Archive

Posts Tagged ‘Joseph Muscat’

Il-Partit “Laburista” Tilef Ruħu!

August 15, 2016 3 comments
Partit ta' Gasan

Il-Partit Laburista sar il-Partit ta’ Gasan!

Qabel kulħadd jibda jgħajjar. Il-paġna tal-Mazzun dejjem kienet paġna favur il-Partit Laburista. Ibbakkjajna l-partit fil-ġlieda tad-divorzju, biex il-gays u t-transseswali jingħataw id-drittijiet tagħhom u fl-elezzjoni biex neħilsu minn wieħed mill-aktar gvernijiet korrotti u falluti li qatt kellha Malta.

Pero, aħna ma nilgħaqu lil ħadd u ngħiduha kif inhi. Il-PL tilef ruħu u mhux imbilli noqgħodu nagħmlu t-tejatrini fuq il-qabar ta’ Mintoff. Aħjar ngħidu x’kien jagħmel kieku Mintoff baqa’ ħaj u qed jara kif il-partit tiegħu ġie żarmat minn dak kollu li kien jagħmlu partit tal-ħaddiem; partit li fuq quddiem dejjem poġġa lill-fqir, lill-batut u lill-emarġinat. Partit li ġġieled bis-sħiħ lil ħnieżer li aktar ma jkollhom aktar iridu u l-qliegħ jagħmluh billi jeqirdu l-isbaħ partijiet tal-pajjiż u jirfsu fuq id-drittijiet tal-ħaddiema.

Read more…

BREXIT WASAL!

June 26, 2016 Leave a comment
Brexit-Grexit-EU-Cartoon

Min jaf forsi r-Renju Unit tagħmel suċċess barra mill-Ewropa u jitħajru oħrajn li jagħmlu bħalha.

 

Il-jedd tar-referendum huwa wieħed bażiku fl-UE u għalhekk għalxejn joqgħodu jeqirdu dawk il-ħafna psewdo-demokratiċi li jaqbżu meta referendum ma jmurx skond kif iriduh huma. Bħala bniedem li dejjem appoġġjajt l-UE għal diversi raġuni, ma nistax ma nkunx inkwetat fuq id-deċiżjoni ta’ l-Ingliżi; iżda l-poplu tkellem u d-dritt tiegħu jrid jiġi rispettat.

Read more…

Alfred Mifsud – opportunist prim ieħor?

June 20, 2016 1 comment
Mifsud

Lanqas Dr. Scicluna mhu jaqbel mal-kariga ta’ Mifsud  bħala l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali

 

Aħna tal-Mazzun ivvotajna u dejjem appoġġjajna lill-PL għaliex il-PN qażżuna sal-ponta ta’ mneħirna bl-arja, prepotenza, korruzzjoni u nepotiżmu li wrew matul it-tmexxija tagħhom. Dawn saru insapportabbli fl-aħħar ħames b’Gonzi juri kemm hu mexxej dgħajjef u kemm tilef il-kontroll ta’ ministri bħall-Austin Gatt u Tonio Fenech, u Richard Cachia Caruana li prattikament kien imexxi il-partit minn wara l-kwinti.

Għalhekk ma rridux li l-PL jaqa’ fl-istess nassa tal-PN, u meta kellu kwistjonijiet li ma qbilniex magħhom bħal ta’ Konrad Mizzi u Joe Bannister aħna m’għamilniex bħal dawk li huma totalment mogħmija bil-partit u skużajnieħ. Aħna ikkritikajna u nkomplu nikkritikaw għax iridu li l-PL jerġa jitla’. Għalhekk nibqgħu nsostnu li l-involviment ta’ Konrad Mizzi fit-trusts tal-Panama u r-renju ta’ Bannister fl-MFSA li milli jidher ħadd ma jista’ għalih qed jagħmlu ħsara lill-partit.

Agħar minn hekk, hija l-ħsara li dawn qed jagħmlu lill-industrija mportanti tas-servizzi finanzarji li tirrikjedi mmaniġġjar strett u ‘l bogħod mill-inqas diċerija ta’ korruzzjoni fiskali. 

Sfortunatament, jidher ċar li Joseph Muscat lest li jkompli jsawwat lil din l-industrija bl-għażla ta’ Alfred Mifsud bħala l-gvernatur tal-Bank Ċentrali.  Read more…

1%

June 4, 2016 1 comment

Survey

Il-figura ta’ 1% hija l-persentaġġ ta’ kemm bħalissa l-PL qiegħed jgħaddi bil-votanti lill-PN skond il-gażżetta Maltatoday li fl-aħħar elezzjoni qattgħet li l-PL kien se jirbaħ l-elezzjoni b’12% jew 36 000 vot.

Jekk nirriduċuha għall-voti, dan il-1% jissarraf fil-figura ta’ 3 000 vot!

Mela tlett snin wara l-maġġoranza Laburista naqset minn 36 000 għal 3 000 vot!

Minbarra dan, 10% ta’ votanti Laburisti qed jgħidu li mhux se jivvota fl-elezzjoni li jmiss. 

Huwa minnu li l-gvern jinsab f’nofs il-leġislatura u huwa minnu wkoll li aktar minn 30% qalu li huma ndeċiżi lil min se jivvotaw, iżda bl-affarijiet li wettaq il-gvern Laburista kont nistenna li jżomm maġġoranza akbar.

Allura x’għamel ħażin?

Read more…

BOĊĊA ĦDURA!

May 15, 2016 1 comment

bitch

Aħna tal-Mazzun għalhekk nirrabbjaw għall-PL għaliex meta dan jipprova joffri l-id tal-ħbiberija lill-PN u dawn dejjem jigmuhielu u jobzqulu fuqha. 

Tiftakru meta bagħtu lil Tonio Borġ fl-UE u ħadd ma riedu, u l-PL ħadmu għalih biex jintgħażel?

L-istess għamlu l-PN għal Toni Abela u qed jheddu li jagħmlu l-istess lil Leo Brincat!

Tifkaru meta l-PL ħadem id f’id mal-PN dwar il-gwerra li kien hemm fil-Libja?

Ħadem mal-PL f’xi ħaġa l-PN?

U  żgur li le. Anzi kienu, għadhom u jibqgħu jtellfu kemm jifilħu; u aktar ma’ l-PL jikseb suċċessi ekonomiċi, aktar se jtellfu għaliex għandhom għira bażwija li dan il-Partit ta’ l-Injoranti, pastażi u baxxi qed jagħmel suċċess aktar mill-avukati, tobba u negozjanti tagħhom.

L-għan waħdieni tan-nies li qed imexxu l-PN illum hu, li b’xi mod iwaqqgħu l-PL, ħa jerġgħu jitilgħu u parasiti bħal Ann Fenech, RCC, DCG u r-raġel tagħha, Peter Fenech, Stefano Mallia, Georg Sapiano u l-Boċċa jerġgħu jibdew jerdgħu l-mijiet t’eluf ta’ ewros waqt li l-gvern tagħhom jgħakkes lill-poplu b’kontijiet tad-dawl u l-ilma jibqgħu jogħlew u jibqgħu jħaxxnu bwiet min kien iġib il-fjuwil; b’proġetti mimlija korruzzjoni bħal ta’ Mater Dei u l-Power Stejxin ġdida li għamlu; ħalli l-ħbieb tal-ħbieb ikomplu jiffuxxnaw u jistgħanew.

Read more…

Il-Magħżulin

May 13, 2016 1 comment
JM

Enter a caption

Il-Partit Nazzjonalista ma jinbidel qatt u din hi l-akbar problema tiegħu. Jibqa’ partit elitist li jimxi wara d-duttrina ta’ DCG għaliex jaqbel magħha. Jibqa’ jinsisti li hu l-partit li għandu postu fil-gvern u li l-PL huwa l-partit li dejjem għandu jibqa’ fl-opposizzjoni. 

Hija din il-mentalita’ li mhiex trebbħu n-nies għaliex qed juri li jippretendi li l-gvern huwa tiegħu u ħadd m’għandu d-dritt jeħodulu. Il-mod kif bena awtoritajiet u entitatajiet ġodda u mliehom bin-Nazzjonalisti hija mod kif irnexxielu jżomm duffrejh mal-governanza tal-pajjiż billi jimina lill-gvern tal-ġurnata li huwa l-PL.

Read more…

X’POTER GĦANDU BANNISTER?

May 2, 2016 1 comment

BannisterIl-Professur Bannister qisu wirdiena. Jiġri x’jiġri jibqa’ mwaħħal mal-poter u ħadd m’għandu l-bajd li jneħħieħ mill-Kap tal-Malta Financial Services Authority. 

Hija tassew stramba li wara li qala’ kritika kbira qabel l-elezzjoni għal diversi deċiżjonijiet jew nuqqas ta’ deċiżjonijiet li ħa f’rigward l-operata tal-Bank BOV mill-Partit Laburista, waħda mill-ewwel deċiżjonijiet li ħa l-Prim Ministru kienet li jġeddidlu l-kuntratt għall-ħames snin bħala l-Kap tal-MFSA li f’dan iż-żmien Bannister se jaqla’ xejn anqas minn 400 000 ewro!

Read more…

%d bloggers like this: