Home > Opinion > It-Tnax il-Punt tal-Misthija

It-Tnax il-Punt tal-Misthija

Ahna tal-mazzun hsibna biex naghtu harsa hafifa lejn it-tnax-il punt li ppublikat il-Knisja kontra d-dhul tad-divorzju.

Mara msawta trid tibqa' taqla' minghand ir-ragel skond il-Knisja Maltija u taz-Zwieg Bla Divorzju

1.         Jekk in-nisa msawta jinghataw il-jedd li jergghu jizzewgu, l-istess jedd jinghata lill-irgiel abbusivi taghhom.

Il-Knisja Kattolika qatt ma kellha xi rispett lejn in-nisa. Eva waqqghet lil Adam fid-dnub, lill-Madalena biddluha f’qahba u n-nisa fil-Bibja jew impingija bhala midinbda jew gwejda bla sinsla sottomessi ghall-irgiel taghhom. Ghalhekk ma nistghagbux li ghadhom jirraguna bl-istess mod – li n-nisa ghandhom jibqghu jsofru minhabba l-imgieba ta’ l-irgiel vjolenti taghhom ghax huma waqqghu lil Adam fid-dnub u gabu s-sahta fuq l-Umanita’.

Jekk inti persuna b’rasek fuq ghonqok malajr se tistaqsi kemm il-Knisja qed tkun gusta man-nisa b’dan it-tip t’argumenti gej mill-antik testment.

Heq, xi trid taghmel?

Jekk ir-ragel kull filghaxija jmeghkek u jibblakkalek ghajnejk, hu pacezja u accetta kollox ghax jekk titilqu jaghmel hekk lil xi mara ohra!

2.         Minkejja li n-nies ghandhom dritt li jizzewgu, m’ghandhomx dritt ghad- divorzju skond gudizzju tal-1986 tal-Qorti Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Hawwadni ha nifhmek!

Dawk taz-Zwieg  Bla Divorzju jidhru li huma avukati Kattolici ghax mohhom biex joskuraw u jhawdu l-fatti. Ma tezisti l-ebda direttiva li tipprojbixi d-divorzju. Dan ifisser li Malta trid tiddeciedi jekk iddahhalx id-divorzju u mhux se jiddecidu ghaliha l-istrutturi legali komplessi ta’ l-UE. Hawnhekk, tal-le qed jipprovaw jaghtu l-impressjoni li l-UE ma tridx id-divorzju meta kulhadd jaf li Malta l-unika pajjiz li m’ghandhiex divorzju!

3.         Kattolici li jivvotaw kontra d-divorzju mhumiex jimponu l-valuri taghhom fuq l-ohrajn. Huma ghandhom id-dritt jivvotaw skond dak li jahsbu li hu tajjeb ghas-socjeta’.

Ahna tal-mazzun niddikkjaraw li naqblu li kulhadd ghandu d-dritt jivvota kif irid, izda hadd m’ghandu jigi sfurzat jivvota kif iridu haddiehor, u l-Knisja qieghda tuza kull tip ta’ pressjoni li ghandha fir-repertorju vast taghha inkluz metodi li kienet tuza hamsin sena fiz-Zmien id-Dnub il-Mejjet u l-Interdett. U dan mhux sew!

4.         Il-Knisja thalli l-qassisin jitilqu mis-sacerdozju u jizzewgu minhabba li c-celebat huwa Ligi tal-Knisja u mhux Ligi t’Alla bhalmi hi l-indissolubilita’ taz-zwieg.

Punt irrelevanti. X’ghandu x’jaqsam ic-celebat tas-sacerdozju mad-dibattitu tad-divorzju? Qed ihalltu l-hass mal-bass apposta biex ihawdu l-imhuh. Mod iehor kif il-Knisja taghmel il-pressjoni fuq il-membri taghha hu billi tuza l-argument tal-ligi divina li l-ebda bniedem ma’ jista’ jikser.

Il-problema hija li z-zwigijiet jinkisru u dak li nkiteb fil-Bibja dwar l-indissolubilita’ taz-zwieg kien dejjem iqis lil mara bhala membru nferjuri fl-ghaqda bejn ragel u mara, u li din trid tissottometti ruhha ghall-ordnijiet tar-ragel qisha xi skjava. Temmnux lilna aqraw l-Antik Testment u taraw kif inhuma stmati n-nisa. Dawn ma kellhomx drittijiet u sal-lum, il-Knisja ccahhadhom mill-istess drittijiet ta’ l-irgiel bhali jsiru qassisin u jqarru.

Onestament, il-Knisja se tibqa’ tuza kuncetti sessisti, razzisti u paternalisti t’elfejn sena ilu  biex tiggustifika ligijiet li llum hafna minnhom huma skaduti ghax ma jirrispettawx l-ugwaljanza tan-nisa?

5.         Id-divorzju jdghajjef iz-zwieg u jwassal biex anqas nies jizzewgu.

Din ir-raguni qed tinsinwa li jekk jizzewgu anqas kopji huwa hazin. Imma ejja nkunu cari u sincieri, hafna zwigijiet ahjar ma jsiru xejn. Meta xi guvni ta’ 18 ihabbel tfajla ta’ 17 u dawn jizzewgu, x’inhi l-probabilita’ li dan iz-zwieg ha jirnexxi? Meta jizzewgu tnejn minn nies ta’ religjonijiet differenti, x’inhi il-probabilita’ li se jirnexxi z-zwieg taghhom? (Jekk ma temmnuniex icekkjaw ftit lis-statistika tal-Knisja ta’ kemm isaddu z-zwigijiet bejn Maltin Kattolici u Misilmin Arab). X’jigri meta jizzewgu zewg idjoti mohhom vojt li ma jafux u lanqas iridu jafu ezattament xi jfisser zwieg? Tahsbu li z-zwieg taghhom se jirnexxi? U dawn huma ftit mir-ragunijiet ghalfejn hafna zwigijiet lanqas biss ghandhomx isiru. Wara kollox, jekk ma jsirux se jnaqqsu l-problemi li se jkollhom fil-futur meta jaghmlu t-tfal u jigu biex jisseparaw.

L-esperti tal-hniena hargu bl-argument bazwi li min jivvota favur id-divorzju ma jhobbx il-familja u t-tfal

6.         Jekk ma tivvotax le, ifisser li ma jimpurtakx mill-familja jew minn uliedek.

Din hija varjazzjoni tas-slogan li kien juza l-PN biex in-nies jivvotaw favur id-dhul ta’ Malta fl-UE. Ivvotaw favur ghall-uliedkom! Minn naha ta’ partit naccettaha ghax wara kollox kienu qed jaghmlu lobbying favur issue specifika politika, izda li l-Knisja u tal-Le juzaw dan l-argument huwa ta’ ghajb ghalihom ghaliex qed jergghu juzaw il-biza’ u jabbuzaw bil-poter li ghandhom li jaslu li jinzlu ghal dal-livell baxx li jaghtu gudizzji li mhumiex veri lil nies li jafu li kapaci jinfluwenzawhom.

7.         Fil-pajjizi kollha li ghandhom id-divorzju, il-koabitazzjoni zdied, iz-zwieg naqas u aktar nies ftaqru.

Minn aktar minn 200 pajjiz, nafu li tnejn biss ma jippermettux d-divorzju, Malta u l-Filippini u dan il-pajjiz tghidx kemm hu sinjur ghax m’ghandux id-divorzju, tant li jinsab fis-sebghin post ta’ l-ifqar pajjiz f’lista ta’ 150 u kull persuna taqla’  s-somma mizera t’anqas minn 3000 Euro fis-sena!

B’liema statistika l-Knisja ddecidiet li l-200 pajjiz li ghandhom id-divorzju kien ikollhom anqas faqar kieku ma kellhomx id-divorzju, meta hemm tant fatturi li jaffettwaw l-ekonomija u l-izvilupp socjali ta’ pajjiz?

Il-Knisja trid tghid li pajjiz bhas-Somalja kien ikun aktar sinjur kieku ma’ dahhalx id-divorzju? Il-Knisja hekk tanalizzahom il-pajjizi? Skond jekk ghandhomx id-divorzju jew le? X’analizi profonda!

8.        Mhemm xejn hazin li Malta tkun l-eccezzjoni fil-kwistjoni tad-divorzju. Wara kollox, Malta ghandha l-aktar nies li jmorru l-Knisja. U Malta m’ghandhiex il-piena tal-mewt, allura ghax m’ghandhiex ghandha ndahhluha?

Huwa minnu li mhemm xejn hazin li Malta tkun eccezzjoni hlief meta tkun qieghda tghaffeg fuq id-drittijiet tac-cittadini taghha. L-Arabja Sawdita hija l-unika pajjiz li ma jhallix nisa jsuqu. Allura ghax din eccezzjoni, tajba?

9.         Id-divorzju jzid it-tkissir taz-zwieg b’20 fil-mija ghalhekk ghall-beneficcju tas-socjeta xi ndividwi jkollhom ibatu. Bhalma xi nies ikollhom icedu l-art taghhom biex jinbena sptar jew ajruport gdid.  Ghandu jsir kollox biex jonqos it-tbatija ta’ dawn in-nies, izda jekk l-art trid tittiehhed ghal gid komuni, mhemm x’taghmel!

Nergghu ntennu, iridu l-provi li l-istatistika li tikkwota l-Knisja hija realistika u xjentifika. Jghidulna mil-liema studju gabu l-istatistika ta’ 20 fil-mija. Ma dan iridu nzidu li filwaqt li prohibizzjoni tad-divorzju jgib it-tbatija ghan-nies, l-introduzzjoni tad-divorzju ma johloq tbatija ghal hadd.

Tezisti soluzzjoni semplici: min ma jemminx fid-divorzju ma jiehdux. B’dan il-mod, nikkuntentaw lil kulhadd u l-istat li huwa ta’ kulhadd ikun qieghed jaqdi c-cittadini kollha kif suppost jaghmel.

10.       Dawk li jergghu jizzewgu bic-civil wara d-divorzju ma jistghux jqerru jew jitqarrbnu.

Dan jghodd ghal min jikkoabita wkoll—xi haga li qeghdin jaccettawha kemm il-Knisja kif ukoll  il-PN—ikollhom l-istess problemi li ma jistghux jitqarrbnu u jqerru. Allura ghalfejn ma jhalluhomx jiddivorzjaw? Wara kollox, jahsbu li min ghadda mill-hama kollu ta’ zwieg imkisser se jikkommetti suwicidju ghax ma jithalliex iqerr u jitqarrben?

11.       Il-Knisja hija kontra l-abortion, il-condoms, is-sess qabel iz-zwieg u d-divorzju ghaliex dawn kollha huma negattivi. Il-Knisja hija favur azzjonijiet posittivi.

L-abortion issir azzjoni posittiva jekk il-hajja ta’ mara tqila tigi pperikolata jekk titkompla t-tqala. Il-gisem stess jabortixxi feti li jkunu difettuzi fi process imsejjah threatened abortion.

Hija hrafa tal-Knisja u tat-taghlim medjavali li ghandha thaddan  li l-condoms mhumiex posittivi. Il-condom huwa wiehed mill-ftit metodi ppruvati li jnaqqas it-tixrid ta’ mard sesswali u li jnaqqas in-numru ta’ tfal li jigu mwellda biex jghixu hajja ta’ mizerja f’faqar assolut f’pajjizi li m’ghandhomx ghaxja ta’ lejla.

U x’inhi din tas-sess qabel iz-zwieg? Hija haga negattiva li jekk tkun se tizzewweg ikollok x’taqsam ma sieheb jew is-siehba? Wara kollox is-sess u z-zwieg mhumiex dipendenti fuq xulxin. Tajba jew hazina, illum is-sess huwa attivita’ li tigi pprattikata rrispettivament minn jekk il-partijiet humiex mizzewgin.

U d-divorzju hija attivita’ posittiva ghaliex taghti cans iehor lil dawk l-individwi li z-zwieg taghhom spicca u jistghu jergghu jsibu x-xorti u l-ferh li ghaqda stabbli taghti lill-bnedmin.

12.       In-numru tat-tfal imwielda barra z-zwieg zdiedu f’dawk il-pajjizi li ghandhom id-divorzju ghaliex il-koabitazzjoni zdiedet.

Nergghu nistaqsu lill-Knisja jaghtu provi bin-numri li l-koabitazzjoni tizdied f’dawk il-pajjizi li dahhlu d-divorzju. Anzi, nazzardaw nghidu li f’dawk il-pajjizi fejn iddahhal id-divorzju, l-koabitazzjoni probabli naqqset ghaliex in-nies jistghu jaghzlu li jizzewgu ghat-tieni darba u dan inaqqas it-twelid tat-tfal barra z-zwieg.  F’Malta qed jigri l-maqlub, qed jizdiedu t-tfal li jitwieldu barra z-zwieg ghaliex individwi separati jkollhom ipoggu u ovvjament l-imhabba u s-sess igibu t-tfal li jitwieldu barra z-zwieg u se jibqghu barra z-zwieg ghax f’Malta mhawnx divorzju.

Minn barra dan, il-qbil tal-Knisja u tal-PN ma’ ligi ta’ koabitazzjoni jikxef l-ipokrezija taghhom ghax jafu li b’din il-ligi se jizdiedu l-pogguti u jizdied ic-cans li jitwieldu aktar tfal barra z-zwieg.

Fl-ahhar mill-ahhar, lanqas jimporta jekk kopja li jkollha t-tfal hiex mizzewga jew le. Li hu importanti li jittrabbew f’ambjent ta’ mhabba u ghozza. Nistghu nghidu li l-Knisja ttrattat l-eluf ta’ tfal li kellha fl-orfanotrofji bl-istess mhabba u ghozza ta’ hafna familji mizzewga jew le?

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: