Home > News, Opinion > Tal-Mistħija!

Tal-Mistħija!

Bulldozer

IL-PL SAR PARTIT TAL-KUNTRATTURI U JINJORA L-WEĠGĦA TAĊ-ĊITTADINI?

Vera li l-għajta l-ġdida tal-Partit Laburista hija “Pro-business” minflok “Partit tal-Ħaddiem”, iżda qatt ma kont nistenna li taħt dan il-gvern jiġi ġġustifikat il-qirda ta’ parti mill-propjeta’ ta’ ċittadin għaliex kollox sar “skond il-liġi”. 

Dan ifisser li bqajna l-istess kif konna taħt in-Nazzjonalisti jew morna għall-agħar bil-kuntratturi jikkapparaw kullimkien, jagħmlu li jridu, jkissru, jisturbjaw u jniġġzu mingħajr ħadd ma jista’ jkellimhom għax permezz tal-MEPA jew issa, il-PA l-liġi saret kumpletament favurihom.

Min jaf kemm hawn nies qed ibatu għax xi kuntrattur qiegħed jaħdem fuq il-propjeta’ ta’ ħdejhom u jiġi jaqa’ u jqum mill-istorbju u l-ħsara li jagħmlilhom. Storbju ta’ tkissir mis-7.00 u anke s-6.30 ta’ filgħodu; il-parking quddiem il-bieb meħud mill-inġenji, trakkijiet u l-bulldozers; u konċenturi  u ħsara fil-propjeta’ tagħhom minħabba dan it-tkissir u foga u trab ma’ kullimkien.

Imsieken dawn in-nies. Qed jgħixu fl-infern u ħadd ma jista’ jgħinhom.

Anzi jiġri bħalma ġara lil dik il-mara f’Tas-Sliema fejn sabet li gaffa baqgħet dieħla fil-bitħa tagħha u faqqgħtilha kull m’hemm u jiġi għaref bħal Michael Ferry  jgħid: “Li qegħdin f’kuntatt kontinwu mal-perit  Martin Xuereb, li ssottometta d-dokumenti kollha u għamel cert li kollox kien korrett”.

Biex tgħaxxaqha qal ukoll li “nassigurak li kollox f’postu qiegħed u li m’għandekx għalfejn tinkwieta!”

Dan bis-serjeta’ kien qed jitkellem?

Jifqgħulek il-bitħa u jiġi dal-pulċinell jassiguraha li kollox f’postu? Hemm ir-ritratt, qed juri t-tkissir tal-bitħa li l-gaffa ġabitha tħin?

Mela dan għami u bla moħħ?

U biex tgħaxxaqha jkompli jgħidilha li m’għandhiex għalfejn tinkwieta?

Mela qed ifarrkulha d-dar u jgħidilha li m’għandhiex għalfejn tinkwieta?

Aħjar assigurah li l-kuntrattur se jirranġalha l-ħsara kollha li għamlilna għax nafu kżijiet fejn il-kuntratturi jagħmlu l-ħsara li d-djar biswit l-iżvilupp tagħhom u jispiċċaw il-qorti u xorta ma jsewwux il-ħsara li għamlu.

Minbarra li dan Michael Ferry jidher li kretin mill-kbar li mhux denju għall-post li qed jokkuppa. Il-gvern ma jaħsibx li għandu jieħu passi u jipproteġi ċ-ċittadin u jġiegħel kull kuntrattur jagħti kemmxa flus lill-PA biex jekk jagħmel ħsara lill-propjetajiet biswit, ikun jistgħu jiġu rranġati mingħajr problemi.

Il-gvern ma jaħsibx li wasal iż-żmien li juri verament li hu gvern tal-poplu kollu u mhux t’erba’ kuntratturi li għenuh jitla’ fl-aħħar elezzjoni?

Wara kollox, dawk forsi tawħ il-flus, iżda ċ-ċittadini li suppost jipproteġi d-drittijiet tagħhom tawħ il-voti!

Advertisements
  1. Anthony Attard
    May 29, 2016 at 11:16 am

    purcinelli kollha kemm huma

  2. Bavaria
    May 30, 2016 at 9:57 am

    U suppost tellghina gvern tal haddiem, b ruh socjali li jiddefendi l poplu w min flok dan it tradiutur mohhu fil property developers ghax irrid igib il Malta qisa Dubai ara jistax ikun farka fil mediterran pajjiz gabuh qisu gungla tas siment

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: