Home > News, Opinion > The Untouchables

The Untouchables

Avukati

Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonniċi mdawwar b’skoss ilpup Nazzjonalisti fosthom Ġorġ Hyzler li kien Ministru Nazzjonalist

Imma kemm jitkaża tal-PN!

Tkażaw għax Glenn Bedingfield qal il-fatti – li l-Imħallef Schembri Orland kienet ħarġet mal-PN darbtejn u ma telgħatx. Qal li din tant żewġ siġġijiet lill-PN wara li l-Kummissjoni Elettorali magħżula minn Lawrence Gonzi u l-PN għamlu żball, u biex iż-żball jiġi rranġat, l-Imħallef Schembri Orland tat żewġ siġġijiet lill-PN u ħolqot inġustizzja akbar għaliex in-numru ta’ voti li ġab il-PL ma jirriflettix in-numru ta’ siġġijiet li ngħataw.

U ppretendew li l-PL ma jappellax meta biex issir il-ġustizzja magħhom saret inġustizzja akbar mal-PL.

U x’ħarġu jgħidu dawk iċ-ċorma Nazzjonalisti ndannati tal-Kamra ta’ l-Avukati li issa nqattgħatilhom iż-żejża u għandhom xeba’ ħdura akbar kontra l-PL?

Ħarġu jgħidu li Glenn Bedingfield ma’ missux ikkritika l-imħallef.

Issa rridu niftakru li pajjiżna huwa mdorri b’imħallfin korrotti. Min hu membru tal-Mażunerija, min ixaħħam u min għamilha mal-barunijiet tad-drogi. Jiġifieri l-opinjoni pubblika ta’ dawn in-nies mhiex xi waħda posittiva favurihom; u għalhekk ħadd minnhom ma jista’ jistenna li jkun ‘il fuq mill-kritika.

L-ewwel nies, imħallef huwa persuna pubblika u għalhekk dan ma jagħtieħx xi mmunita’ għall-kritia u t-tieni nies, il-maġġor parti minnhom jew kienu attivi politikament jew għandhom jew kellhom xi rbit ma’ xi karru politiku.

Allura dawn jistennew li aħna ċ-ċittadini, awtomatikament naċċettaw li huma tant huma professjonali li kapaċi jieħdu deċiżjoni mingħajr ma jkunu nfluwenzati mit-twemmin politiku tagħhom?

L-aktar jekk dawn ikunu gawdew ma’ xi partit u jkunu obbligati lejh.

L-imħallfin Maltin ħaqqhom biss rispett jekk id-deċiżjonijiet tagħhom ikunu ttieħdu b’rispett lejn il-liġi, mhux il-ħin kollu nitqallgħu għal ċerta sentenzi fejn persuna li kellha l-ħaxixa ngħatat 10 snin ħabs u ieħor li kważi qatel żewġ bniet b’karrozza u xebgħa jitkessaħ u jinqabad mill-pulizija, jibqa’ jitħalla jiġġerra barra.

La se jibqgħu jingħataw sentenzi moqżieża bħal dawn li juru li ftit li xejn għandek ċans tingħata ġustizzja fil-qrati Maltin qabel tixjieħ u tikkrolla, il-poplu mhux se jkollu fiduċja fil-qrati.

Fil-każ ta’ Ġorġ Hyzler u l-Kamra ta’ l-Avukati nixtieq ngħidilhom li aħna m’aħniex tan-nejk u nafu kemm l-istqarrijiet tiegħu huma riżultat tal-ferneżija politika Nazzjonalista li għandu għax kieku xeba’ joħroġ stqarrijiet kontra DCG li xebgħat tmiegħek il-qrati u tgħajjar l-Imħallfin.

Ġorġ u l-klabb tan-Nazzjonalisti tiegħu għandhom anqas kredibilita’ milli għandhom il-qrati Maltin.

Advertisements
  1. Anthony Attard
    May 29, 2016 at 11:13 am

    u ahna inpaxxuhol u laburisti bhali mormijja mnn gvern li suppost u suppost taghna ejjew ghal vot ISSA grazzi

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: