Archive

Posts Tagged ‘Konrad Mizzi’

Alfred Mifsud – opportunist prim ieħor?

June 20, 2016 1 comment
Mifsud

Lanqas Dr. Scicluna mhu jaqbel mal-kariga ta’ Mifsud  bħala l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali

 

Aħna tal-Mazzun ivvotajna u dejjem appoġġjajna lill-PL għaliex il-PN qażżuna sal-ponta ta’ mneħirna bl-arja, prepotenza, korruzzjoni u nepotiżmu li wrew matul it-tmexxija tagħhom. Dawn saru insapportabbli fl-aħħar ħames b’Gonzi juri kemm hu mexxej dgħajjef u kemm tilef il-kontroll ta’ ministri bħall-Austin Gatt u Tonio Fenech, u Richard Cachia Caruana li prattikament kien imexxi il-partit minn wara l-kwinti.

Għalhekk ma rridux li l-PL jaqa’ fl-istess nassa tal-PN, u meta kellu kwistjonijiet li ma qbilniex magħhom bħal ta’ Konrad Mizzi u Joe Bannister aħna m’għamilniex bħal dawk li huma totalment mogħmija bil-partit u skużajnieħ. Aħna ikkritikajna u nkomplu nikkritikaw għax iridu li l-PL jerġa jitla’. Għalhekk nibqgħu nsostnu li l-involviment ta’ Konrad Mizzi fit-trusts tal-Panama u r-renju ta’ Bannister fl-MFSA li milli jidher ħadd ma jista’ għalih qed jagħmlu ħsara lill-partit.

Agħar minn hekk, hija l-ħsara li dawn qed jagħmlu lill-industrija mportanti tas-servizzi finanzarji li tirrikjedi mmaniġġjar strett u ‘l bogħod mill-inqas diċerija ta’ korruzzjoni fiskali. 

Sfortunatament, jidher ċar li Joseph Muscat lest li jkompli jsawwat lil din l-industrija bl-għażla ta’ Alfred Mifsud bħala l-gvernatur tal-Bank Ċentrali.  Read more…

1%

June 4, 2016 1 comment

Survey

Il-figura ta’ 1% hija l-persentaġġ ta’ kemm bħalissa l-PL qiegħed jgħaddi bil-votanti lill-PN skond il-gażżetta Maltatoday li fl-aħħar elezzjoni qattgħet li l-PL kien se jirbaħ l-elezzjoni b’12% jew 36 000 vot.

Jekk nirriduċuha għall-voti, dan il-1% jissarraf fil-figura ta’ 3 000 vot!

Mela tlett snin wara l-maġġoranza Laburista naqset minn 36 000 għal 3 000 vot!

Minbarra dan, 10% ta’ votanti Laburisti qed jgħidu li mhux se jivvota fl-elezzjoni li jmiss. 

Huwa minnu li l-gvern jinsab f’nofs il-leġislatura u huwa minnu wkoll li aktar minn 30% qalu li huma ndeċiżi lil min se jivvotaw, iżda bl-affarijiet li wettaq il-gvern Laburista kont nistenna li jżomm maġġoranza akbar.

Allura x’għamel ħażin?

Read more…

Aħna Mzazen?

May 4, 2016 2 comments

gullible

Kulħadd jitnejjek bina!

Min għalihom li kulħadd mazzun u jibla’ kollox.

Minn naħa għandna lil Simon Busuttil b’żewġ deputati mexxejja mċappsin bil-korruzzjoni ferm agħar minn Konrad Mizzi, li jrid ibellgħaħielna li Beppe bena l-Palazz mingħajr l-għajnuna ta’ missieru u l-partit; u lil Demarco li ħaseb li n-nies kollha boloħ u li se jemmnuħ li ma’ ħasibx li għandu jħallas lil Sladden wara 7 snin għax-xogħolijiet fuq daru ma kienux għadhom lesti. 

Mhux ta’ b’xejn li Xmun m’għandux ċans jirbaħ l-elezzjoni li ġejja. Qabel l-elezzjoni ħareġ b’skoss ħmerijiet bħal tal-bailout u biex in-nies jiddiskutu l-politiku għand il-growser; u issa jrid ibellgħaħilna li Mario Demarco kien se jħallas lil Sladden qisu mhux kulħadd jaf li ħallsu biex ma jinqabadx li dak ried jagħtih rigal. Read more…

KONRAD MIZZI MA JĦOBBUX IL-PARTIT!

May 1, 2016 3 comments

Konrad Joseph

FL-opinjoni tiegħi ta’ Konrad Mizzi kienet waħda posittiva ħafna. Kien jolqotni bħala bniedem teknokratiku, jaf xogħolu u jaf is-sengħa ta’ l-immaniġġjar speċjalment fix-xogħol li speċjaliżża fih, il-qasam ta’ l-enerġija.

Għalhekk qatt ma kont nistenna li kien se jibqa’ kkakkmat mal-poter u minkejja li hu stess ammetta li kien żball li fetaħ kont fil-Panama, qatt ma offra r-riżenja tiegħu minn Ministru.

Dan wassal biex poġġa lill-Prim Ministru f’diffikulta kbira għax waqgħet fuqu l-għażla x’jagħmel b’Konrad. Iżda jekk dan kien egoist biżżejjed li jibqa’ ministru, il-Prim ma missux dam daqshekk biex iġiegħlu jitlaq. Minn naħa l-oħra, Mizzi kien joħroġ ta’ raġel kieku ta’ r-riżenja ma’ l-ewwel ġurnata li ħarġet l-aħbar dwar il-kont fil-Panama. Kieku sal-lum, żgur li reġa daħal fil-kabinett ta’ Muscat.

Read more…

Mr. Bailout!

March 26, 2016 Leave a comment

Armi flusek

It-talba mill-PN biex in-nies isellfuhom 10 000 ewro u jingħata imgħax ta’ 4% fuq medda t’għaxar snin żgur li hija waħda mill-akbar ċajtiet ta’ Simon Busuttil minn kemm ilu li laħaq kap tal-PN.

Bla dubju li din it-talba hija prova ċara ta’ kemm jinsab finanzjarment ħażin il-PN u prova ta’ kemm il-MPs Nazzjonalisti li stagħnew u qalgħu l-belli liri matul 25 sena jiffungaw u jerdgħu minn fuqna, huma tosti u verament jimpurtahom biss mill-poter.

Read more…

AĦNA RRIDU TMEXXIJA TAJBA LABURISTA!

March 7, 2016 1 comment
Abbatini

Ma rridux kopja oħra tal-korrotti Nazzjonalisti!

Mhemmx dubju li fl-aħħar elezzjoni l-poplu vvota bi ħġaru biex iqallfat lill-PN ‘il barra mill-gvern minħabba l-arroganza, l-ħniżrija u l-korruzzjoni; u kulħadd qiegħed jgħid li Simon Busuttil (li minkejja jridna ninsew kien parti mill-gvern ta’ Gonzi) mhux jiskurja gowls jagħmel protesti.

Kif qal Evarist Bartolo ftit ilu huwa l-PL li qed jiskurja awto-gowls bl-addoċċ u fil-fatt bħalissa hawn atmosfera fil-pajjiż li l-partiti politiċi l-kbar xebbgħu lill-kulħadd!

Read more…

IL-PN u l-Korruzzjoni

March 4, 2016 Leave a comment
Corruption

Il-PN iridu jitkellmu fuq il-korruzzjoni?

Il-politiċi tal-Partit Nazzjonalista huma tassew nies ipokriti u ma jafux jistħu. Wara li redgħu u ffungaw kemm felħu minn fuq dahar il-pajjiż, iridu jagħmlu protesta kontra l-korruzzjoni. Forsi ftit minnhom inqabbdu jieħdu sehem f’korruzzjoni proprja għaliex mhemmx dubju li jafu jgħattu xturhom sew, iżda n-nuqqas t’etika li mmarkat it-tmexxija Nazzjonalista matul il-leġislaturi tagħhom, l-aktar fl-aħħar ħamsin għandha tħammar wiċċ anke lill-aktar persuna li għandha wiċċa nfurrat f’Malta.

Read more…

%d bloggers like this: