Archive

Posts Tagged ‘Tonio Fenech’

Alfred Mifsud – opportunist prim ieħor?

June 20, 2016 1 comment
Mifsud

Lanqas Dr. Scicluna mhu jaqbel mal-kariga ta’ Mifsud  bħala l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali

 

Aħna tal-Mazzun ivvotajna u dejjem appoġġjajna lill-PL għaliex il-PN qażżuna sal-ponta ta’ mneħirna bl-arja, prepotenza, korruzzjoni u nepotiżmu li wrew matul it-tmexxija tagħhom. Dawn saru insapportabbli fl-aħħar ħames b’Gonzi juri kemm hu mexxej dgħajjef u kemm tilef il-kontroll ta’ ministri bħall-Austin Gatt u Tonio Fenech, u Richard Cachia Caruana li prattikament kien imexxi il-partit minn wara l-kwinti.

Għalhekk ma rridux li l-PL jaqa’ fl-istess nassa tal-PN, u meta kellu kwistjonijiet li ma qbilniex magħhom bħal ta’ Konrad Mizzi u Joe Bannister aħna m’għamilniex bħal dawk li huma totalment mogħmija bil-partit u skużajnieħ. Aħna ikkritikajna u nkomplu nikkritikaw għax iridu li l-PL jerġa jitla’. Għalhekk nibqgħu nsostnu li l-involviment ta’ Konrad Mizzi fit-trusts tal-Panama u r-renju ta’ Bannister fl-MFSA li milli jidher ħadd ma jista’ għalih qed jagħmlu ħsara lill-partit.

Agħar minn hekk, hija l-ħsara li dawn qed jagħmlu lill-industrija mportanti tas-servizzi finanzarji li tirrikjedi mmaniġġjar strett u ‘l bogħod mill-inqas diċerija ta’ korruzzjoni fiskali. 

Sfortunatament, jidher ċar li Joseph Muscat lest li jkompli jsawwat lil din l-industrija bl-għażla ta’ Alfred Mifsud bħala l-gvernatur tal-Bank Ċentrali.  Read more…

Advertisements

Wicchom bla zejt!

November 28, 2013 Leave a comment
Image

Ghad-divorzju biss kellu kuxjenza Tonio Fenech!

Ilna ftit ma nkellmukhom għax iddecidejna nagħtu cans lill-gvern il-ġdid isib saqajh u fuq ħafna affarijiet inħossu li sejjer tajjeb. L-unika zewġ setturi li sejjer zmerc huma fil-bini u l-kostruzzjoni fejn qed jagħti lill-kuntratturi dak li jridu u l-kaċċatturi li tant dejqu lil kulħadd li spiċċaw iġiegħelu n-nies jiffirmaw petizzjoni għal referendum kontrihom.

Nispera li ma nibqgħux nara bini bl-addoċċ tiela’ f’postijiet fejn s’issa ftit li xejn kien hemm bini. Il-binja fil-Mistra tfisser li dan il-gvern se jaqbad it-triq li jibni n-naħa tat-tramuntana ta’ Malta li s’issa baqgħet mingħajr daqshekk bini ikrah? Jew se niftħu xi bieb għall-bini tal-pajjiz li kien fetħu n-Nazzjonalisti?

Minn naħa tal-PN, ma nafx kif nies bħal Simon Busuttil, Beppe Fenech Adami, Tonio Fenech u Jason Azzopardi ma jmorrux jinħbew għax vera m’għandhom zejt f’wicchom.

Smajtuha tal-Good Causes Fund?

Peress li ħadd ma kien jaf li dan in-Nazzjonalisti dejjem uzawh biex jagħtu l-flus lil min jaqblilhom għall-għanijiet politici u Fenech qal li għandu kuxjenza safja dwar il-fatt li nstab li dan il-fond tmexxa bit-tbazwir u taħwid liema bħalu u li ntefqu l-flus kollha tas-sena d-dieħla biex jagħtu l-flus qabel l-elezzjoni.

Nazzarda ngħid li dan Fenech bla kuxjenza. Ma ra xejn ħazin meta mar jara l-Arsenal fuq l-ajruplan ta’ zewġ kapurjuni sħabu, ma ra xejn ħazin li jħaddem seftura bla VAT, ma ra xejn ħazin talli tawh arloġġ bħala apprezzament (s’issa bqajna ma nafux għaliex) … insomma … l-unika darba li missitu l-kuxjenza u qabad jibki kien fiz-zmien id-divorzju meta ħass għall-ugiegħ li kien qed isir lill-Madonna.

L-akbar ipokrita li hemm fil-Kabinett Nazzjonalist!

Lanqas Jason Azzopardi ma ra’ xejn ħazin li ta’ mijiet t’encroachments ezatt qabel l-elezzjoni lil ħafna sħabu nkluz Ernest Tonna li tarah għaddej triq ir-repubblika tistħajlu xi kapo Mafjuz imdawwar bil-lgħaqa tiegħu.

Dawn in-nies ma jafux li mhumiex emmnuti u li aktar ma jicħdu aktar jikkonvincuna kemm mexxew b’korruzzjoni u nepotizmu li bih qalgħu l-akbar telfa elettorali fl-istorja tal-partiti politici f’Malta?

Ann Fenech … L-ewwel trid titgħallem tirrispetta l-poplu li trid mingħandu!

June 7, 2013 3 comments

Ann Fenech

Ara kif xi ħadd jista’ jemmen li Ann Fenech hija mparzjali. Anke l-fatt li n-Nazzjonalisti baqgħu jinsistu li l-Bord li analiza t-telfa huwa mparzjali juri li dawn għadhom lanqas biss joħolmu l-bidla ta’ kif jaħsbuha.

Imkien fir-rapport ma semmgħu li raġuni ewlenija għalfejn abbandunahom il-poplu hi li l-abjad iridu jsejħulu iswed. Ejja nieħdu din ta’ l-ekonomija li l-ħin kollu sejrin kemm marru tajjeb. Tiftakru kif dawn in-Nazzjonalisti fil-baġit tal-2012 spiċċaw kellhom ineħħu 40 miljun minnu? Tiftakru kif dawn l-aħħar ħames snin kull previzjoni li għamel Tonio Fenech dwar id-deficit kienet zbaljata? Tiftakru b’kemm zdied id-dejn f’ħames snin?

B’tlett biljun ewro!

Read more…

Biljun ewro dejn!

March 6, 2013 Leave a comment
10688623-get-government-grant-for-debt-relief-with-ease

Il-pjan tal-pipeline tal-PN se jkompli jimla’ lill-Enemalta bid-dejn kif stqarr Tonio Fenech.

Anke li kieku l-UE se tagħti dawn il-fondi għall-pipeline, dan ikun irid ta’ l-inqas 200 miljun ewro oħra biex ikun lest li skond il-Ministru Tonio Fenech se jinħarġu mill-Enemalta.

Dan ifisser li taħt il-Gvern Nazzjonalista, id-dejn ta’ l-Enemalta se jiżdied għall-aktar minn biljun ewro, meta l-pjan tal-PL jara li jonqos id-dejn ta’ din l-azjenda.

Iżnu ftit min hu l-aktar bil-għaqal miż-żewġ partiti u min verament jista’ jnaqqas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Austin u Tonio giddibin jew sempliċiment inkompetenti?

February 20, 2013 Leave a comment
gatt_austin_tabone_tancred_enemalta

Austin Gatt ħaseb li kulħadd baħnan u li kkonvinċiena li ma’ kellux x’jaqsam ma’ Tancred Tabone li jiġi kuġinuh.

Tajjeb li ngħidu eżatt min hu Tancred Tabone. 

Dan ġie deskritt bħala negozjant ta’ suċċess minn Austin Gatt għaliex għandu l-kumpanija Forestals. Huwa minn dejjem kien qrib ħafna l-PN, tant li jagħmel parti mill-JS List ta’ Joe Saliba għax ilu ħafna huwa wieħed mis-sostenituri tal-PN. Jidher li dan xtaq li jitħallas tajjeb ta’ dan is-sosten u għalhekk huwa wieħed minn tlieta li ġew mixli b’korruzzjoni, tixħim u ħasil ta’ flus, u m’aħniex nitkellmu fuq lira jew tnejn, iżda fuq somom ta’ mijiet u anke eluf ta’ miljuni ta’ ewro li huma somom li jbelħu għaliex jistgħu jfissru parti sostanzjali mid-dejn ta’ pajjiżna u d-dejn kollu ta’ l-Enemalta.

Read more…

PN BLA KREDIBILITA’ FIL-QASAM TA’ L-ENERĠIJA.

January 11, 2013 Leave a comment

alternative-energy-sources

Jekk Lawrence Gonzi dejjem kellu f’moħħu li jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għalfejn kellu jistenna lill-Labour joħorġu bil-pjan tagħhom?

Din mistoqsija tassew relevanti li turi zewġ affarijiet: li n-Nazzjonalisti qatt ma kellhom idea kif setgħu jraħħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma jew li sempliċiment ma riedux.

L-aħħar alternattiva mhiex realistika għaliex li kieku l-PN seta’ jraħħas fl-aħħar baġit kien iraħħas.

Read more…

It-Trinita’ tad-Djuq Malti

November 27, 2012 Leave a comment

It-Trinita’ tad-Djuq Malti u konservatiżmu fundamentalista. Mix-xellug għall-lemin: Noelle Grima, Tonio Borg u Paul Vincenti.

L-10 ta’ Diċembru suppost li se tkun l-aħħar ħanqa ta’ dan il-Gvern moribund li wara l-manipulazzjonijiet anti-demokratiċi li għamel fil-parlament għal sena sħiħa, qatt ma jista’ jgħid li huwa xi epitomija tad-demokrazija. Għax jekk Fenech Adami neħħa l-arja tal-Ministri Laburisti fit-tmenijiet u waddabbhom fl-opposizzjoni, Gonzi ħodt u kisser dak kollu li għamel Fenech Adami biex pajjiżna jieħu r-ruħ wara t-taqlib bejn l-1981 u l-1987.

Hija ħasra li wieħed mill-arkittetti li għ

affeġ u ħawwad kemm felaħ bl-għodod legalistiċi ħalli l-opposizzjoni u Franco Debono ma jkollhomx leħen fil-parlament matul is-sena li kważi għaddiet kien Tonio Borġ li issa mar jirrappreżenta lill-Maltin kollha fil-Parlament Ewropew.

Read more…

%d bloggers like this: