Home > News, Opinion > 1%

1%

Survey

Il-figura ta’ 1% hija l-persentaġġ ta’ kemm bħalissa l-PL qiegħed jgħaddi bil-votanti lill-PN skond il-gażżetta Maltatoday li fl-aħħar elezzjoni qattgħet li l-PL kien se jirbaħ l-elezzjoni b’12% jew 36 000 vot.

Jekk nirriduċuha għall-voti, dan il-1% jissarraf fil-figura ta’ 3 000 vot!

Mela tlett snin wara l-maġġoranza Laburista naqset minn 36 000 għal 3 000 vot!

Minbarra dan, 10% ta’ votanti Laburisti qed jgħidu li mhux se jivvota fl-elezzjoni li jmiss. 

Huwa minnu li l-gvern jinsab f’nofs il-leġislatura u huwa minnu wkoll li aktar minn 30% qalu li huma ndeċiżi lil min se jivvotaw, iżda bl-affarijiet li wettaq il-gvern Laburista kont nistenna li jżomm maġġoranza akbar.

Allura x’għamel ħażin?

Hemm ħafna fatturi li jispjegaw għalfejn il-PL naqqas daqshekk fil-popolarita, iżda forsi l-aktar tnejn li għamlu effett huma dawn.

Qabel l-elezzjoni, l-għajta ta’ Malta Tagħna Lkoll kienet għajta sabiħa meqjuża biex tgħaqqad il-poplu f’movument, iżda l-attentat tal-PL li jdaħħal xeba’ nies li kienu Nazzjonalisti akkaniti sa ftit qabel l-elezzjoni u wara li jitla’ jagħtihom karigi u ħlasijiet esaġerati, weġġgħat ħafna Laburisti li ftit qabel l-elezzjoni ħadmu ferm aktar minnhom u spiċċaw minsijin.

L-islogan ta’ Malta Tagħna Lkoll spiċċa gerrex il-Laburisti l-aktar u l-iżball kbir tal-PL hawnhekk kien li spiċċa qalgħaħa kemm mingħand il-Laburisti kif ukoll mingħand in-Nazzjonalisti għaliex dawn bdew jgħidu li l-għajta tal-meritokrazija kienet biss finta.

Il-Laburisti bdew jgħajru lil Muscat li aktar moħħu fl-iswitchers u fin-Nazzjonalisti li qalbu minflok ma’ ta’ każ lis-suldati tiegħu li dejjem kienu miegħu. Din nista’ ngħid li għandi l-provi tagħha għaliex meta kunsilliera Laburisti staqsew lil Muscat dirett għaliex ħafna Laburisti qed iduru kontra l-PL għax iħossu li ma saritx ġustizzja magħhom, hu jinsisti li bl-iswitchers rebaħ l-elezzjoni!

It-tieni żball huwa li jidher ċar li minkejja li l-PL kellu kampanja elettorali verament effettiva, ftit kellu idea kif se jiggverna meta kien jaf li l-PN f’25 sena tat-tmexxija kien mela kull rokna taċ-ċivil u ta’ entitajiet bħala Wasteserv, Heritage Malta, Airmalta, Enemalta u kull awtorita’ li kienet teżisti bin-Nazzjonalisti, u biddel ħafna minnhom f’klabbs Nazzjonalisti.

Dan ma jfissirx li ma kienx hemm Nazzjonalisti li jagħmlu xogħolhom sew, iżda t-tmexxija ta’ dawn l-ażjendi kienet mimlija Nazzjonalisti tal-qalba, l-avukati u l-lgħaqa Nazzjonalisti li xebgħu jerdgħu tenders u konsulenzi,  u li issa qed jeqirdu u jmorru jipprotestaw kontra l-governanza ħażina u l-korruzzjoni għax  inqattgħetilhom iż-żejża!

Il-PL ma naddafx dawn il-postijiet u għalhekk nies bħal Kirsty Debono, Clyde Puli u Robert Cutajar għadhom jagħmlu li jridu fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Saħansitra bdew jagħmlu l-kampanja elettorali fil-ħin tax-xogħol filwaqt li aħna nħallsulhom il-paga!

Mhux bilfors li Daphne tkun taf b’kollox f’dawn l-ażjendi. Jekk huma mimlijin spiji Nazzjonalisti magħrufa u  nies li jirrappurtaw direttament lill-istamperija u minn hemmhekk jinatgħu struzzjonijiet kif għandhom jgħaddu l-informazzjoni lil Daphne!

U ma rridux ninsew il-Laburisti rrabbjati li għadhom jaqilgħu fuq rashom mingħand in-Nazzjonalisti għax m’ingħatawx ġustizzja, inqabbżu fil-promoxins u ma nbiddlux kapijiet li huma magħrufa għall-ħdura u s-swat li sawtu lil-Laburisti meta l-PN kien fil-gvern. F’ċerta każijiet, biex il-PL aktar jitfa’ melħ fil-ġerħa, reġgħu tlaħħqu kapijiet Nazzjonalisti magħrufa li sawtu Laburisti u li kulħadd jaf li jwasslu kollox lill-istamperija.

Għalhekk ħadd m’għandu jeħodha bi kbira li t-tagħrif sensittiv li qed tingħata Daphne ġej ukoll mingħand Laburisti mxebbgħin sal-ponta t’imneħirhom li spiċċaw minsijin minn mexxej li aktar għandu rispett lejn xi Lou Bondi jew Cyrus Engerer milli lejn min verament dejjem appoġġja l-PL.

Hemm ħafna raġunijiet oħra għalfejn il-popolarita’ tal-PL naqqset b’mod daqshekk drastiku bħall-istampa li qed jagħti li l-PL li hu mmexxija minn oligarkija ġdida magħmula  mill-klikka ta’ Konrad Mizzi, il-ħbiberija esaġerata tal-partit mal-kuntratturi, it-traskuraġni kbira fl-ambjent u l-prepotenza ta’ ċerti nies bħal Gafferenza u kuntratturi li jispiċċaw jingħataw art tiswa l-mijiet ta’ miljuni u jħallsu l-loqom għalihom.

Jekk il-Prim Ministru għadu jaħseb li ħafna Laburisti huma idjoti u njoranti mingħajr kapaċita’ li jaħsbu u jinżnu, se jkompli jitlef l-appoġġ mingħandhom u l-10% li qed jgħidu li mhux se jivvotaw lill-PL se jiżdied mhux jonqos!

 

Advertisements
  1. Bavaria
    June 6, 2016 at 11:29 am

    Joseph u martu jahsbu li laburisti mhumiex tal klassi taghhom. it tnejn li huma jassacjaw ruhom ma dawk in nies nazzjonalisti li jahsbu li lehqu sema u jharsu lisfel lejn il kumplament tas socjeta bhal li kieku ahjar minna. It- tradituri huma huma tnejn u mhux nies bhal Marlene u ohrajn li qed jiddefendu il pajjiz u l interess tal maltin. Kienu Joseph u Michelle li warbu il laburisti genwini u kemm idumu huma fit tmun Labour ma nivvutawx pero il voti taghna ser nuzawhom ghal haddiehor

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: