Home > Opinion > MINN GONZI GĦAL GONZI JEW ‘NO WIN SITUATION’!

MINN GONZI GĦAL GONZI JEW ‘NO WIN SITUATION’!

Ergajna lura ghal zmien l-Arcisqof Gonzi

Il-kampanja tad-divorzju kull ma tmur aktar tihrax u l-Knisja Maltija qed turina li ma tantx inbiddlet minn nofs seklu iehor: tittanta taghlaq halq lil min ma jaqbilx maghha billi taqtaghlu l-hobza ta’ kuljum, tippriedtka messaggi ta’ intoleranza mill-pulptu u l-artal; titterorizza l-anzjani billi ma tqerrhomx jew ma tqarrbinhomx ghax isostnu li se jivvotaw “iva” fir-referendum ghad-divorzju; jerrgghu johorgu jghidu li min jivvota favur id-divorzju jkun qed jaghmel dnub; jinghaqdu bis-shih mal-PN biex imexxu l-kampanja ta’ kontra d-divorzju flimkien … u rridun naraw biex hergin aktar!

Taf x’jonqoshom jaghmlu?

Johorgu bl-isfafar u jibdew idoqqu l-qniepen meta jiltaqghu ta’ favur id-divorzju u jfaqqghu l-Interdett fuq min se jivvota favur, u nergghu mmorru lura ghal kif konna nofs seklu ilu fiz-zmien Gonzi. Insomma, dorna dawra shiha minn Gonzi x-xih li ghandu skuza li ghex nofs seklu ilu u ghalhekk kienu zmenijiet aktar lura, sa neputieh, Gonzi l-inqas xih li biex ma jitlifx il-popolarita’ lest jissagrifika l-laqta’ liberi li mexxejja qabblu taw lill-PN dawn l-ahhar tletin sena.

Izda jkollna nghidu wkoll li l-ghajta ta’ Fenech Adami li jibni PN liberali kienet biss wahda ta’ konvenjenza sabiex jigbed kemm jiflah nies lejn il-partit tieghu, ghaliex kemm hu u l-eredi tieghu, Lawrence Gonzi malajr biddlu d-diska kif fegget il-kwistjoni tad-divorzju u regghu waddbu l-partit hamsin sena lura u regghu gabuh il-Partit tal-Knisja. Min jaf kemm hemm nies genwini Nazzjonalisti jibku li wara li l-PN kien irnexxielu jiddistakka ruhu xi ftit mill-Knisja, issa rega’ ha l-fama li kellu fis-snin hamsin u sittin, ta’ Partit Konfessjonali.

Minn naha taghha, il-Knisja tghid li ma tridx li d-divorzju jinbidel f’issue  politika u hlief Nazzjonalisti horox ma tqabbadx jahdmu ghaliha, kemm fil-Kurja kif ukoll fil-grupp Zwieg bla Divorzju. Bil-mod ipokrita’ tas-soltu, jghidu mod u jaghmlu iehor, u min ghalihom li l-poplu ghadu bil-mentalita’ miskina tas-snin hamsin fejn il-qawwa taghhom kienet suprema u kulhadd kien jibza’ jmerihom.

IT-TORT TA’ GUIDO De MARCO

Parti sew mit-tort imur lura sas-sena 1993 meta Guido De Marco ffirma l-“Agreement between the Holy see and the Republic of Malta on the Recognition of Civil Effects to Canonical Marriages and to the Decisions of the Ecclesiastical Authorities and Tribunals about the Same Marriages”. Dan il-ftehim infami u minn wara dahar il-poplu, pogga t-Tribunal Ekklessjastiku tal-Knisja ‘il fuq mill-Qorti Civili. Dan iffisser li f’Malta, fil-ligi taz-zwieg qeghda fl-istess livell ta’ l-Iran, l-Arabja Sawdita u stati Islamici Fundamentalisti ohra fejn il-ligi tal-Kleru mnebbha minn ktieb sagru bhall-Koran jew il-Bibbja huwa meqjus bhala oghla mill-ligi civili ta’ l-istat, u ghalhekk l-avukati jridu jimxu fuq dawn il-kotba meta jigu biex jaqtghu xi kawza li ghandha x’taqsam maz-zwieg.

Bhalma sostniet l-avukatessa Deborah Schembri, f’pajjizi ohra t-Tribunal Ekklessjastiku huwa sottomess ghall-ligi ta’ l-istat u ghalhekk irid jghid lil min jitlob ghall-annulament biex l-ewwel igib divorzju mill-Qorti Civili, qabel japplika ghall-annulament.

F’Malta li suppost huwa pajjiz lajk b’separazzjoni  bejn l-istat u l-Knisja, din ta’ l-ahhar qieghda f’posizzjoni tajba li tiddetta l-ligi tal-gvern u din raguni ohra ghalfejn qed tiggieled tant bl-ahrax kontra d-dhul tad-divorzju f’Malta ghax taf li dan idghajjef hafna s-sahha legali li ghad ghandha fuq l-istituzzjoni taz-zwieg li fl-Ewropa ilhom li kellhom iceduha lill-gvern.

B’din il-ligi li tahom De Marco, persuni li jkunu jridu jergghu jizzewgu u jiffurmaw familja gdida ma jistghux. Anzi, iridu bilfors jpoggu flimkien li skond il-Knisja hu dnub ukoll. Ghalhekk il-Knisja qed taghmel bhalma kienet taghmel fl-Inkwizzjoni: takkuza lil xi hadd li hu sahhar u mxajtan u jekk jichad, titterturah bla hniena sakemm ikollu jammetti biex almenu jieqaf l-ugiegh. Halliha li xorta jispiccaw jaharquh talli ammetta li hu mxajtan!

Kif jghidu l-Inglizi: “No win, no win situation!”

L-istess id-divorzju li hu meqjuz bhala dnub, izda jekk kopja tghix flimkien dnub ukoll! Allura jfisser li kopja, taghmel x’taghmel, mal-Knisja taqlaghha dejjem u din, bhas-soltu mhi toffri l-ebda hjiel ta’ soluzzjoni ghajr l-annulament li taghtih lil min taghzel hi skond kemm ghandu flus, influwenza politika u hbiberija maghha.

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: