Home > Opinion > B’Simon fit-Tmun Kollox Mitmum!

B’Simon fit-Tmun Kollox Mitmum!

images

Mhemmx dubju li l-akbar paprata li għamel il-PN dawn l-aħħar snin kien li għazel lil Simon Busuttil bħala l-Kap tal-Partit. Dan ħaseb li mhux se ninsew il-ħmerijiet li ħareħ bihom bħal li Deborah Schembri kellha wiċċ ta’ Nazzjonalista u li n-nisa tad-djar għandhom jiddiskutu l-politika għand tal-ħanut.

Simon wera li jekk jaf x’toffri l-politika ta’ l-EU, ma jaf xejn x’toffri l-politika lokali Maltija.

Minbarra dan, ma jistax jaħrab mill-fatt li kien id-deputat ta’ Gonzi u allura bilfors irid jerfa’ r-responsabilitajiet tal-ħnizrijiet li wettaq Gonzi biex jibqa’ ggranfat mal-poter qabel l-elezzjoni tal-2012.

Simon Busuttil huwa l-agħar tip ta’ politikant għaliex m’għandux nitfa’ ta’ kredibilita’ u għalxejn jibqa’ jgħajjat li jrid jibda mill-ġdid għax ħadd ma jista’ jemmnu.

Biex il-PN jibda mill-ġdid irid iwarrab hu u din hija r-raġuni ewlenija għalfejn Busuttil u l-Partit fallut tiegħu se jaqilgħu taptipa oħra fl-elezzjoni li jmiss.

Minn naħa l-oħra, jidher ċar li Joseph Muscat din jafha wkoll u għalhekk qed iħalli lil kulħadd jagħmel li jrid u jista’ jaffordja li jirrabbja n-nies tal-faxxa tan-nofs li kienu strumentali biex itellgħuh.

Mhux qed ngħid għall-populin li jieħdu gost biċ-children’s allowance qabel iz-zmien u t-tnaqqis fid-dawl u l-ilma, imma għal dawk li verament kienu xebgħu minn partiti mimlija nepotizmu u nieqsin tant mill-meritokrazija. Minn partiti li jilgħaqu gruppi bħall-kaċċaturi, n-nassaba u l-izviluppaturi, u ħallewhom jagħmlu ħerba fl-ambjent Malti.

Dawn issa għandhom free-for-all u l-klassi tan-nofs li tħobb tmur mixjiet fil-kampanja, tħobb tixxemmex fuq ir-ramel u tobdi l-liġi qed jiġu njorati kompletament mill-gvern ta’ Joseph Muscat, li moħħu biex jaġevola lil ta’ l-Armier li kissru l-liġi jew lil dawk li ħadu l-bajjiet kollha ta’ Malta jew lil dawk li moħħhom biex jibnu kullimkien.

Nafu li Sandro u Joseph ħobza u sikkina, izda Sandro Chetcuti vot wieħed għandu, filwaqt li min qed jixba’ għandu l-eluf; u għalhekk Joseph aħjar jieħu ħsieb il-koalizzjoni li ftaħar li bena bil-moderati u l-progressivi, għax s’issa ħlief l-opportunisti mhux jieħu ħsieb.

 

Advertisements
  1. Bavaria
    September 11, 2014 at 12:29 pm

    Mhux tajjeb ghal pajjizna u sistema tal politika Maltija li jkollok oppozzijoni daqshekk daghjfa. Nahseb zball ahrax tan-nazzjonalisti kien li warbu lil Franco Debono.

  2. Frederick
    September 11, 2014 at 2:18 pm

    U ejja – mhux kredibli ghax qal li Deborah Schembri ghandha wicc ta’ Nazzjonalista? Jew ghax qal biex lil min nisimghu jghid kontra l-PN (ghand tal-grocer) nwaqfuh? Dawk kien biss kliem biex jipprova jqawwi l-moral tal-PN fi zmien meta kulhadd kien qed ihoss telfa ghal PN.

    Mela, bl-istess argument tieghek, x’tghid ghal min kien qal li blokka bajda (droga) kienet blokka silg? Jew min qal li l-PN ghandhom xi haga hazina fid-DNA? Jew min qal li l-PN huma sriep? Dawk zgur kienu statments ta’ qerq, hmerijiet u kliem insulenti. Imma int/om ma raj/tu xejn hazin u ivvutajtu PL.

    Imma int/om laburist/a/i mid-demm u ghal hekk kull haga li jaghmel il-PN xorta hazina ha taraha/om.

    • September 12, 2014 at 1:07 pm

      Il-ġist ta’ l-argument tagħna ma kienx min għajjar l-aktar lil min, izda kemm jista’ Simon Busuttil jieħu lill-PN lejn rebħa fl-elezzjoni li jmiss. Fl-opinjoni tagħna m’għandux cans għaliex hu mcappas ma’ GonziPN u din lilna tinkwietana għax hemm bzonn opposizzjoni qawwija biex izomm il-gvern f’postu. Imma inti għoġbok tislet l-argument partiġġjan.

  3. pietru
    February 5, 2015 at 7:10 pm

    Bi Xmun fit-Tmun Kollox Mitmum

    • February 5, 2015 at 7:53 pm

      Tiegħek Isbaħ! Prosit!

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: