Archive

Posts Tagged ‘Mintoff’

Il-Partit “Laburista” Tilef Ruħu!

August 15, 2016 3 comments
Partit ta' Gasan

Il-Partit Laburista sar il-Partit ta’ Gasan!

Qabel kulħadd jibda jgħajjar. Il-paġna tal-Mazzun dejjem kienet paġna favur il-Partit Laburista. Ibbakkjajna l-partit fil-ġlieda tad-divorzju, biex il-gays u t-transseswali jingħataw id-drittijiet tagħhom u fl-elezzjoni biex neħilsu minn wieħed mill-aktar gvernijiet korrotti u falluti li qatt kellha Malta.

Pero, aħna ma nilgħaqu lil ħadd u ngħiduha kif inhi. Il-PL tilef ruħu u mhux imbilli noqgħodu nagħmlu t-tejatrini fuq il-qabar ta’ Mintoff. Aħjar ngħidu x’kien jagħmel kieku Mintoff baqa’ ħaj u qed jara kif il-partit tiegħu ġie żarmat minn dak kollu li kien jagħmlu partit tal-ħaddiem; partit li fuq quddiem dejjem poġġa lill-fqir, lill-batut u lill-emarġinat. Partit li ġġieled bis-sħiħ lil ħnieżer li aktar ma jkollhom aktar iridu u l-qliegħ jagħmluh billi jeqirdu l-isbaħ partijiet tal-pajjiż u jirfsu fuq id-drittijiet tal-ħaddiema.

Read more…

MINTOFF IS-SEKULARI

August 24, 2012 2 comments

Mintoff jibqa’ jissemma’ għax kixef il-fatt li l-Knisja ma kienx moħħha fil-ġustizzja ma’ min hu fqir, iżda li żżomm idejn fuq il-poter li kellha fuq moħħ il-fidili tagħha.

Aħna mhux se noqgħodu ngħidu jekk Mintoff kienx salvatur jew xitan. Il-fatt li nies bħall-Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi tant iddemoniżżawh u issa għarfu kemm ħalla mpatt posittiv huwa biżżejjed biex juri li ħafna mill-ispin kontra Mintoff kien partiġġjan.

Mhux qed ngħidu li Mintoff ma’ kienx stinat u awtokratiku. Xejn minn dan, iżda meta l-PL iggverna bil-maġġoranza tas-siġġijiet ma kienx qed jagħmel xi ħaġa aktar differenti milli Lawrence Gonzi qed jagħmel bħalissa. Mintoff kien qed jimxi mal-liġi anke jekk din ma’ kenitx ġusta.

Read more…

L-Interdett: biex ma ninsew qatt

February 20, 2012 Leave a comment

Jekk hawn min irid jibqa’ jfakkar il-passat, allura tajjeb li niftakru l-passat kollu u mhux dak li jrid hu biss. Ma nistgħux ma ninsewx dak li ġara 50 sena ilu eżatt meta, fl-hekk imsejjaħ ‘Frar l-Iswed’, saret elezzjoni ġenerali f’Malta li baqgħet imniżżla fl-istorja ta’ Malta. Dan għaliex il-Knisja ta’ dak iż-żmien immexxija minn l-Arċisqof Mikiel Gonzi mponiet id-Dnub il-Mejjet, l-agħar dnub li Nisrani jista’ jwettaq, fuq kull min jivvota lill-Partit Laburista ta’ Dom Mintoff.

L-istorja nafu kif żvolġiet, imma tajjeb li ma ninsew qatt it-tbatija li għaddew minnha missirijietna, dawk li ndifnu fil-Miżbla, dawk li żżewġu fis-sagristija tal-Knisja, dawk li ġew imżebilħa minħabba t-twemmin politiku tagħhom, dawk li approfittaw ruħhom politikament mis-sitwazzjoni u dawk li sal-lum għaddew fil-parlament u jixtiequ li għadhom f’dak iż-żmien b’allejat li min għalihom bih qatt ma jistgħu jitilfu l-poter.

L-attitudni kerha u negattiva tal-Knisja ppruvat terġa’ tgħolli rasha sena ilu eżatt meta kien se jsir ir-referendum dwar id-divorzju. Aħna stess konna ħriġna ngħajjtu li kellna “Interdett fl-era tal-Internet”, għax reġgħet intużat l-arma tal-biża’ bid-Dnub il-Mejjet. Fortunatament Malta sekulari u progressiva rebħet sena ilu u tinsewx li reġgħet rebħet minkejja li l-PN kien kontrihom. Biex dawn ir-rebħiet ma jintilfux, ma rridux ninsew. Ara dawn il-videos biex tiftakar minn xhiex għaddew missirijietna u l-kliem ta’ Mintoff li kien jgħid naħfru iva, ninsew qatt!

Lino Spiteri says comparing 1981 with current political situation ‘does not hold’ – timesofmalta.com

February 6, 2012 Leave a comment
Categories: Opinion Tags: , , , ,

Gvern Ħali u Irresponsabbli!

February 4, 2012 Leave a comment

Mela l-ewwel fetaħ Mater Dei f'egħluq sninu, issa fetaħ tiġrija għall-kap tal-partit li hu biss se jieħu sehem u dan l-aħħar qed jgħid lil kulħadd li Malta ma tistax tgħaddi mingħajru. Dalwaqt nagħmlulu munument tal-kult tal-persuna bħalma kienu jagħmlu l-komunisti għal mexxejja tagħhom.

Mela xi ġimgħat ilu, Louis Farruġia, iċ-ċerman ta’ l-Air Malta qal biċ-ċar li l-kumpanija ta’ ajru mhiex f’qagħda li tkun tista’ tissussidja l-biljetti ta’ l-ajru għal min irid jiġi jivvota, iżda ftit ilu l-Uffiċju tal-Prim Ministru ħareġ jgħid li dawn xorta ħa jingħataw minkejja l-qagħda mwera tal-kumpanija.

Read more…

Bejn l-1998 u l-2012 – Alfred Sant (it-Torċa)

January 29, 2012 Leave a comment

Alfred Sant - Prim Ministru 1996-1998

ALFRED SANT fl-ewwel artiklu tiegħu minn tnejn, għall-ewwel darba jagħmel analiÿi pubblika tal-ġrajjiet li seħħew fis-sajf tal-1998 u jqabbilhom ma’ dak li qed iseħħ illum, meta ‘gonzipn’ jinsab fi kriżi. Sant jara x-xebħ, imma wkoll jislet id-differenzi li jagħmlu ż-żewġ çirkostanzi differenti minn xulxin. 


Read more…

Categories: News Tags: , , , ,

Moussa Koussa’s secret letters betray Britain’s Libyan connection

September 4, 2011 Leave a comment

Moussa Koussa

Moussa Koussa’s secret letters betray Britain’s Libyan connection

Nota tal-Mazzun: Qabel inkomplu bil-vavata tal-Labour u l-PN jgħajjru lil xulxin min kien l-iktar ħabib ta’ Gaddafi, ejja naraw naqra x’ħawwdu l-Ingliżi, minn għedewwa (żmien Thatcher u Lockerbie) għal ħbieb (żmien Blair) u erġajna għedewwa (żmien Cameron) ta’ Gaddafi!

Categories: News Tags: , , , , , , ,
%d bloggers like this: