Home > News, Opinion > L-Akbar Ipokrita fil-Pajjiż!

L-Akbar Ipokrita fil-Pajjiż!

labour_political_ad_simon_busuttilSimon Busuttil bħala mexxej qatt ma jista’ jiġi emmnut. Kien l-agħar għażla li setgħu jagħmlu n-Nazzjonalisti meta għażluh kap tal-partit u għalhekk qatt ma jista’ jirbaħ il-popolarita’ ta’ Joseph Muscat.

Bla dubju dan il-mexxej ta’ Partit Fallut huwa l-akbar ipokrita li hawn fil-pajjiż. Bniedem li jrid jippoża li hu xi xempju tal-governanza tajba meta r-riħa li għandu ħierġa minn taħt idejh tinten pesta. 

Huwa bniedem li jagħmel minn kollox biex isib l-iskużi għall-iskoss korrotti li żamm miegħu u għall-aħħar wieħed, qasam lil kulħadd bid-daħk għax ara kif jista’ jkun nemmnuh li jrid ikun rett mal-MPs tiegħu meta każ maħmuġ jinten bħal dak ta’ Toni Beżżina, spiċċa jiskużah u saħansitra jattendi għal-laqħa politika li dan ta’ fiż-Żurrieq.

Jidher ċar li Simon la jrid u la jista’ jeħles mill-iskampli li baqgħu kkakkmati mal-PN wara l-aħħar elezzjoni għalhekk l-unika ħaġa li jista’ jagħmel hu li jiskużahom. Simon wera li jparla biss fil-konfront ta’ Ġiovanna Debono, l-aktar każ ċar ta’ korruzzjoni li ħareġ minn partit da’ l-aħħar għax spiċċa jfaħħarha u jgħidilha kemm jiddipjċieħ li kellha titlaq mill-PN.

Minkejja li kulħadd jaf il-ħsibijiet tagħna fuq il-kwistjoni tal-Panama fil-konfront ta’ Konnrad Mizzi, Simon missu żamm ħalqu magħluq għaliex skoss avukati Nazzjonalisti li qed ifittxu dawn it-trusts għall-klijenti huma ħatja daqs Konrad għaliex dawn qed jgħinu lil ħaddieħor jikser il-liġi bl-intenzjoni li jaħbi l-flus u jevadi t-taxxa. Fil-liġi jekk xi ħadd jagħti senter lil tifel u dan it-tifel joqtol lil xi ħadd, min tah is-senter huwa ħati daqs it-tifel għall-attentat ta’ qtil.

L-ipokrezija ta’ Simon Busuttil tkompli tixgħel meta nafu li dan xeba’ jgawdi b’direct orders u jaħdem ma’ nies bħall-DCG u oħrajn li lkoll kienu “persons of trust” tal-PN. Kulħadd jaf kemm issemmew mijiet t’eluf li qala’ Simon bħala l-Kap tal-MIC u f’konsulenzi li flimkien jagħmlu qliegħ ta’ miljuni ta’ ewro; u dan ir-raġel għandu l-wiċċ jgħid kontra l-“Persons of Trust” u d-“Direct Orders”!

Tgħid se jagħmel wegħda li meta jitla’ fil-gvern ma’ jaħtarx “Persons of Trust” u jagħti “Direct Orders” jew dawn ma jridhomx isiru biss taħt il-Partit Laburista?

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: