Home > News, Opinion > Alfred Mifsud – opportunist prim ieħor?

Alfred Mifsud – opportunist prim ieħor?

Mifsud

Lanqas Dr. Scicluna mhu jaqbel mal-kariga ta’ Mifsud  bħala l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali

 

Aħna tal-Mazzun ivvotajna u dejjem appoġġjajna lill-PL għaliex il-PN qażżuna sal-ponta ta’ mneħirna bl-arja, prepotenza, korruzzjoni u nepotiżmu li wrew matul it-tmexxija tagħhom. Dawn saru insapportabbli fl-aħħar ħames b’Gonzi juri kemm hu mexxej dgħajjef u kemm tilef il-kontroll ta’ ministri bħall-Austin Gatt u Tonio Fenech, u Richard Cachia Caruana li prattikament kien imexxi il-partit minn wara l-kwinti.

Għalhekk ma rridux li l-PL jaqa’ fl-istess nassa tal-PN, u meta kellu kwistjonijiet li ma qbilniex magħhom bħal ta’ Konrad Mizzi u Joe Bannister aħna m’għamilniex bħal dawk li huma totalment mogħmija bil-partit u skużajnieħ. Aħna ikkritikajna u nkomplu nikkritikaw għax iridu li l-PL jerġa jitla’. Għalhekk nibqgħu nsostnu li l-involviment ta’ Konrad Mizzi fit-trusts tal-Panama u r-renju ta’ Bannister fl-MFSA li milli jidher ħadd ma jista’ għalih qed jagħmlu ħsara lill-partit.

Agħar minn hekk, hija l-ħsara li dawn qed jagħmlu lill-industrija mportanti tas-servizzi finanzarji li tirrikjedi mmaniġġjar strett u ‘l bogħod mill-inqas diċerija ta’ korruzzjoni fiskali. 

Sfortunatament, jidher ċar li Joseph Muscat lest li jkompli jsawwat lil din l-industrija bl-għażla ta’ Alfred Mifsud bħala l-gvernatur tal-Bank Ċentrali. 

Lil Alfred Mifsud ħafna jiftakruh is-Superone u ma tantx għandhom memorji sbieħ tiegħu għax ma tantx kien mexxej ħelu. Bniedem opportunist li mela l-istazzjon bi xbintu, Anna Zelbst u b’uliedu fejn kollha nagħataw postijiet fejn tħallsu l-belli liri u kienu jikkmandaw b’arja kbira qisu l-istazzjon kien tagħhom.

Ħa nkunu ċari Anna Zelbst, il-partner ta’ Mifsud kienet agħar minnu – bniedma arroganti, għall-aħħar, ġakbina u mimlija ħdura – lesta li tgħarraq lil kull min ma jaqbilx magħha jew ilissen l-inqas kritika ta’ l-operat tagħha fl-istazzjon. Fil-fatt, ħafna mill-istaff tas-Superone aktar kienu jibżgħu minnha milli minn Alfred għax kienu jafu li jekk ma tieħux grazzja miegħek, ma tantx kellek ħajja twila s-Superone!

Dan qed niktbuh biex ma taħsbux li aħna qed nemmnu dak li qed tgħid DCG fuq il-ħlasijiet li suppost ħa Alfred Mifsud talli daħħal is-sistema komputeriżżata tal-Microsoft ta’ Demajo fil-Mid-Med Bank meta kien kap ta’ dan il-bank. Pero bħalma stennejna fil-kwistjoni ta’ Konrad Mizzi, qed nistennew li dan Mifsud ma jaċċettax il-post ta’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali qabel ma tiġi risolta din il-kwistjoni. Biex hemm diversi ministri oħra nkwetati, bilfors li din hija ħaġa serja ħafna li tista’ tkompli tolqot ħażin is-settur finanzjarju ta’ pajjiżna li jirrendi ħafna qliegħ.

Aħna tal-Mazzun iridu ngħidu li konna nistennew livell ta’ skrutinju u korrettezza akbar mill-Prim Ministru rigward kwistjonijiet serji bħal dawk ta’ Mizzi, Mifsud u Bannister. Il-fatt li minkejja allegazzjonijiet serji dwarhom ma jridx iċċaqlaqhom jitfa’ dell ikrah fuqu u fuq il-partit; u din mhiex tmexxija bil-għaqal u trasparenti li ġejna mwegħdin qabel l-elezzjoni.

Advertisements
  1. Anthony Attard
    June 20, 2016 at 1:46 pm

    kolla listess NO VOTE grazzi

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: