Home > Opinion > Lokijiet Laburisti jew Malta tal-Mickey Mouse!

Lokijiet Laburisti jew Malta tal-Mickey Mouse!

flushing toilet

Il-PL se jlaħħaq kap tal-PBS bniedem li kien jgħajjar lil-Laburisti lokijiet jiffluxxjaw!

Dawn huma t-tip ta’ nies li mtela’ bihom il-PL – partit li sar mimli opportunisti li kulħadd jaf min huma u li kulħadd irrabbja meta l-Prim Ministru, daħħalhom fil-partit u minħabba wegħdi li għamel magħhom minn wara dahar kulħadd, tahom perkaċi aqwa mill-aqwa Laburist li kien ħaqqu ferm aktar minnhom.

Mhux ta’ b’xejn li l-aħbar li John Bundy se jilħaq minflok Anton Attard bħala CEO tal-PBS. Persuna li sa ħames snin ilu kienet tgħajjar lil-Laburisti kwazi bl-istess mod li qed jgħajjarna l-lum David Thake; u biex tgħaxxaqha kien izid il-ħsejjes biex juri li l-Laburisti huma mogħoz injuranti u lokijiet, inkorlat tant Laburisti.

Minbarra l-fatt li Bundy huwa bniedem vojt u vulgari li issa qed jilgħabha ta’ xi sofistikat, dan m’għandu l-ebda kwalifici għall-CEO u jekk isir, il-gvern ikun verament rema’ l-wegħda tal-meritokrazija barra t-tieqa.

Persuna li tkun CEO ta’ istituzzjoni mportanti bħax-xandir irid ikun diplomatiku, kolt u jaf jitkellem sew bl-Ingliz; u mhux bicca disc-jockey li beda l-karriera tiegħu jgħajjar lil-Laburisti fl-agħar tip ta’ programmi propagandistici Nazzjonalisti.

Meta jmur jiltaqa’ mal-kbarat barra, lil dan Bundy kif se jintroduċuh mal-kbarat barranin – id-disc jockey vulgari li jiddelitta bil-lokijiet? Dan minn fejn se jsib id-diplomazija biex ikun raprezzentant denju tax-xandir Malti? U kif se jimmaniġġja programmi ta’ l-EU, kemm kulturali kif ukoll tekniċi jekk m’għandu l-ebda know how?

Din hija għazla oħra li se tkompli tagħmel ħsara lill-PL mal-Laburisti stess għax aħna ma’ naccettawx lil min ikasbarna u lanqas biss juri l-icken sogħba jew għallinqas joffri apoloġija għal dawk il-programmi li kien itella’ biex jizzuffjetta u jwaqqa’ għan-nejk il-Laburisti li issa ġie jilgħaqhom.

It-tort imur ukoll lil min bniedem medjokri bħal dan ġabu lejn il-PL u trattah qisu xi stilla li għenitu jirbaħ l-aħħar elezzjoni.

MIN GĦAMEL DAN, M’GĦANDU L-EBDA RISPETT LEJN IL-LABURISTI ĠENWINI!

Advertisements
  1. Bavaria
    August 1, 2016 at 2:50 pm

    LIL DAWK IL LABURISTI GENWINI – IT TKUNU VERA LOKIJIET JEKK FL AHHAR MUMENT TA L ELEZZJONI GENERALI LI JMISS TMORRU TIVVUTAW LIL JOSEPH MUSCAT. IL VOT UZAWH IMMA UZAWH FUQ PARTITI GODDA LI GHALINQAS QED IGIBU L INTERESS TA MALTA U LMALTIN L EWWEL

  2. Anthony Attard
    August 1, 2016 at 5:15 pm

    Dan mhux gvern tal laburisti imma tan nazjonalisti u ta l opportunisti ma irridx jaf bil laburisti genwieni anzi irmiehom issa jiegu ghal xi vot issa ivvutalu mela sawwatni armieni imbaghd trid ittini il vot tieghek mhux hekk tghid ghandu xi cans ma tarawx show s biss grazzi

  3. Anthony Attard
    August 1, 2016 at 9:16 pm

    vera dan il gvern waqqa laburisti genwieni ghan nejk dan mhux gvern laburista pero nghid haga il laburisti dejjem qalaw fuq rashom min taht in nazzjonalisti u iktar b dispjacier nghid mill gvernijiet laburisti MELA SORRY NO VOTE

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: