Home > Opinion > Gordon-John Manche tkomplix troxx il-firda!

Gordon-John Manche tkomplix troxx il-firda!

U dan Gordon-John jobghod l-omosesswali!?

Ftit ilu, kellna lill-Angelik li l-mirakli li qed jaghmel lanqas Lourdes qatt ma raw bhalhom. Dehriet tal-Madonna, shab jaqbez u jixghel, ilma hiereg mill-blat, pjagi ta’ Kristu, statwi jcarcru d-demm tieghu stess, zejt tal-kcina u d-dmugh tal-kukkudrilli … insomma dan Angelik ghandu minn kollox u da’ l-ahhar haseb biex jinghaqad mal-banda tal-‘Le’ Kontra d-Divorzju forsi jaghtihom xi naqra kredibilita’!

Imma l-bierah smajna b’gwapp gdid, Gordon-John Manche li hallieh ikecci x-xjaten, ifejjaq il-mmorda u b’miraklu tassew kbir u uniku—jaqleb il-gays u jaghmilhom straight.

Ahna tal-mazzun ftit nafuh lil dan Manche imma qalulna li kien zeffien l-Amerka jghix hajja xxellerata tat-tbahrit u zina kbira. Ilsiena hziena sa qalulna li anke hu kien jigri ma’ dik u ma’ l-ohra,  sakemm gralu bhal San Pawl u ra d-dawl. Bid-differenza li ghall-inqas il-Bibja tghidilna li San Pawl gie mnebbah direttament minn Alla, filwaqt li Gordon-John, qabad u ddecieda li hu li gie mnebbah ra li kellu holma mimlija xjaten u hatar lilu nnifsu pastor—qaddej t’Alla li jahdem bhala l-istrument tieghu.

Allura ddecieda li jibda juri l-poteri fantastici tieghu lill-fidili dejjem bl-intercessjoni t’Alla u ta’ martu l-psikologa Mariella Blackman li kulhadd jafha mid-dehriet taghha fuq it-televizjoni taghti l-pariri psikologici. Heq, it-televizjoni dejjem tajjeb ghax jarawk hafna nies u ghandek riklam b’xejn ghalhekk Blackman kienet tkun mimlija klijentela’ u tghid xi ftit minn dawk il-klijent ma kienx qieghed l-id t’Alla fuqhom Manche, jekk tfalli li tfejjaqhom martu?

Imma nsomma, issa li saret mama u ntefghat ma’ ragel specjali maghzul mill-Mulej, inbiddlet, imma xorta ma nistghux ma nistaqsux jekk meta tkun fis-sodda mieghu ma tharisx lejh b’mod kemmxejn stramb tipprova taghmillu psiko-analizi sigrieta halli tara kemm ghandu roti neqsin? Ghax biex tghid li kapaci ddawwar l-omosesswali u taghmilhom normali, irid ikollok ftit roti neqsin.

Wisq nahsbu li bhal hafna Evangelisti Amerikani, Gordon-John huwa omofobiku, jigifieri jibza’ u jobghod l-omosesswali; u min jahsibha b’dan il-mod hafna drabi, fil-fond ta’ qalbu jkun jibza’ li jista’ jkun li hu stess ghandu tendenzi simili imma biex zgur ma jhallix dawn is-sentimenti jitilghu fil-wicc, juri kemm ma jahmilx l-omosesswali bl-aktar mod fanatiku.

Ma nghidulkomx kemm kien hemm Evangelisti Amerikani bhal Ted Haggard u Tom Brock li tghidx kemm bezqu hdura kontra l-omosesswali mbaghad instabu li kienu omosesswali.

Tghiduli, imma Manche ghandu tarbija u mizzewweg. Vera, imma dan ma jfisser xejn ghaliex hafna nies lesti li jaghmlu kollox ghall-ghajn in-nies. Ahna tal-mazzun nirragunaw li jekk inti eterosesswali u thobb in-nisa, m’ghandux jkollok biza’ mill-omosesswali ghas-semplici raguni li tippreferi n-nisa.

Iridu niftakru li fid-Dinja hawn zewg tipi t’irgiel. Dawk li jhobbu n-nisa u dawk li jhobbu l-irgiel. Jekk l-imhabba taghhom lejn xulxin hija mhabba vera u reciproka, nawguralhom. X’hemm hazin li ragel ihobb ragel jekk dawn ihossuhom ferhanin ma’ xulxin?

Skond Gordon-John Manche, dan hazin ghax il-Bibja tghid li hu hazin, imma daqs kemm tghid affarijiet il-Bibja li llum m’ghadniex naccettawhom. Araw ftit xi tghid il-Bibja dwar in-nisa. Tahsbu li dawn l-ideat ghandna naccettawhom f’pajjiz Ewropew bhal Malta?

Il-Mara hija nferjuri ghar-ragel: “Ir-ragel huma l-imagni u l-glorja t’Alla; imma il-mara hija l-glorja tar-ragel! (1 Cor. 11:7)

In-nisa huma aktar dghajfa mill-irgiel: “Irgiel tridu turu konsiderazzjoni meta tghixu man-nisa taghkom, u tittrattawhom bir-rispett li jixirqilhom bhala l-parti d-dghajfa.” (1 Peter 3:7)

In-nisa ghandhom joqghodu kwieti fil-Knisja: “Bhal f’kull kongragazzjoni ta’ qaddisin, in-nisa ghandhom jibqghu siekta fil-knejjes!” (1 Cor. 14:34)

In-nisa m’ghandhomx ikunu fuq l-irgiel: “Ma nippermettix mara li tghallem jew ikollha awtorita’ fuq ragel.” (1 Tim. 2:12-14)

In-nisa huma salvi ghax ikollhom it-tfal: “In-nisa jigu salvati bit-twelid tat-trabi!” (1 Tim. 2:15)

Allahares kellna noqghodu nimxu ezatt mal-Bibja li wara kollox nkiteb eluf ta’ snin ilu meta hafna razez ta’ nies u n-nisa kollha ftit li xejn kellhom drittijiet; fejn il-vjolenza kienet parti mill-hajja ta’ kuljum u fejn minn kien xi ftit differenti minn haddiehor kien jispicca persegwitat, skjav u maqtul.

Il-omofobija u l-mibgheda ta’ Gordon-John Manche kontra l-omosesswali hija riflessjoni tas-socjeta’ barbarika li kienet tezisti meta nkitbet il-Bibja u ghalhekk hafna mill-partijiet mill-Bibja llum lanqas qatt jaqrawhom fil-quddies. Fil-fatt, is-siltiet kollha li jinqraw ghall-vangelu fil-quddies gejjin mit-Testment il-Gdid li tiddiskrivi l-hajja u t-taghlim ta’ Kristu li kien hafna aktar toleranti, tant li hu stess kien jaghmilha mal-qhab, mgiddmin u midimba.

Fl-ahhar nixtiequ nghidu lil Manche li:

  • ahjar jiehu ftit ideat mill-hajja ta’ Kristu u jimxi fuqhom milli joqghod jikkwota l-Alla ta’ l-Antik Testment li hlief joqtol u jikkastiga lil kull min jirrabbjah ma kienx.
  • ahjar jippriedtka t-tolleranza u l-imhabba lejn min hu differenti minna. Peress li fid-Dinja m’hawnx mibgheda bizzejjed, xi hadd bhalu li jkompli jzidha jonqosna.
  • ahjar ihalli n-nies bi kwiethom, jghixu hajjithom kif iridu huma imbasta ma jaghmlu hsara lil hadd u mhux jivvinta krucjati godda ha jzid il-firda li diga ghandna fis-socjeta’ taghna

Din bhal tad-divorzju, kulhadd irid jindahal fil-qohob ta’ haddiehor. Jekk m’ghandekx bzonn id-divorzju, kif tahdem biex min ghandu bzonnu ma jinghatalux?

Fejn il-kumpassjoni, l-imhabba u l-hniena ta’ poplu li jiftahar li hu 95% Kattoliku?

Advertisements
  1. anthony zarb
    May 9, 2011 at 7:13 pm

    Sempliciment ridt naghmel kumment. Jekk wiehed hu verament Kristjan (protestant, kattoliju, ortodoss, lutheran etc) u mhux Kristjan tal-isem jimxi mal-Bibbja ghax hi l-Kelma t’Alla. Min irid jghix kif irid hu u skond ma jahseb hu allura dik decizjoni tieghu/taghha u juza ‘il-‘freedom of conscience and choice’. Min ried jinbidel bl-ghajnuna t’Alla u ma jibqax omosesswali dik ukoll ghazla tieghu u ghandna nuru tolleranza mieghu/maghha daqs kemm l-omossesswali iridu min juri tolleranza maghhom. Hadd ma jindahal lil hadd. Pero, min ghandu l-biza’ t’Alla jaf li Alla halqahom mara u ragel Adam and Eve u mhux ragel u ragel Adam and Steve u fil-Bibbja l-omossesswalita’ hija dnub u twassal ghat-telfien tar-ruh bhal hafna dnubiet ohra. L-ghazla f’idejk habib. Nahseb li Gordon qed juri imhabba bit-twissijiet tieghu bbazzati fuq il-Kelma t’Alla. vera?

    • May 9, 2011 at 7:41 pm

      Il-problema hi li x-xjenza tal-psikjatrija uriet u qed tkompli turi li l-omosesswalita’ hija genetika–jigifieri kundizzjoni li tintiret u ghalhekk ma tistax tikkuraha. Huwa minnu li l-Bibja tghid li l-omosesswalita’ hazin, izda l-Bibja tghid ukoll li ghandek thaggar mara jekk din tikkometti adulterju u llum f’pajjizi civilizati dan ma jaghmluhx ghax hu kontra l-ligi. Il-Bibja hija ktieb li nkiteb eluf ta’ snin ilu u fiha hafna affarijiet; uhud minnhom validi, uhud mhumiex daqshekk validi. Ahna tal-mazzun inhossu li din li l-omosesswalita’ mhiex korretta u hija frott tan-nuqqas t’gherf li kellhom elfejn sena ilu fuq mohh il-bniedem. Illum nafu aktar u nafu li l-omosesswali ma jistghux jaghmlu mod iehor u ma nhossux li Gordon qed juri mhabba mal-proxxmu, l-aktar meta hu mizzewweg psikologa u d-dover taghha li tghidlu li ma jistax ifejjaq omosesswali. Juri l-imhabba min jaghder lil haddiehor u jipprova jifhmu, mhux jisthu u jaghmillu hajtu aktar difficli. Wara kollox, ahna tal-mazzun nemmnu li kulhadd ghandu d-dritt jghix fil-liberta’ sakemm ma jaghmilx hsara lil haddiehor.

      • Joe Xuereb
        May 22, 2011 at 12:18 am

        Mazzun, li kieku n-nies kienu nettament jew omosesswali jew eterosesswali, kien jista’ jagħti l-każ li l-orjentazzjoni sesswali tintiret (u f’dan is-sens, ukoll l-eterosesswalita’ allura ukoll tintiret). Il-fatt hu li s-sesswalita’ tal-
        bniedem QATT ma taġixxi bil-mija fil-mija. Jiġifieri, jekk individwu hu bisesswali, dan x’wiret minn għand ommu w missieru? Li hu ċert hu li kull individwu, fiżikament, hu kompost minn raġel u mara, l-omm u l-missier. Il-ġibda għas-sess infissruha b’ġisimna imma x-xewqa tibda’ fil/mil-moħħ (tant hu hekk illi bniedem marid b’moħħu ma jkollu l-ebda xewqa jagħmel sess). Issa l-moħħ materjali, fiżiku, jintiret mill-ġenituri. Imma fl-aħħar mill-aħħar is-sesswalita’ hija kif il-bniedem jirrispondi għal dak li jqanqlu. Issa kif jaġixxi dan jiddependi minn ħafna affarijiet anke esterni. Tidħol ukoll fl-ekwazzjoni is-sens ta’ ħtija li jimponi t-tagħlim tal-Knisja. Il-Catholic Guilt complex. Jinfluwenzaw ukoll inċidenti li ġraw anke fiċ-ċokon. Tiddependi wkoll is-sitwazzjoni. Per eżempju, il-ħabs fejn m’hemmx nisa, raġel jasal jagħmel affarijiet ma’ raġel ieħor li normalment, meta jkun ħiele u barra, ma jasalx. Allura dan, dak l-aġir purament temporanju, dan minn fejn wirtu? Is-sesswalita’ umana hija wisq komplessa. U ma niskantax li dawk li jgħdu tintired huma appuntu dawk li l-omosesswalita’ jarawha bħala kundizzjoni, bħal marda kwalunkwe. Jekk ser nistaqsu mnejn ġiet l-omosesswalita’, allura
        bl-istess raġunar għandna nistaqsu mnejn ġiet l-eterosesswalita’. Li ngħidu għax dik in-natura mhux eżatt biżżejjed. Li l-eterosesswalita’ hija l-aktar komuni, iva. Imma normali?! Min jaf x’inhi n-normalita’? Wara kollox, nieħdu l-eżempju ta’ żewgt irġiel, it-tnejn iħobbu n-nisa. Wieħed jisħon meta jara il-pxiexen ta’ mara qasira, u l-ieħor jogħxa meta jara mara b’xagħrha aħmar, bil-malji. In-‘normalita’ tibda’ u tispiċċa fil-fatt li t-tnejn iħobbu n-nisa. Minn dak il-punt il-quddiem, min jaf? Apparti l-fatt li forsi wieħed mit-tnejn jiffansja anke lil sieħbu imma dak iżommu sigriet sakemm xi darba jmorru t-tnejn Paceville, jixorbu xarba, u jispiċċaw it-tnejn jilgħabu b’xulxin. U l-għada wiċċhom aħmar, ħafna skużi li kienu xurbana. Taħseb li qed nivvinta, li qed nesaġera?

    • Joe Xuereb
      May 21, 2011 at 11:36 pm

      Skond ir-ritratt li jidher hawn fuq, żewġ ‘anġli’ lebsin l-abjad, għarkubbtejhom, Gordon John Manche’ liema wieħed mit-tnejn – dak ta’ fuq il-lemin jew dak li qiegħed fuq ix-xellug? Suġġett ieħor li jinteressani hu……..
      Antikament, u spiss wkoll illum il-ġurnata, il-mera kienet meqjusa bħala bniedma moqżieża, inferjuri u mkasbra. Ir-raġuni kienet li l-irġiel kienu jsofru ħafna bil-frustrazzjoni sesswali (naturali) u l-kawża ta’ din kienet, appuntu, il-mara. Kien hemm konflitt li fl-injuranza tagħhom ma għarfux isibu soluzzjoni jew kompromess.
      Minn naħa riedu lill-mara imma bejn ħaxja u oħra, ir-raġel isofri. Ir-raġel lill-mara iħobbha meta jkun fis-sodda magħha. Barra mis-sodda jixtieqha u jrodd jisplodiha fl-istess ħin. Għalhekk, fil-primittiv moħħu iddeċieda li l-aħjar hu li jassarha, iżommha f’postha. Dan għadu jiġri sa’ llum u għalhekk il-Knisja qatt ma tista’ taċċetta qassisin nisa – għax mhux fl-interess tagħha tagħtihom il-poter. F’kelma waħda, il-mara hija s-sess perikoluż.

  2. M. Abela
    May 10, 2011 at 9:02 am

    Jien personalment naf lit-tlett persuni li xtaqu huma stess jesprimu b’mod pozittiv, u minghajr ma jpoggu dell ikrah fuq hadd, kif il-Kelma t’Alla u relazzjoni ma Kristu waslithom biex ma jibqawx gay. Dawn naf bic-cert li ma marru ghal-ebda terapija madankollu qed jigi allegat li sarilhom xi terapija jew li intqalilhom li kellhom xi ‘marda’. Dan mhu veru xejn. Qed isir hafna gideb ghax dawn ma sarilhom l-ebda terapija u l-persuni ma kienux imgieghla jaghmlu l-ebda pass li ma riedux jaghmluh huma stess. Dawn il-persuni b’mod personali qraw il-Kelma t’Alla u huma fil-privatezza taghhom ma’ Alla raw il-bidla f’hajjithom. Min jisma t-testimonjanza taghhom jaghraf li Alla kien li messilhom qalbhom u kellimhom b’mod personali u sabih hafna. Iva kienu jattendu il-laqghat f’River of Love ma’ persuni ohrajn fejn tinhass l –imhabba t’Alla. F’dawn il-laqghat ma jsirx kliem ta’ mibgheda kontra gays izda tigi nkoragguta il-qari tal-iskrittura u l-gharfien li hija l-Kelma t’Alla. Ejjew nahsbu ftit: Kieku dawn il-persuni raw jew semaw tmaqdir jew mibgheda, kif qed jigi allegat, kontra l-persuni gay meta gew l-ewwel darba, kienu jergaw jersqu lejn dawn il-laqghat? Ejjer inkunu ragonevoli. Dawn mhux xi tfal zghar li gew hemm bilfors jew gew imkaxkra f’xi terapija jew li ma kienux ser jirrabjaw kieku intqalilhom xi kliem ta’ stmerrija kontra gays! Anzi huma persuni inteligenti li jafu jahsbu u jafu jaghtu l-opinjoni taghhom. Zgur ma kienux ihossuhom komdi jergaw jattendu dawn il-laqghat kieku verament intqal dan il-kliem kontra il-persuni gays. Kienet propja l-imhabba li gibdithom u mhux il-mibgheda. L-imhabba li wrew Kristjani ohrajn lejhom imma fost kollox l-imhabba ta’ Kristu li miet fuq is-salib biex huma jkollhom hajja eterna. Kinet din l-imhabba li waslithom ghal bidla f’hajjithom. Ejjew nahsbu ftit…!

    • Joe Xuereb
      May 21, 2011 at 11:48 pm

      Stenna mument M.Abela. Jekk jiġi wieħed u jgħidli ejja nitolbu biex ngħinek tiċħad l-omosesswalita’ tiegħek – in effett dan qiegħed jgħidli li l-omosesswalita’ ma għandix x’irridha għax negattiva. Ġenerikament qiegħed jgħid kontra l-gays u ħajjithom. Love the sinner but not the sin u ċuċati bħal dawn. Sintendi jekk fil-laqgħa jkun hemm zgħazugħ li qed iħoss il-konflitt tat-tqanqil tiegħu, dan ikun f’sitwazzjoni emottiva dgħajjfa, vulnerabbli, u għaldaqstant, ma jkunx ippreparat jagħraf li dak li qed jisma’ huwa kontra l-gays. Fi kliem ieħor, għandu fl-interess tiegħu li jaqbel ma’ dak kollu li qed jgħid dan Manche’, ex-ballarin fallut.

  3. anthony zarb
    May 10, 2011 at 10:16 am

    Il-Kelma t’Alla ghal min jemmeninha tghod ghal dejjem ghax Alla ma jinbidilx u ma nistghux nilwulu idu. Il-Bibbja hi cara li l-omossesswali ma jirtux is-Saltna t’Alla allura mhux ahjar wiehed jifthilhom ghajnejhom

    1 Corinthians 6:9-11,
    “Don’t you know that those doing such things have no share in the Kingdom of God? Don’t fool yourselves. Those who live immoral lives, who are idol worshipers, adulterers or homosexuals-will have no share in his Kingdom. Neither will thieves or greedy people, drunkards, slanderers, or robbers. There was a time when some of you were just like that but now your sins are washed away, and you are set apart for God; and he has accepted you because of what the Lord Jesus Christ and the Spirit of our God have done for you” TLB

    Veru li hemm kazizjiet li wiehed hu genetikament predispost ghal omossesswalita’ pero il maggor parti tal-kazijiet huma ghazla ta’ lifestyle li tista’ tinbidel ghal hajja aktar fulfilling fejn wiehed jista’ jizzeweg u jkollu tfal min martu, ovvjament ghal min jemmen li jista’ jinbidel u ma qatghax qalbu mill-hiniena t’Alla.

    • May 10, 2011 at 11:24 am

      Nerga nirrepeti li l-Bibja hija cara fuq it-thaggir tan-nisa, izda din ma naghmluhiex u mhiex accettata. Mela mhux kulma ma tghid il-Bibja huwa applikabbli. Ahna nhossu li n-nies ghandhom jithallew jghixu hajjithom fil-liberta’ minghajr indhil u gudizzju ta’ hadd. Allahares niehdu l-Bibja b’mod literali ghax inkun qed nimxu wara Alla li tana ghaxar kmandamenti u f’wiehed minnhom qalilna: “La Toqtolx!” imbaghad joqtol 70 000 innocenti ghaliex David ordna censiment ta’ poplu (1 Chronicles 21). L-istess Alla jerga jordna l-qirda ta’ 60 belt halli jehduhom il-Lhud; u jordna l-qtil ta’ nisa, rgiel u tfal ta’ kull belt u serq ta’ dak kollu ta’ valur (Deuteronomy 3). F’ Joshua 6 jordna attakk u qtil ta’ kull hlejqa fil-belt: nisa u rgiel, tfal u xjuh, u anke l-barrin, in-naghag u l-hmir. Nista’ nibqa’ sejjer nikkwota mill-Bibja stejjer bhal dawn li ntom qatt ma taqraw ghax tafu li jitfghu dell ikrah fuq Alla u l-Bibja u bhalma dawn huma stejjer li jkexkxu t’Alla li zgur li mhuwiex hanin, l-istess nghidu fuq in-nuqqas ta’ moghdrija li tippriedtka l-Bibja lejn l-omosesswali, nisa li jikkomettu adulterju, ommijiet mhux mizzewgin, prostituti, etc — insomma l-aktar nies li ghandhom bzonn ghajnuna fis-socjeta u mhux kundanna bhalma tikkundannawhom intom. Naghlaq b’kwotazzjoni ta’ Kristu: “Min hu pur jitfa’ l-ewwel gebla!”

  4. Joseph Carmel Chetcuti
    May 17, 2011 at 1:28 pm

    Forsi jixtieq jghidilna wkoll ma’ min kellu x’jaqsam sesswalment fl-imghoddi qabel ma sab lil Kristu. Le, mhux ismijiet. Is-sess taghhom ikun bizzejjed!

  5. Joseph Carmel Chetcuti
    May 17, 2011 at 1:33 pm

    “Although often regarded as unmanly, ballet was originally based on the moves of fencing and requires great physical strength and endurance. Today, male ballet dancers’ sensuous movements and costumes – which stem from an era when men, not women, wore revealing clothing – challenge conventional notions about the appropriate display of the male body. Even if ballet dancers are no more likely to be gay than straight, the art form has an undeniable homoerotic appeal.”

    http://www.gmax.co.za/think/history/2004/040310-noureyev.html

  6. May 17, 2011 at 11:07 pm

    Niehu pjacir sincier li s-sur Gordon biddel hajtu u ra d-dawl tal-verita’ u -sewwa. Jien gie li smajtu jippriedka fuq kanal televisiv lokali u nistqarr li ma ddejjaqtx. Nawguralu minn qalbi. Ghadu zaghzugh u jista’ joffri hafna energija ghall-Kelma ta’ Alla.
    Rigward il-ballet, hu zifna ta’ livell oghli ghax iz-zeffiena jridu jzommu bilanc fiziku filwaqt li jduru b’heffa jew agilita’ grazzjuza ghall-ahhar. Pawlu l-Appostlu kien johrog b’energija qawwija fuq iz-ziemel kontra l-lhud messajanici sakemm kellu laqgha misterjuza ma’ Gesu’ u kkonverta b’mod tal-ghageb hekk li jissejjah l-Appostlu tal-Gnus. Il-konversjoni hi bidla fundamentali fi kliem popolari hi U-turn. L-omosesswalita’ mhix id-disinn ta’ Alla izda min jitwieled b’tendenzi omosesswali Alla ma jishtux ghax in-natura ghamlitu hekk u fuq dan ma ghandu l-ebda kontroll.
    Interessanti wiehed jinnota li Alla baghat id-dulluvju ghax id-dinja hzienet sewwa, imma kien Hu wkoll li qal li ma jergax jgharraqha. Mela ma nwahhlux Fih ghal kull kalamita’ li tigi fuqna. Hemm il-ligijiet fizici u naturali u hemm okkazjonijiet fejn ingibu hafna gwaj b’idejna stess.
    Bazikament naqbel li kull wiehed u wahda minna ghandna nghixu
    fil-liberta’ imma din il-liberta’ ma trid bl-ebda mod tkun ta’ hsara ghal haddiehor.

  7. Adolf Hitler
    May 24, 2011 at 2:47 pm

    Il-qassissin kollha pedofili u intom li hallejtu l-kummenti taghkom kollha p*&^%.

    • Joe Xuereb
      May 24, 2011 at 5:26 pm

      Hawn Adolf, kif int ħanini? Dolf, għax bżajt tikteb pufta, mela anke l-kelma biss twerwrek? Aħna m’aħniex tfal ta! Min hu raġel iġib ruħu ta’ raġel hux hekk ġbin? Qiegħed tagħtini x’nifhem li ma tantx għandek grazzja mall-pufti. Qed tħassibni w tinkwetani Ad. Għax f’dan il-każ il-mibgħeda u l-biża x’aktarx huma sintomi ta’ xewqat li għaddejjin fil-fond. Issa affarik Ad; jekk tħossok daqsxejn konfuż nagħtik parir tmur tkellem xi qassis. Taf int, issa li dieħel is-sajf, wieħed minn dawk irġiel għandhom sħana u għaraq taħt is-suttana/dublett. Bħalek insomma, Imma int raġel fuq l-irġiel b’konfużjoni. Mela ma jilbislekx dublett Adolf tagħna! Għandek ċans. Nittama li taf taqra bil-Molti Ad. Mnejn int sabieħ? Jgħidu li hemm raħal fejn ħafna għandhom għajnejhom żoroq u mimlijin nemex. Forsi bgħula ta’ meta kien hawn l-Ingliżi jiġru mas-saqajn, jiġru wara n-nisa. Sintendi ma kinux puftiet. Għalkemm fin-Navy kien hemm ħafna minn dawk ukoll. Nismagħhom jgħidu għax jien ma kontx hemm dok i-mien. Saħħa Dolf. Ħu ħsieb rasek u rashu ġbin.

  8. Adolf Hitler
    May 24, 2011 at 2:49 pm

    Anthony Zarb

    Ghalxejn tikkwota mill-bibbja ghax naf minn int. Int tibla kollox qisek mazzun.

  9. Adolf Hitler
    May 24, 2011 at 2:50 pm

    Anthony Zarb

    Minn se jivvota LE ghad-divorjzu se jmur l-infern. Minn se jivvota IVA jista jerga jizzewweg.

  10. Joe Xuereb
    May 24, 2011 at 4:27 pm

    Min irid isib ‘l alla (innota l-‘a’ minuskola – dan għaliex alla ma jeżistix. Il-bniedem ħalaq lil alla għax għandu bżonn fruntieri psikoloġiċi biex iħoss il-wens tagħhom u hekk iwarrab il-biża’ li għandi ta’ dik li nsejjhulha il-Kundizzjoni Umana. Dan it-twemming ma jservi għal xejn ħlief li l-bniedem ifarfar minn fuq spallejh ir-responsabbilta’ li hi l-eżistenza mingħajr bastun, appoġġ, l-oppju.
    Min hu omosesswali u mhux kuntent – jekk irid jinbidel għandu kull dritt. U mill-fond ta’ qalbi nixtieqlu kull ġid imma minix qed inżomm in-nifs. X’jagħmel affarih imma l-aġir tiegħu qed jgħid biċ-ċar li l-omosesswaliti hija ‘kundizzjoni ‘medika’ ta’ min jistmerriha w jikkuraha. Apparti li din mhix marda, min irid isir iħobb jaħxi ma’ mara flok ma’ raġel, affari tiegħu. Imma ma għandu l-ebda dritt iwaddab lili u l-identita’ sħieħa tiegħi fl-istess keffa tiegħu. Ma għandu l-ebda dritt jgħarraq lili miegħu.
    @ Zarb, Anthony. Agħmilli pjaċir , u fl-istess ħin għamel pjaċir lilek ukoll, ifhem li meta tgħid lill-individwu li tittollerah qiegħed tkun pastażun injurant. Jekk niġi jien u ngħdlek, ‘Ton, int hekk u hekk, pero’ jien nottellerak u nħallihielek għaddejja’. Inkun qed nippatronizzak ta’ njurant ħamallu li nkun. Int pero’ tħoss li alla tak xi dritt li int, lili, tittollerani purament għax jien naħxi ma’ l-irġiel u int taħxi man-nisa. U m’hemm l-ebda prova li int mintix ir-raba’ wieħed wara l-imsieken l-ewwel tlieta.
    Dan Manche’ jaħseb li l-omosesswalita’ ta’ min jaħrabha. Minnu li lili persunalment mhu qed jiddetta xejn. Imma qed jimplika li jien żibel. Kont ser ngħdlu min hu żibel! Sab is-soluzzjoni fiż-żwieġ. Ma aħniex naraw fejn hi sejra l-Istituzzjoni ta’ Kana. U l-aġir tiegħu jitlob il-mistoqsija – x’kien li beżżgħu fl-imgħoddi, esperjenzi sesswali U MA’ MIN, MA’ MIN, MA’ MIN eċċ, eċċ. Inutli li joqgħod juri ritratti ta’ meta kien qed jipprova jaqla’ il-għixien tiegħu jiżfen u jdur fuq il-ponot tas-swaba ta’ saqajh. Karriera falluta insomma, u sab lil Kristu. Li jikkonċernana lilna hu li jkollu konvinzjoni biżżejjed biex jgħidilna ma’ min kien jaħxi, nisa jew irġiel, jew żeffiena nisa li mdorrijin jitħalltu ma’ rġiel dgħajjfa u ma jgergrux meta ma jarawx tqanqil bejn saqajn ta’ min ikunu miegħu.
    Tinsiex/tinsewx, it-tolleranza hija kelma moqżieża. Għal min għandu moħħ biex jifhem basta ma jkunx illuppjat.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: