Archive

Posts Tagged ‘Austin Gatt’

Alfred Mifsud – opportunist prim ieħor?

June 20, 2016 1 comment
Mifsud

Lanqas Dr. Scicluna mhu jaqbel mal-kariga ta’ Mifsud  bħala l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali

 

Aħna tal-Mazzun ivvotajna u dejjem appoġġjajna lill-PL għaliex il-PN qażżuna sal-ponta ta’ mneħirna bl-arja, prepotenza, korruzzjoni u nepotiżmu li wrew matul it-tmexxija tagħhom. Dawn saru insapportabbli fl-aħħar ħames b’Gonzi juri kemm hu mexxej dgħajjef u kemm tilef il-kontroll ta’ ministri bħall-Austin Gatt u Tonio Fenech, u Richard Cachia Caruana li prattikament kien imexxi il-partit minn wara l-kwinti.

Għalhekk ma rridux li l-PL jaqa’ fl-istess nassa tal-PN, u meta kellu kwistjonijiet li ma qbilniex magħhom bħal ta’ Konrad Mizzi u Joe Bannister aħna m’għamilniex bħal dawk li huma totalment mogħmija bil-partit u skużajnieħ. Aħna ikkritikajna u nkomplu nikkritikaw għax iridu li l-PL jerġa jitla’. Għalhekk nibqgħu nsostnu li l-involviment ta’ Konrad Mizzi fit-trusts tal-Panama u r-renju ta’ Bannister fl-MFSA li milli jidher ħadd ma jista’ għalih qed jagħmlu ħsara lill-partit.

Agħar minn hekk, hija l-ħsara li dawn qed jagħmlu lill-industrija mportanti tas-servizzi finanzarji li tirrikjedi mmaniġġjar strett u ‘l bogħod mill-inqas diċerija ta’ korruzzjoni fiskali. 

Sfortunatament, jidher ċar li Joseph Muscat lest li jkompli jsawwat lil din l-industrija bl-għażla ta’ Alfred Mifsud bħala l-gvernatur tal-Bank Ċentrali.  Read more…

Advertisements

Governanza Xierqa!

March 21, 2016 Leave a comment

Meta tisma’ li nies bħal Ann Fenech ingħatat aktar minn nofs miljun f’konsulenzi mill-Airmalta, tibda tgħid x’wiċċ għandu Simon Busuttil joqgħod jippriedtka fuq il-korruzzjoni u l-good governance.

Li terda’ nofs miljun minn kumpanija qed tfalli mhijiex oxxenita’?

U għadna ma nafux kemm ingħataw konsulenzi minn kumpanija oħra li kienet mimlija dejn, l-Enemalta. Nafu li l-Prim Korrott li kien iħawwad u jgerfexx kemm jiflaħ fix-xiri taż-żejt spiċċa protett minn Lawrence Gonzi għax ingħata maħfra biex jiġġakbina lil ħaddieħor u spiċċa kompla jigdeb kemm jiflaħ, u sa sentejn wara ftit li xejn inqabdu nies.

Read more…

Austin u Tonio giddibin jew sempliċiment inkompetenti?

February 20, 2013 Leave a comment
gatt_austin_tabone_tancred_enemalta

Austin Gatt ħaseb li kulħadd baħnan u li kkonvinċiena li ma’ kellux x’jaqsam ma’ Tancred Tabone li jiġi kuġinuh.

Tajjeb li ngħidu eżatt min hu Tancred Tabone. 

Dan ġie deskritt bħala negozjant ta’ suċċess minn Austin Gatt għaliex għandu l-kumpanija Forestals. Huwa minn dejjem kien qrib ħafna l-PN, tant li jagħmel parti mill-JS List ta’ Joe Saliba għax ilu ħafna huwa wieħed mis-sostenituri tal-PN. Jidher li dan xtaq li jitħallas tajjeb ta’ dan is-sosten u għalhekk huwa wieħed minn tlieta li ġew mixli b’korruzzjoni, tixħim u ħasil ta’ flus, u m’aħniex nitkellmu fuq lira jew tnejn, iżda fuq somom ta’ mijiet u anke eluf ta’ miljuni ta’ ewro li huma somom li jbelħu għaliex jistgħu jfissru parti sostanzjali mid-dejn ta’ pajjiżna u d-dejn kollu ta’ l-Enemalta.

Read more…

Austin Kumbinazzjonijiet!

February 16, 2013 Leave a comment
gatt-austin-jolly

Austin Gatt qal li ma jħobbx il-buzzulotti, imma daħħaqna mhux ħazin dawn l-aħħar ġimgħat bid-dikjarazzjonijiet tiegħu redikoli dwar l-iskandlu tax-xiri taz-zejt. L-aktar li mhux risponsabbli meta hu kien il-ministru.

B’kumbinazzjoni l-Ministru Austin Gatt kien jiltaqa’ mal-ħbieb tiegħu li poġġihom f’xogħolhom hu bħall-ex-Chairman Tancred Tabone, Frank Sammut u George Farrugia imma qatt ma kienu jiddiskutu z-zejt!

B’kumbinazzjoni Austin Gatt wiret balla flus li qeghedin f’kontijiet fl-Izvizzera u dawk li jixtru z-zejt kienu juzaw banek Svizzeri.

B’kumbinazzjoni hu bħala l-Ministru ta’ l-Infrastruttura u l-Enerġija dak iz-zmien (għax Gonzi neħħieħ) fl-2008, kien risponsabbli tax-xiri taz-zejt u qal li hu m’għamel xejn ħazin, imma taħtu saru l-ħnizrijiet u għalhekk għandu jirrezenja.

B’kumbinazzjoni u biz-zball ġenwin nesa’ jiddikjara dan il-kont barrani.

B’kumbinazzjoni ħadd m’induna li kien hemm commissions li jiswew miljuni kbar ta’ ewros fuq medda ta’ egħxieren ta’ snin.

B’kumbinazzjoni s-salvagwardji biex dan ma jseħħx ma’ ħadmux għall-egħxieren ta’ snin.

Read more…

Il-PN, Aus u l-Gvern tad-Dellijiet!?

February 14, 2013 Leave a comment

Oil MafiaX’iridu nfissru bi gvern tad-dellijiet?

Le, le mhux ix-shadow ministers magħmula mill-membri ta’ l-opposizzjoni, izda grupp sigriet ta’ individwi li għandhom poter kbir li jistgħu jkunu jagħmlu parti mill-amministrazzjoni pubblika, in-negozju u anke l-politika, li bil-moħbi jikkontrollaw kollox għall-vantaġġ tagħhom u jiġbdu l-ispag tal-gvern leġittimu tal-pajjiz billi jiddereġulu l-policies, lis-strateġiji tiegħu u l-mod kif imexxi.

Rapporti riċenti fuq diversi gazzetti juru li dan iċ-ċirku verament jezisti.  Il-gazzetta Maltatoday kixfet kif miljuni kbar ta’ ewros tħallsu f’kummissjonijiet fuq ix-xiri taz-zejt; dan il-blog għamel ftit somom ħfief li juri li bil-persentaġġi li qed jissemmew, dan ic-cirku possibilment qala’ ‘l fuq minn 600 miljun ewro u gazzetta elettronika ħabret li s-somma tista’ tlaħħaq is-somma li ma titwemminx ta’ 2 biljun ewro!

Read more…

Kif tista’ temmen lil A.G.?

February 12, 2013 Leave a comment
Papa AUSTIN
Ma niskantawx li Gonzipn jaħsbu li l-poplu kollu mazzun u jibla’ kemm jiflaħ. Din hi l-aħħar arma li fadlilhom. Qegħdin jipprovaw jbellgħuna li A.G. u Aust ma jirreferux għall-Austin Gatt għax dan qed jgħid li qatt ma ltaqa’ ma’ George Farruġia u tkellem miegħu dwar ix-xiri taz-zejt. U jippretendi li aħna nemmnuh!?

Kulħadd ilu jingidem minn Austin Gatt. Minbarra li r-raġel hu kiesaħ u dardira mill-kbar, irnexxielu b’xi mod jikkontrollha lil Laurence Gonzi u jkollna nistaqsu għaliex Austin Gatt għandu daqshekk kontroll fuq Gonzi?

Meta tara l-ħmieġ li ħiereġ mill-maniġġi tal-Ministeru ta’ Austin tifhem għalfejn tal-PN dejjem jiftaħru li flimkien kollox possibli għax biex jirnexxielek tisraq mijiet ta’ miljuni ta’ ewros bil-barka tal-gvern hija zgur l-akbar att ta’ korruzzjoni li qatt ra dan il-pajjiz.

Read more…

Min hu A.G.?

February 11, 2013 1 comment

560090_494810250554569_1653567408_nPeress li aħna Laburisti njoranti, stupidi, idjoti u m’aħniex ta’ sustanza u m’għandniex wiċċ ta’  Nazzjonalist se nipprovaw naqtgħu xi jfissru l-inizzjali A. G. u l-kliem Aus għaliex huma xi ftit tqal għall-moħħ fjakk li għandna. Ħa naraw mela:

Ah Ġakbin!

Jista’ jkun li ħafna nies li saru miljunarji kbar bil-bejgħ taż-żejt qed jgħidu hekk lil George Farruġia wara li ngħata l-proklama.

Ara George!

Ma jmurx jitkellem avolja ngħata l-proklama u min jaf kemm se jikxef nies.

Alvin Grixti – Ġuvni sew li qed jipprovaw iwaħħlu kollox fih li hu kien qed jimmanipula kollox u rnexxielu jikkonvinċi lill-Ministru biex jagħmel lil Tancred Tabone l-Kap ta’ l-Enemalta, jingaġġa lil George Farruġia u jagħti x-xogħol lil Frank Sammut u sħabu.

Read more…

%d bloggers like this: