Home > Opinion > Austin u Tonio giddibin jew sempliċiment inkompetenti?

Austin u Tonio giddibin jew sempliċiment inkompetenti?

gatt_austin_tabone_tancred_enemalta

Austin Gatt ħaseb li kulħadd baħnan u li kkonvinċiena li ma’ kellux x’jaqsam ma’ Tancred Tabone li jiġi kuġinuh.

Tajjeb li ngħidu eżatt min hu Tancred Tabone. 

Dan ġie deskritt bħala negozjant ta’ suċċess minn Austin Gatt għaliex għandu l-kumpanija Forestals. Huwa minn dejjem kien qrib ħafna l-PN, tant li jagħmel parti mill-JS List ta’ Joe Saliba għax ilu ħafna huwa wieħed mis-sostenituri tal-PN. Jidher li dan xtaq li jitħallas tajjeb ta’ dan is-sosten u għalhekk huwa wieħed minn tlieta li ġew mixli b’korruzzjoni, tixħim u ħasil ta’ flus, u m’aħniex nitkellmu fuq lira jew tnejn, iżda fuq somom ta’ mijiet u anke eluf ta’ miljuni ta’ ewro li huma somom li jbelħu għaliex jistgħu jfissru parti sostanzjali mid-dejn ta’ pajjiżna u d-dejn kollu ta’ l-Enemalta.

Id-difiża dgħajfa ta’ Gonzi kienet li Tabone ġie mlaħħaq fl-Enemalta qabel sar Prim Ministru; jiġifieri t-tort ta’ Fenech Adami; iżda kulħadd jaf li Tabone dejjem mar tajjeb mal-PN u għalhekk il-ħin kollu jinċensahom bħala l-Kap tal-Kamra tal-Kummerċ. Jafu li din it-tattika mhiex taħdem u għalhekk qabdu ma’ Toni Abela.

Bħallikieku mhux kulħadd jaf li l-każini taż-żewġ partiti jiġbdu ħafna nies li mhux dejjem ikunu ta’ karattru tajjeb, u Dr. Toni Abela kellu jsolvi xibka ta’ dawn it-tip ta’ nies li tant huma mill-aħjar li min għalihom marru jagħtu l-munizzjoni politiku lil dak l-imbeċili ta’ Pawlu Borġ Olivier li qed jipprova jxandarha qisha ta’ l-istess serjeta’ tal-każ tal-Mafia taż-żejt.

Id-distakk li għad hemm bejn il-PL u PN juri li n-nies mhux jaċċettaw din it-tattika għax wara kollox, il-każ ta’ Toni Abela jolqot ftit nies filwaqt li l-każ ta’ Tancred Tabone, Frank Sammut u George Farruġia jista’ jiswa miljuni u anke biljuni ta’ ewro, u jfisser ir-rovina ta’ l-Enemalta u ta’ l-istrateġija ta’ l-enerġija ta’ pajjiżna.

Kif qal kemm-il darba Joseph Muscat, il-korruzzjoni hija taxxa moħbija li ilha tikolna l-bwiet tagħna aktar minn ħmistax-il sena. Mhux ta’ b’xejn li l-gvern Nazzjonalista ried jixrob dawn il-flus minn demmna bl-għoli esaġerat tad-dawl u l-ilma.

Issa, f’daqqa waħda kollox jagħmel sens.

Id-dipendenza ta’ pajjiżna fuq iż-żejt, il-bini bilfors ta’ power-stejxin taħdem fuq il-Heavy Fuel Oil li jħammeġ u jniġġeż, u r-reżistenza tal-gvern Nazzjonalista kontra l-użu tal-gass u ta’ enerġija aktar nadifa bħal dik alternattiva.

Qatt tinsew li mis-sena elfejn ‘l hawn, minn meta l-gvern Nazzjonalista sar jaf li jrid jilħaq il-kwota ta’ l-enerġija alternattiva sal-2020 u f’dan iż-żmien kollu rnexxielu biss jilħaq 0.4% tal-kwota meta sa seba’ snin oħra jrid jilħaq il-kwota ta’ 10% ta’ l-enerġija kollha li nipproduċu f’Malta.

Fl-istess żmien kellu żewġ ċansijiet idawwar lill-pajjiżna fuq il-gass li kien irħas miż-żejt u li l-pipeline tiegħu riedu jagħmlulna b’xejn, u xorta ma laqgħax dawn it-talbiet.

Issa qed jiftaħar bl-interconnector tad-dawl, iżda dan mhu xejn ħlief xhieda tal-falliment tal-Gvern preżenti li m’għandux il-ħila jilħaq din il-kwota waħdu u minflok se jġibha permezz ta’ interconnector li ma jinbeniex b’xejn u jiddependi fuq dak li joffrilna pajjiż ieħor.

Mhux ta’ b’xejn li Tancred Tabone qiegħed jiġi mixli bi tmien akkużi  fosthom b’ħasil ta’ flus, frodi u tixħim li minħabba n-natura gravi tagħhom jistgħu anke jiġu nterpretati bħala tradiment tal-poplu Malti.

Interessati wkoll li nsemmu li bħala sid tal-Forestals f’Lulju li għadda l-MEPA għaddietlu l-permess li bih se jibni tilja apartamenti fuq medda t’art enormi fil-gżira fejn kellu l-ħwienet u l-imħażen. Il-permezz ingħata xorta minkejja l-protesti ta’ diversi għaqdiet ambjentali u l-Għaqda tar-Residenti ta’ Tas-Sliema li pprotestaw kontra żvilupp li se jinkludi bini għoli 11-il sular fuq ix-xatt tal-gżira u jispiċċa jgħatti li kull min hemm warajh. Dan minkejja li żvilupp ferm iżgħar minn dan ġew irrifjutati minħabba l-iżvilupp ta’ l-art żejjed fl-inħawi.

Jidher ċar li l-permess ingħata minħabba l-kuntatti tajbin li għandu Tabone mal-PN u dan juri kemm kien bniedem influwenti f’dan il-partit. Permess bħal dan żgur li ħallas tad-donazzjonijiet li ta’ lil-lista’ ta Joe Saliba?

Għalhekk la Austin Gatt u lanqas Tonio Fenech ma jistgħu jiġu emnuti li ma kienu jafu xejn dwar l-involviment ta’ Tabone fil-Mafia taż-żejt u anke jekk dak li qed jgħidu minnu, trid tkun vera nkompetenti biex ma tindunax b’persuna li tajtu l-poter int stess u li qed jagħmel korruzzjoni li jlaħħaq miljuni kbar ta’ ewro fl-istess ministeru li suppost tieħu ħsieb.

Il-mistoqsija li jkollna nistaqsu hija: Għalfejn kienu ministri dawn iż-żewġ politiċi jekk ma kellhomx kontroll tal-ministeri u n-nies tagħhom?

Dawn jew inkopetenti grassi jew kienu jafu x’qed jiġri u għalqu għajnejhom jew kienu kompliċi.

Hi x’inhi r-raġuni, l-ebda waħda ma’ turi li għandu jkollna fiduċja f’dawn it-tip ta’ politiċi li taħt imneħirhom, nies magħżula minnhom u tal-qalba fil-PN jagħmlu li jridu u jxaħħmu, jisirqu u jagħmlu korruzzjoni ta’ livelli li ma jitwemmnux mingħajr ħadd ma jinduna!

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: