Konrad – Problema u Soluzzjoni?

Mizzi għandu raġun jidher inkwetat. Qed jagħmel ħafna ħsara lill-partit!
Hemm żewġ raġunijiet għalfejn Konrad Mizzi jibqa’ jiġi attakat bl-aħrax mill-egħdewwa tal-PL.
L-ewwel waħda hija għas-sempliċiment ir-raġel huwa ministru effettiv u maniġer tajjeb li daħħal ħafna bidliet importanti fil-qosma li kien jieħu ħsieb. L-egħluq ta’ dik ir-relikwa ta’ power-stejxin, l-idea l-ġdida li l-użu ta’ fjuwil aktar nafid fil-forma tal-gass tiddaħħal mill-ewwel u t-titjib fl-isptar bit-tnaqqis ta’ l-operazzjoni u ż-żieda ta’ mediċini li issa rari jkunu out-of-stock.
It-tieni hija l-problema li ħoloq lill-Prim Ministru u lill-PL li biddel lilu nnifsu fil-pilastru tas-swat li l-egħdewwa tal-Labour iħobbu jsawtu lill-partit fuqha. Bl-aġir tiegħu li żamm lil Konrad Mizzi rnexxielu jgħaqqaf lit-Times, l-Independent, DCG u l-PN kollha kontrieh u fetħu l-kanuni u dawn il-kanuni mhux se jieqfu jisparaw jekk ma jneħħix lil Konrad Mizzi.
Skużana Prim, imma aħna tal-Mazzun qatt ma bżajna nuru ma’ min l-aktar naqblu, iżda fuq il-ftaħir li ħadt azzjoni fuq Konrad Mizzi ma naqblu xejn miegħek. Bħalma neħħejt ministri oħra kellek tneħħi lil Konrad. Mhux tgħajjar lin-Nazzjonalisti li għandhom kejl differenti għan-nies tagħhom u tiegħek, u int qed tagħmel l-istess.
Mela aħna mzazen?
Mhux fuq il-portafol li kellu għadu jaħdem Konrad?
Aħna tal-Mazzun ma nittolleraw lil ħadd li jinsulta l-intelliġenza tagħna u tal-qarrejja tagħna. Il-boloh u dawk bla moħħ li jaraw biss aħmar u blu ma jtellgħux partiti. Dawk jiġru qishom mogħoż wara l-mexxej bħalma jagħmlu fil-meetings. Itellgħu u jniżżlu gvern dawk li jaħsbu u jiżnu, u li mill-ewwel ikunu jafu meta xi politiku qed jipprova jintnejjek bihom.
Konrad m’għadux asset għall-PL. Anzi sar kalamita ta’ attakki feroċi kontra l-partit li qed isiru bil-barka tal-Prim Ministru għax ħallieħ ministru. Din ir-ras iebsa ma stennejnihiex minn Konrad li baqa’ kkakkmat mal-poter minkejja li jaf li l-azzjonijiet tiegħu qed jagħmlu ħsara kbira lill-partit.
Taħsbu li l-PL ħaqqu jkun 2% aktar mill-PN wara l-ħniżrijiet li għamlu dawn matul il-25 sena li rrenjaw. ffoxxnaw, serqu u tħanżru kemm felħu? B’li għamel il-PL ħaqqu ferm aħjar minn hekk u biex il-Prim Ministru webbes rasu daqshekk u ħalla lil Konrad ministru bilforx tibda tissuspetta li dan il-Ministru għandu ċerta poter fuq il-Prim Ministru u li dan ma jistax ineħħieħ.
Din hija sitwazzjoni ferm kerha għall-partit li turi li l-PL illum sar jistma’ l-persuni ndividwali ferm aktar mis-saħħa tal-partit. Sitwazzjoni li wasslet biex partit li rebaħ elezzjoni b’numru rekord ta’ voti jitlifhom kważi kollha.
Din mhux tmexxija għaqlija u tkun traġedja jekk minħabba dawn l-individwi li m’għandhomx il-partit għall-qalbhom jerġgħu jbambluna l-PN fil-gvern fl-elezzjoni li jmiss!
sinjal li ghandu x jahbi daqsu il Prim u hallih hemm biex jattilu. Dan x ghandu specjali Mizzi biex ma jghaddix minghajru