Archive

Posts Tagged ‘divorce’

Governanza Xierqa!

March 21, 2016 Leave a comment

Meta tisma’ li nies bħal Ann Fenech ingħatat aktar minn nofs miljun f’konsulenzi mill-Airmalta, tibda tgħid x’wiċċ għandu Simon Busuttil joqgħod jippriedtka fuq il-korruzzjoni u l-good governance.

Li terda’ nofs miljun minn kumpanija qed tfalli mhijiex oxxenita’?

U għadna ma nafux kemm ingħataw konsulenzi minn kumpanija oħra li kienet mimlija dejn, l-Enemalta. Nafu li l-Prim Korrott li kien iħawwad u jgerfexx kemm jiflaħ fix-xiri taż-żejt spiċċa protett minn Lawrence Gonzi għax ingħata maħfra biex jiġġakbina lil ħaddieħor u spiċċa kompla jigdeb kemm jiflaħ, u sa sentejn wara ftit li xejn inqabdu nies.

Read more…

Advertisements

Ejja niftakru, niċċelebraw, u nibqgħu naħdmu

May 28, 2012 1 comment

Trid tmur l-Infern? Billboard tas-Sittinijiet jgħodd 50 sena wara li l-Mazzin addottah bħala l-istampa tiegħu. Dan jidher li ispira lil Patri Mark Montebello jikteb kontra l-attitudni tal-Knisja waqt il-kampanja referendarja

Bħal-lum sena f’Malta seħħe avveniment storiku li se jibqa’ mfakkar fl-istorja ta’ Malta bħala l-mument li fih il-maġġoranza tal-Maltin għażlu li Malta tkun vera pajjiż modern meħlus mix-xkiel tal-Knisja u dawk li jinqdew biha għall-finijiet tagħhom. Fit-28 ta’ Mejju 2011 sar ir-referendum dwar id-divorzju li l-maġġoranza tal-votanti fih għażlu li f’Malta jidħol id-divorżju responsabbli.

Min irid jiftakar x’ġara f’dawk ix-xhur tal-kampanja u wara, jista’ faċilment ifittex fil-websajt tagħna tal-Mazzun li konna fuq quddiem fil-kampanja kontra l-moffa u l-għanqbut u favur il-bżonn ta’ dawk il-ħafna li kellhom bżonn l-opportunita’ li jibdew ħajja ġdida. Iċ-ċerifikat ħadmin minngħand Fr Mark Montebello stess li semmiena fil-blog tiegħu.

Sena wara, aħna konvinti iktar minn qatt qabel li konna fuq in-naħa t-tajba tal-istorja. Imma mhux l-istess jista’ jingħad għal GonziPN li l-ewwel ried ir-referendum imbagħad ivvota kontra l-liġi tad-divorzju fil-Parlament. Dan m’għandux jintesa.

 

Categories: News Tags: ,

Valuri ghall-Konvenjenza Politika

November 23, 2011 1 comment

L-aktar wiehed progressiv fosthom huwa dak li jara l-Madonna tibki!

Xi ftit ilu Daphne Caruana Galizia f’wahda mill-pagni taghha kitbet li tajjeb li l-PN adottata valuri godda ghax b’hekk issa jinsab ras imb’ras mal-PL fuq il-kwistjonijiet tad-divorzju u l-omosesswali. Skond Daphne l-adotazzjoni ta’ dawn l-issues mill-PN kienet biss wahda ta’ konvenjenza sabiex il-partit li tant thobb ma jkunx zvantaggjat. Dan it-tip ta’ ragunar minn persuna mimlija hdura u disprezz lejn kull min ma jaqbilx maghha jew mal-PN ma’ ccassaniex, izda tana spunt ghal dan il-kumment.

Read more…

Partit Bla Principji

November 19, 2011 5 comments

Ara xi gralu Gonzi?

Dan il-blog inbeda waqt il-kwistjoni tar-Referendum dwar id-divorzju u kien wiehed milli hadem bis-shih biex id-drittijiet tal-Maltin ikunu determinati mid-demokrazija u l-istat sekulari u mhux mis-superstizzjoni religjuza.

Irnexxielna, izda zgur mhux bl-ghajnuna tal-PN.

Read more…

Updated: Curia records deficit of €1.7 million – reserve fund exhausted – timesofmalta.com

October 10, 2011 Leave a comment
Categories: News Tags: , , , , ,

[WATCH] Handling of honoraria a ‘big mess’ – Beppe Fenech Adami

October 8, 2011 1 comment

PN resorts to the past when it cannot find anything wrong in the PL – Deborah Schembri | MaltaToday

October 4, 2011 1 comment
%d bloggers like this: