li jkun seraq. Dan mhu minnu assolutament xejn – hu biss eskapiżmu biex jitnaqqas il-piż fuq l-istonku. Li hu żgur hu ksur tas-seba’ kmandament u l-maħfra tirrekjedi li jintradd lura dak li jkun insteraq jew dik li jsejħulha restituzzjoni. Il-qrar biss ma jiswa xejn. Tpaċpiċ żejjed u aktar faċċoliżmu.

  7. November 29, 2011 at 3:01 pm

    Meglio tardi che mai. Hekku, damu l-Kapijiet tal-Knisja Kattolika ma jqumu mir-raqda u l-apatija. Ma kinux jafu li f’Malta l-maġġuranza jagħmlu biss li jaqblilhom? X’jinteressahom mill-bibbja. Issa d-drawwa daħlet – is-siġra tgħawġet u xejn aktar Eċċellenzi.
    Fażi li ddardart nisma’ mill-Eċċellenzi u l-Onorevoli hi li ħdejn ħaddieħor, Malta hi Nru 1. Il-mediċini issa ma jaħdmux. Malta hi pajjiż bla fibra morali. Prevention is better than cure.

  8. Joseph Cardona
    February 2, 2012 at 1:54 pm

    Malta saret pajjiż tal-vera misthija. Pajjiż imneżża’ għalkollox mid-dixxiplina. Kapijiet ta’ ruxxmata korpi mħallsin iżżejjed ta’ xejn – nirrepeti ta’ xejn. Kulħadd ifarfar minn fuq spallejh. Il-Qrati saru post tat-tmelliħ, sentenzi bla sens u mħarbtin. Ma teżisti l-ebda sinteżi, kif ifettilu l-ġudikant. Paprati biss. Il-Kostituzzjoni saret ħmerija oħra, u qed tkun taparsi strument legali. Interpretazzjonijiet diversi fuq l-istess tema. Xejn farsa wara l-oħra.

    Dan hu l-pajjiż li ngħixu fih! Nittama li l-bidla amministrattiva tkun bidla xierqa ħalli nkunu tabilħaqq ċivilizzati. Qed nispiċċaw pajjiż tat-3et dinja jekk mhux ukoll agħar fil-klassifiki.

  9. Joseph Cardona
    April 27, 2012 at 9:46 am

    L-Abort u l-Ewtanasja – żewġ materji li dejjem iqajmu dibattitu. Huma permessi f’ċerti ċirkostanzi? Ħalli mmorru għall-Bibbja. Fit-TQ, l-abort naturali, l-interruzzjoni ta’ tqala b’mod naturali, kien meqjus bħala kastig t’Alla u xejn mas-saħħa fiżika tal-omm. Interessanti l-kliem ta’ Ġesu’: ‘Min minnkom jaqgħalu l-ħmar fil-bir u għax is-Sibt ma jtellgħux’? Dan ifisser ċar u tond li f’ċirkostanzi estranej, tista’ tirrikorri għal soluzzjoni f’waqtha. U min se jeqred siġra għal frotta li tkun marida wkoll?
    L-ewtanasja ……Kristu nnifsu fuq is-Salib fl-aħħar mumenti ta’ ħajtu, staqsa lil Missieru għaliex telqu. Immedjatament wara ssokta, ‘Fidejk nerħi l-ispirtu tiegħi’. Dan l-att mhux ewtanasja? Mela l-Kelma t’Alla tagħtina t-tweġiba wkoll u mhux il-knisja KR jew il bijoetika. Alla l-Ħallieq Suprem għamel il-bniedem sabiex jgħix u mhux jeżisti. Ir-ruħ hi n-nifs tal-ħajja u mhux tal-eżistenza. U fl-aħħarnett sakemm it-teknika u l-avvanzi xjentifiċi jintużaw għal skopijiet purament biex itejbu il-ħajja umana, m’hemmx każ li jitqajmu rwiefen, fosthom l-istudju profond fil-qasam tad-DNA biex jeqred ċertu mard bħad-dijabete, kumplikazzjonijiet tal-qalb u l-kanċer.

    Il-KKR meta sejra taġġorna ruħha u taqra u tifhem sewwa l-Apokalissi u tinterpreta l-istatwa li ħolom biha Nebukadnazzar?. Il-Profeta Danjel kien imnebbaħ biex jispjegaha lir-re.

  10. Joseph Cardona
    April 28, 2012 at 11:02 pm

    Issa l-IVF. Qrajt l-artiklu fit-tul tal-Prof. Emmanuel Agius li speċjalizza fil-bioetika. Tajjeb, l-istorja tgħallimna li l-KK ma kenitx minn dejjem favur il-ħajja tant li kienet tmexxi l-kruċjati kontra l-infidili u kellha x’taqsam mal-inkwiżizzjoni. Il-KK hi organizzazzjoni li titkellem kif jaqblilha. X’hemm ħażin li x-xjenza medika timxi mal-linja li tnaqqas il-mard u l-mankamenti kemm hu possibbli u li ssib soluzzjoni għall-kanċer, dijabete u mard tal-qalb u ieħor kroniku? Kristu kien ifejjaq il-mard fiżiku ta’ kull għamla u ma ġiex biss biex iwaqqaf il-Kristjaneżmu MHUX Kattoliċiżmu. Dak waqqfuh l-Irjus tal-Vatikan.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: