Archive

Posts Tagged ‘gonzipn’

Mr. Bailout!

March 26, 2016 Leave a comment

Armi flusek

It-talba mill-PN biex in-nies isellfuhom 10 000 ewro u jingħata imgħax ta’ 4% fuq medda t’għaxar snin żgur li hija waħda mill-akbar ċajtiet ta’ Simon Busuttil minn kemm ilu li laħaq kap tal-PN.

Bla dubju li din it-talba hija prova ċara ta’ kemm jinsab finanzjarment ħażin il-PN u prova ta’ kemm il-MPs Nazzjonalisti li stagħnew u qalgħu l-belli liri matul 25 sena jiffungaw u jerdgħu minn fuqna, huma tosti u verament jimpurtahom biss mill-poter.

Read more…

Advertisements

L-IŻBALJI TAL-PARTIT LABURISTA – L-EWWEL PARTI

March 11, 2016 3 comments
big mistakes
Qabel l-elezzjoni, Joseph Muscat wettaq bravura meta rnexxielu jġib il-Moderati u l-Progressivi flimkien f’muvument li kien qed jipprotesta l-gvern bażwi u korrott ta’ GonziPN.
Iżda r-realta’ politika turi li muvument bħal dan ma setax ikampa u dan kien l-ewwel żball ta’ Joseph u l-PL li ħasbu li nies b’daqstant ideat politiċi u soċjali differenti setgħu qatt jibqgħu jaqblu fuq il-policies differenti tal-PL.
Kienu jaqblu fuq governanza tajba, meritokrazija u trasparenza, iżda kienu se jsibuha diffiċli jaqblu fuq id-drittijiet ta’ l-omosesswali, it-tibdil tal-Kostituzzjoni, l-iffriżżar ta’ l-embrijuni u issues oħra li żgur lanqas il-Laburisti ma jaqblu fuqhom.
Kif tela’ l-PL, bdew il-problemi u deher ċar li l-partit ma kienx preparat biex jiggverna daqs kemm kien preparat biex imexxi kampanja elettorali effettiva li xkupat lill-PN ‘il barra mill-gvern u kixxfet skoss skandli u l-intiena kollha li kienet akkumulat f’istituzzjonijiet suppost independenti li lkoll kienu nbiddlu f’klabbijiet Nazzjonalisti.
Forsi l-agħar ħaġa li seta’ jiġrilu l-PL hu li l-partit rebaħ b’marġni daqshekk kbira. Din kompliet saħħet lil Joseph Muscat bħala l-“Messija Neo-Laburist” u rabbiet ċerta arja f’ħafna deputati u ministri Laburisti.
Il-ftuħ tal-partit lill-opportunisti u egħdewwa tal-partit li kienu jitqgħalaw jagħmluha mal-Laburisti. Nies bħal Lou Bondi li saħansitra sar “persuna fdata”–ġerħa kbira f’qalb ħafna Laburisti u Cyrus Engerer li saħansitra ġie rekordjat jgħajjar lil-Laburisti u spiċċa jingħata t-titlu ta’ “Suldat ta’ l-Azzar”–falza stikka oħra ta’ Muscat li rrabbjat ħafna Laburisti li jiftakru s-sittinijiet u xi verament kien ifisser tkuns “Suldat ta’ l-Azzar”; u l-opportunisti bħal Robert Musumeci li jgħin b’mod attiv lill-PL kif se jsib modi ġodda biex jeqred l-ambjent, Jeffrey Pullicino Orlando li wara li mexxa l-kampanja tad-divorzju ġġieled mal-PN u ngħata MCST li biddilha f’każin ta’ Nazzjonalisti mkeċċija mill-PN u Franco Debono li anqas ma niktbu dwaru aktar aħjar.
Dawn kollha saru l-eroj ġodda tal-PL u ngħataw salarji u perkaċċi talli kienu tradixxew lill-partit tagħhom. Mhemmx xi ngħidu, dan ma niżilx tajjeb ma’ ħafna Laburisti li spiċċaw imgerrfxin kif dawk li kienu l-egħdewwa tagħhom saru fost l-aktar nies fdati minn Muscat. Tridu tiftakru li nies bħal Lou Bondi u JPO kienu strumentali biex tinsteraq l-elezzjoni tal-2008 u jibda r-renju disastruż ta’ GonziPN. Żgur li ħadd ma nesa’ lil JPO jnewwaħ quddiem Alfred Sant meta dan kixiflu l-iskandlu tal-Mistra wara li JPO ngħata l-premju għall-aktar deputat parlamentari ambjentali.
Ħafna Laburisti huma nies diretti li ma jinżlilhomx il-Makkjaveljaniżmu ta’ Joseph Muscat, l-aktar meta bdew jingħaqdu skoss opportunisti oħra mal-Muvument Laburista, nies bħal John Bundy, William Mangion, Frederick Testa, Kenneth Żammit Tabona u ħafna oħrajn li sa ftit qabel l-elezzjoni lanqas riedu jħokku mal-Laburisti. Dan kompla rrabbja attivisti u voluntiera Laburisti li kienu jaħdmu bla heda għax iħobbu lill-Partit. Joseph kien qed jibgħat il-messaġġ li biex tilħaq fil-partit trid tkun lgħaqi, ġakbin u traditur!
Għalhekk ma naħsibx li jistgħaġeb meta l-gażżetta MaltaToday tirrapporta li f’servej tagħha, 10% tal-Laburisti mhumiex se jivvotaw fl-elezzjoni li ġejja. Meta tistma’ n-nies ħażin hekk jiġri!
JISSOKTA

 

AĦNA RRIDU TMEXXIJA TAJBA LABURISTA!

March 7, 2016 1 comment
Abbatini

Ma rridux kopja oħra tal-korrotti Nazzjonalisti!

Mhemmx dubju li fl-aħħar elezzjoni l-poplu vvota bi ħġaru biex iqallfat lill-PN ‘il barra mill-gvern minħabba l-arroganza, l-ħniżrija u l-korruzzjoni; u kulħadd qiegħed jgħid li Simon Busuttil (li minkejja jridna ninsew kien parti mill-gvern ta’ Gonzi) mhux jiskurja gowls jagħmel protesti.

Kif qal Evarist Bartolo ftit ilu huwa l-PL li qed jiskurja awto-gowls bl-addoċċ u fil-fatt bħalissa hawn atmosfera fil-pajjiż li l-partiti politiċi l-kbar xebbgħu lill-kulħadd!

Read more…

It-Trinita’ tad-Djuq Malti

November 27, 2012 Leave a comment

It-Trinita’ tad-Djuq Malti u konservatiżmu fundamentalista. Mix-xellug għall-lemin: Noelle Grima, Tonio Borg u Paul Vincenti.

L-10 ta’ Diċembru suppost li se tkun l-aħħar ħanqa ta’ dan il-Gvern moribund li wara l-manipulazzjonijiet anti-demokratiċi li għamel fil-parlament għal sena sħiħa, qatt ma jista’ jgħid li huwa xi epitomija tad-demokrazija. Għax jekk Fenech Adami neħħa l-arja tal-Ministri Laburisti fit-tmenijiet u waddabbhom fl-opposizzjoni, Gonzi ħodt u kisser dak kollu li għamel Fenech Adami biex pajjiżna jieħu r-ruħ wara t-taqlib bejn l-1981 u l-1987.

Hija ħasra li wieħed mill-arkittetti li għ

affeġ u ħawwad kemm felaħ bl-għodod legalistiċi ħalli l-opposizzjoni u Franco Debono ma jkollhomx leħen fil-parlament matul is-sena li kważi għaddiet kien Tonio Borġ li issa mar jirrappreżenta lill-Maltin kollha fil-Parlament Ewropew.

Read more…

Priests who did not read IVF letter find support – timesofmalta.com

August 13, 2012 1 comment

Stramba kif jagħmluha t’esperti fuq it-tfal u ħadd minnhom ma’ jista’ jkollu u jrabbi l-ulied?

Priests who did not read IVF letter find support – timesofmalta.com.

Ma neħduhiex bi kbira li kien hemm qassisin ta’ qalb tajba li ħassew il-messaġġ tal-Pastorali ta’ l-Isqfijiet bħala iebsa wisq u nieqsa sew mis-simpatija lejn min ma jistax ikollu t-tfal. Jidher li r-ribeljoni liberali mhux qiegħda ssir biss fil-Partit Nazzjonalista, iżda fil-Knisja Maltija wkoll hekk kif l-Isqof Grech u sieħbu li qatt m’għamel xejn Mercieca jridu jżidu d-doża ta’ l-estremiżmu u jbiddlu l-kwistjoni ta’ l-IVF f’waħda politika u etika, meta f’għoxrin sena la l-Knisja u lanqas il-Gvern ma qatt tkellmu fuq l-IVF.

Jekk din it-teknika hija waħda li trawwem l-abort kif qed isostnu ta’ Kana u l-Isqof Grech, għaliex qatt ma tkellmu matul dan iż-żmien kollu? Mela għoxrin sena ilu ma kenitx ħażina u trawwem l-abort ukoll?

Għaliex issa twebblu li jfottu l-aħħar ċans li għandhom koppji nfertili li jkollhom it-tfal?

Possibli Gonzipn mhux jinduna li din il-kwistjoni aktar se tnaqqaslu l-voti jekk b’xi miraklu tiġi diskussa jekk jiftaħ il-parlament f’Ottubru?

U Jeffrey Pulliċino Orlando fejn hu? Għax il-liġi ta’ l-IVF kif ġiet proponuta żgur mhix waħda li ried hu. Biss biss tiddiskrimina kontra l-gays li hu tant xtaq li jagħtihom il-jedd li jiżżewġu.

Din ta’ l-IVF mhi xejn ħlief turija tal-qawwa tal-Konservattivi u l-Kattoliċi fi ħdan il-PN li ħatfu l-partit kompletament taħt idejhom u jixtiequ li jerġa jkollhom partit konfessjonali mwaħħal b’kordun mal-Knisja.

Qed taraw kemm il-prinċipji ġodda ta’ Gonzipn li suppost kellhom ikunu l-egħruq ġodda ma kienu xejn ħlief bżar fl-għajnejn biex min għalihom jikkonvinċu l-poplu li nbiddlu wara d-disfatta tad-divorzju.

Imma issa kulħadd jaf li mhux talli Gonzipn ma nbidilx, iżda keċċa u rażżan lil-liberali u sar aktar konservattiv u konfessjonali.

 

Categories: News, Opinion Tags: , , ,

Ħallsu ja bgħula!

May 13, 2012 1 comment

 

Aħna ma tantx naraw għalfejn għandhom jitħallew il-parkers, iżda s-sistema tal-gvern se tfisser li l-prezz tal-parkeġġ se jiżdied sostanzjalment.

Mela l-gvern ħareġ bl-idea li jipprivatizza l-parkeġġ madwar Malta u Għawdex.

Ngħiduha kif inhi, aħna tal-Mazzun m’aħniex xi protetturi tal-parkers għax narawhom bħala nies li jaqilgħu l-flus mix-xejn u li ma jipproteġux il-karozzi li jkollhom taħthom għas-sempliċi raġuni mhumiex marbutin bil-liġi li jagħmlu hekk.

Dawn ingħataw importanza għaliex l-UHM daħħlithom membri u għax it-Transport Malta tathom għarfien li jieħdu ħsieb il-parkeġġi li jkunu qed  “jaħdmu” fihom–żewġ azzjonijiet dillentanteski mmirati biex jaġevolaw nies li huma kważi kollha Nazzjonalisti.

Read more…

Jaġevolaw il-Ħbieb u jinsew il-Batut!

May 12, 2012 1 comment

Gonzipn – L-aqwa l-pożi!

Editorjal ta’ l-Oriżżont imsejjaħ “L-Ordni tal-Ġurnata” li ta’ min jixtarru sewwa

Kemm-il darba smajna lil GonziPN inewwaħ  u jfettaq b’kull skuża biex ma jagħtix żidiet u/jew kumpensi adegwati lil dawk l-inqas li jifilħu. Jew jgħid ukoll li hu impossibbli li jraħħas il-kontijiet stratosferiċi tad-dawl u l-ilma. Imma biex “bil-qalb” jagħti l-miljuni lil dawk tal-klikka tiegħu għandu… u kif għandu! Mhux biss, iżda qed ifawwar il-bwiet tal-ħbieb b’‘direct orders’ fl-istess ħin li jiġi jitmejjel li b’hekk mhux biss ikun qed iġebbed sal-estremità r-regoli finanzjarji, iżda wkoll imur kontra l-prassi li l-Unjoni Ewropea tkun qed tistenna mill-membri tagħha.

Read more…

%d bloggers like this: