Home > News > L-OPPORTUNISTI – L-EROJ ĠODDA TAL-PARTIT LABURISTA?

L-OPPORTUNISTI – L-EROJ ĠODDA TAL-PARTIT LABURISTA?

https://i2.wp.com/292fc373eb1b8428f75b-7f75e5eb51943043279413a54aaa858a.r38.cf3.rackcdn.com/opinion_08_temp-1400396707-53785ba3-620x348.jpg

(Artiklu ta’ Joe M. Cachia)

Issa donnha dahlet drawwa li kull min, ghal xi raguni jew ohra, jichad xi twemmin politiku li kellu u jithabbeb mal-moviment Laburista, jsir qaddis mil-llum ghal-ghada.  Diga kellna whud li, ghad-direttura, gew mghammda bhala ‘suldati tal-azzar’ godda jew gew milqugha bi briju kbir ghax ghamlu hoss billi wrew simpatija mal-moviment, bhal per ezempju; Jeffrey Pullicino Orlando, Cyrus Engerer u ohrajn.  Ghadni ma nafx fuq liema kriterju jew valuri dawn lahqu dan il livell hlief li dawn qasmu l-kamp u gew fuq in-naha l-ohra, ghax issa taghna kollox tajjeb u taghhom kollox hazin.

W’ssa ghandna lil dan ukoll; Dr. Ian Castaldi Paris, li skond ir-rapporti, wara li gie ntrodott fil-laqgha generali tal-Partit Laburista(?), gie moghti ovazzjoni qawwija ta’ capcip mid-delegati tal-partit.  Jahasra kemm ghandna bciecen!  Dan ukoll gie jew ser jigi mghammed u onorat bhala ‘suldat tal-azzar’ gdid, Onorevoli?  Ma nafx jekk dan hux xi opportunista.  Haga zgura hi li dan ghadu ma giex ippruvat fl-intenzjonijiet genwini tieghu!

Donnu kollox sar ighodd ghal gol-borma!  Ma ninsewx li anki ghandna persuni li sahansitra nstabu kriminalment hatja li wkoll gew mghotija tghanniqa  flimkien ma’ dan l-unur.  Onorevoli, b’liema dritt qed tapprofitta ruhek mill-uzu ta’ dan it-titolu.  Dan mhux tieghek!  Possibbli ma kellikx il-hila almenu ssib titolu iehor, bhal per ezempju; ‘qaddejja fidili’?

Onorevoli, ma kienx ikun aktar gust li kieku qabel tisraq din il-frazi, jigifieri ‘suldati tal-azzar’, tgharraf publikament x’kienu l-gheruq u r-ragunijiet ta’ dan it-titolu grandjuz n min kien il-hallieq tieghu?  Ma nahsibx li hawn hafna li jafu jew jiftakru din l-istorja, ghax safejn naf, lanqas int ma kont f’din id-dinja dak iz-zmien tant deciziv u mportanti fl-istorja ta’ pajjizna.

Tajjeb wiehed ifakkar li f-elezzjonijiet generali tal-1962, il-Knisja lokali wissiet lil-fidili li kien dnub mejjet ghal min b’xi mod jappoggja jew jivvota lil-Partit Laburista, izda minkejja dan, madwar 51,000 (wiehed u hamsin elf/34% tal-elettorat)  ‘suldat tal-azzar’ xorta vvutaw lil-Partit Laburista.  Dawn kienu l-ewwel u l-veri suldati leali u kuragguzi u mhux ta’ b’xejn li inghatalhom dan it-titolu prestigguz mill-Kap tal-Partit Laburista, il-qatt-minsi Duminku Mintoff..

Possibli, Onorevoli, ma rnexxilekx tindika u tonora, b’kull rispett misthoqq, il-veri u originali ‘suldati tal-azzar’, li fortunatament ghadhom maghna u li sfortunatament gew imwarrba mill-moviment hekk-imsejjah Laburista ghaliex zammew u baqghu fidili mal-principji u s-sisien tal-Partit Socjalista, li issa gie kkapparrat, kif ukoll ghadhom kontra s-shubija ta’ pajjizna fl-Unjoni Ewropea, kif darba kont int.  Onorevoli, oqghod attent, ghaliex lil min twarrab illum, iwarrbek ghada u qed nibza li dawn dejjem qed jizdiedu!

Ma nazzardax nipprova nsemmi l-eluf ta’ dawn is-suldati qalbiena li bil-hila u l-kuragg taghhom bnew il-moviment Socjalista li sibt int u li issa s-segwaci tieghu fdawlek f’idejk.  Zgur tkun sahta ghal-pajjizna jekk l-elettorat jigi mqarraq!

Minkejja dan kollu ma nistghax ma nsemmix uhud, li jiena nhoss li huma kapurjuni fil-mixja u s-success tal-benniena tal-Partit Laburista Malti,  Bla dubju, il-post ta’ l-unur imur ghal-dejjem-mahbub il-perit Duminku Mintoff u mhux wisq warajh ghal ex-Prim Ministru ta’ Malta, Dr. Karmenu Mifsud Bonnici, li sahansitra kien uza l-frazi ‘l-aristokrazija tal-klassi tal-haddiema’ bhala gieh lil-haddiema Maltin, kif ukoll nies ohra, bhalma huma Sammy Meilaq u l-ex-President ta’ Malta, Dr. Gorg Abela, li dejjem ghozzew w appoggjaw il-principji Socjalisti li wirtu.

Fl-ahharnett, Onorevoli, inti taf tajjeb li hemm hafna aktar li jixirqilhom li jissemmew u jinghataw gieh u jaqbel li nghozzuhom u ma nitilfuhomx ghax l-onesta u l-fedelta taghhom huma mprezzabbli!

 

Advertisements
  1. February 5, 2015 at 8:25 pm

    Li hu zgur li bl-open door policy ta’ Simon Xejn Sew Busuttil akter qedin johorgu milli jithlu fid- Dar Centrali ! ;D

  2. February 5, 2015 at 9:26 pm

    F’hiex naqsek lilek? Ghaliex amke hmar joqmos jekk tniegzu.

    • February 6, 2015 at 8:14 am

      Lilna ma naqasna f’xejn għax m’aħniex opportunisti u nirċievu ħafna ittri mingħand min għadu jbati u għalih qisu ma nbiddilx il-gvern. U aħna, wħud minnha, missirijiethom kienu suldati ta’ l-azzar tal-1958 – 1962 u jħossuhom insultati li l-Prim Ministru qabbel lil dak l-opportunist gwapp ta’ Engerer ma’ missirijiethom. Mela oqgħod attent għal min taqbeż bi kliemek u toffendix lil min kien, għadu u baqa’ Laburist proprja u mhux bieħ ruħu.

  3. February 5, 2015 at 9:28 pm

    Kemm sar hawn qalbhom perzuta ghals-suldati ta’ l-azzar imbaghad jiktbu taht nom-de-plume.

  4. Joe Xuereb
    February 6, 2015 at 4:23 am

    Issa t-tlieta u ħames minuti ta’ filgħodu u għadni kemm dħalt. Qrajt il-kumment tiegħek u għidt, waqt li qiegħed fiż-żifna……
    Is-Soċjaliżmu ta’ żmien Mintoff (ħamsin sena ilu u aktar) kien att ta’ l-azzar da parti ta’ Duminku. Induna li kien wasal iż-żmien li l-ħaddiem Malti jitħalla jqum fuq saqajh. Sfortunatament is-Soċjaliżmu u l-Kommuniżmu kienu ħaġa waħda. Mintoff kellu reżistenza minn banda tal-klassi privileġġjata (dawk li jpuppuha sew, imma l-quddies nhar ta’ Ħadd u jaqilbu d-dinja ta’ taħt fuq fost il-ġimgħa u darbtejn il-Ħadd wara l-knisja. Ma ridux li l-ħamalli jisirqulhom ix-xettru. Mill-banda l-oħra kien hemm il-Knisja li kienet tara d-dimonju fil-Kommuniżmu u l-possibilta’ tal-għawġ li dan iġib(divorzju, telf ta’ l-erwieħ, eċċ).
    Għadda ż-żmien u l-Kommuniżmu sar nota fil-qiegħ tal-paġna. Rebaħ il-Kapitaliżmu u issa qegħdin insoffru l-isfaxxar ta’ dan. Il-prinċipju tal-Kommuniżmu(meta ma jkunx korrott) għadu validu anke llum imma min jiġġieled għalih illum għandu ħajt għodi x’jikkumbatti. Ir-rota ddur u l-istess suġġett jieħu lewn skond iż-żminijiet. U kif ngħidu, mitt bniedem u mitt fehma. Hawn nies li jaċċettaw kollox basta ngħidu fil-paċi(mingħalihom) u hemm oħrajt li jirreżistu u dawn mhux talli ma jsejħulhomx ‘suldati ta’ l-azzar’ – anzi jgħidulhom jagħlqu ħalqhom għax il-bigotti(?) mhux sew isemmgħu leħinhom.

    Il-Ġimgħa 6 ta’ Frar 2015.(03.22).

  5. Joe Xuereb
    February 6, 2015 at 4:28 am

    About the picture accompanying this comment – Joseph u Cyrus qishom ser jiżfnu t-tango. U t-tbissima mbarazzata tal-Prim Ministru qiesu qiegħed jgħid – ara ma jfettillekx tbusni, ta! LoL!

  6. Bavaria
    February 6, 2015 at 6:53 am

    Is suldati ta lazzar kienu tal partit laburista ta duminku mintoff. Issa l partit laburista gie meqrud ghal kollox min joseph muscat u suldati ta l azzar ma jaghmlux parti minnu ghax ghal joseph u martu dawn in nies mhummiex ta klassi gholja bhalhom.

  7. Anthony Attard
    August 23, 2015 at 2:11 am

    naqbel mighek my friend maghdux il partit laburistali tant hdiemna ghalieh partit tan nazzjonalisti ullaburisti mormija u imkassbra ghara jiegux ghal xi vot issa kolla listess ghal klikkek u gharmi il haddiem u suldati ta lazzar nghidulu grazzi sur prim

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: