Archive

Posts Tagged ‘lou bondi’

BOĊĊA ĦDURA!

May 15, 2016 1 comment

bitch

Aħna tal-Mazzun għalhekk nirrabbjaw għall-PL għaliex meta dan jipprova joffri l-id tal-ħbiberija lill-PN u dawn dejjem jigmuhielu u jobzqulu fuqha. 

Tiftakru meta bagħtu lil Tonio Borġ fl-UE u ħadd ma riedu, u l-PL ħadmu għalih biex jintgħażel?

L-istess għamlu l-PN għal Toni Abela u qed jheddu li jagħmlu l-istess lil Leo Brincat!

Tifkaru meta l-PL ħadem id f’id mal-PN dwar il-gwerra li kien hemm fil-Libja?

Ħadem mal-PL f’xi ħaġa l-PN?

U  żgur li le. Anzi kienu, għadhom u jibqgħu jtellfu kemm jifilħu; u aktar ma’ l-PL jikseb suċċessi ekonomiċi, aktar se jtellfu għaliex għandhom għira bażwija li dan il-Partit ta’ l-Injoranti, pastażi u baxxi qed jagħmel suċċess aktar mill-avukati, tobba u negozjanti tagħhom.

L-għan waħdieni tan-nies li qed imexxu l-PN illum hu, li b’xi mod iwaqqgħu l-PL, ħa jerġgħu jitilgħu u parasiti bħal Ann Fenech, RCC, DCG u r-raġel tagħha, Peter Fenech, Stefano Mallia, Georg Sapiano u l-Boċċa jerġgħu jibdew jerdgħu l-mijiet t’eluf ta’ ewros waqt li l-gvern tagħhom jgħakkes lill-poplu b’kontijiet tad-dawl u l-ilma jibqgħu jogħlew u jibqgħu jħaxxnu bwiet min kien iġib il-fjuwil; b’proġetti mimlija korruzzjoni bħal ta’ Mater Dei u l-Power Stejxin ġdida li għamlu; ħalli l-ħbieb tal-ħbieb ikomplu jiffuxxnaw u jistgħanew.

Read more…

Advertisements

L-IŻBALJI TAL-PARTIT LABURISTA – L-EWWEL PARTI

March 11, 2016 3 comments
big mistakes
Qabel l-elezzjoni, Joseph Muscat wettaq bravura meta rnexxielu jġib il-Moderati u l-Progressivi flimkien f’muvument li kien qed jipprotesta l-gvern bażwi u korrott ta’ GonziPN.
Iżda r-realta’ politika turi li muvument bħal dan ma setax ikampa u dan kien l-ewwel żball ta’ Joseph u l-PL li ħasbu li nies b’daqstant ideat politiċi u soċjali differenti setgħu qatt jibqgħu jaqblu fuq il-policies differenti tal-PL.
Kienu jaqblu fuq governanza tajba, meritokrazija u trasparenza, iżda kienu se jsibuha diffiċli jaqblu fuq id-drittijiet ta’ l-omosesswali, it-tibdil tal-Kostituzzjoni, l-iffriżżar ta’ l-embrijuni u issues oħra li żgur lanqas il-Laburisti ma jaqblu fuqhom.
Kif tela’ l-PL, bdew il-problemi u deher ċar li l-partit ma kienx preparat biex jiggverna daqs kemm kien preparat biex imexxi kampanja elettorali effettiva li xkupat lill-PN ‘il barra mill-gvern u kixxfet skoss skandli u l-intiena kollha li kienet akkumulat f’istituzzjonijiet suppost independenti li lkoll kienu nbiddlu f’klabbijiet Nazzjonalisti.
Forsi l-agħar ħaġa li seta’ jiġrilu l-PL hu li l-partit rebaħ b’marġni daqshekk kbira. Din kompliet saħħet lil Joseph Muscat bħala l-“Messija Neo-Laburist” u rabbiet ċerta arja f’ħafna deputati u ministri Laburisti.
Il-ftuħ tal-partit lill-opportunisti u egħdewwa tal-partit li kienu jitqgħalaw jagħmluha mal-Laburisti. Nies bħal Lou Bondi li saħansitra sar “persuna fdata”–ġerħa kbira f’qalb ħafna Laburisti u Cyrus Engerer li saħansitra ġie rekordjat jgħajjar lil-Laburisti u spiċċa jingħata t-titlu ta’ “Suldat ta’ l-Azzar”–falza stikka oħra ta’ Muscat li rrabbjat ħafna Laburisti li jiftakru s-sittinijiet u xi verament kien ifisser tkuns “Suldat ta’ l-Azzar”; u l-opportunisti bħal Robert Musumeci li jgħin b’mod attiv lill-PL kif se jsib modi ġodda biex jeqred l-ambjent, Jeffrey Pullicino Orlando li wara li mexxa l-kampanja tad-divorzju ġġieled mal-PN u ngħata MCST li biddilha f’każin ta’ Nazzjonalisti mkeċċija mill-PN u Franco Debono li anqas ma niktbu dwaru aktar aħjar.
Dawn kollha saru l-eroj ġodda tal-PL u ngħataw salarji u perkaċċi talli kienu tradixxew lill-partit tagħhom. Mhemmx xi ngħidu, dan ma niżilx tajjeb ma’ ħafna Laburisti li spiċċaw imgerrfxin kif dawk li kienu l-egħdewwa tagħhom saru fost l-aktar nies fdati minn Muscat. Tridu tiftakru li nies bħal Lou Bondi u JPO kienu strumentali biex tinsteraq l-elezzjoni tal-2008 u jibda r-renju disastruż ta’ GonziPN. Żgur li ħadd ma nesa’ lil JPO jnewwaħ quddiem Alfred Sant meta dan kixiflu l-iskandlu tal-Mistra wara li JPO ngħata l-premju għall-aktar deputat parlamentari ambjentali.
Ħafna Laburisti huma nies diretti li ma jinżlilhomx il-Makkjaveljaniżmu ta’ Joseph Muscat, l-aktar meta bdew jingħaqdu skoss opportunisti oħra mal-Muvument Laburista, nies bħal John Bundy, William Mangion, Frederick Testa, Kenneth Żammit Tabona u ħafna oħrajn li sa ftit qabel l-elezzjoni lanqas riedu jħokku mal-Laburisti. Dan kompla rrabbja attivisti u voluntiera Laburisti li kienu jaħdmu bla heda għax iħobbu lill-Partit. Joseph kien qed jibgħat il-messaġġ li biex tilħaq fil-partit trid tkun lgħaqi, ġakbin u traditur!
Għalhekk ma naħsibx li jistgħaġeb meta l-gażżetta MaltaToday tirrapporta li f’servej tagħha, 10% tal-Laburisti mhumiex se jivvotaw fl-elezzjoni li ġejja. Meta tistma’ n-nies ħażin hekk jiġri!
JISSOKTA

 

L-OPPORTUNISTI – L-EROJ ĠODDA TAL-PARTIT LABURISTA?

February 5, 2015 8 comments

https://i2.wp.com/292fc373eb1b8428f75b-7f75e5eb51943043279413a54aaa858a.r38.cf3.rackcdn.com/opinion_08_temp-1400396707-53785ba3-620x348.jpg

(Artiklu ta’ Joe M. Cachia)

Issa donnha dahlet drawwa li kull min, ghal xi raguni jew ohra, jichad xi twemmin politiku li kellu u jithabbeb mal-moviment Laburista, jsir qaddis mil-llum ghal-ghada.  Diga kellna whud li, ghad-direttura, gew mghammda bhala ‘suldati tal-azzar’ godda jew gew milqugha bi briju kbir ghax ghamlu hoss billi wrew simpatija mal-moviment, bhal per ezempju; Jeffrey Pullicino Orlando, Cyrus Engerer u ohrajn.  Ghadni ma nafx fuq liema kriterju jew valuri dawn lahqu dan il livell hlief li dawn qasmu l-kamp u gew fuq in-naha l-ohra, ghax issa taghna kollox tajjeb u taghhom kollox hazin.

W’ssa ghandna lil dan ukoll; Dr. Ian Castaldi Paris, li skond ir-rapporti, wara li gie ntrodott fil-laqgha generali tal-Partit Laburista(?), gie moghti ovazzjoni qawwija ta’ capcip mid-delegati tal-partit.  Jahasra kemm ghandna bciecen!  Dan ukoll gie jew ser jigi mghammed u onorat bhala ‘suldat tal-azzar’ gdid, Onorevoli?  Ma nafx jekk dan hux xi opportunista.  Haga zgura hi li dan ghadu ma giex ippruvat fl-intenzjonijiet genwini tieghu!

Read more…

Mela l-Laburisti se jibqgħu jissawtu?

September 9, 2014 4 comments

whipping_post_550Dan is-sit qiegħed għad-disposizzjoni tal-Laburisti muġugħin li l-Partit insihom kompletament.

Il-Mazzun m’għandu l-ebda aġenda ħlief li tirrenja s-sewwa bħalma għamel meta bbakkja b’saħħa kbira d-Divorzju u l-Unjoni Ċivili.

In-nies li jieħdu ħsieb dan is-sit għandhom il-ħajja tagħhom, izda l-inġustizzji, u d-doppja faccia ma jifilħuhomx. Lanqas jistgħu joqgħodu kwieti jaraw kif Joseph Muscat uza l-Laburisti u issa, għajr għall-ftit laqa’, rema l-maġġoranza tagħhom.

Aħna mux qed naqbzu għal dawk li kif tela’ l-Labour ħasbu li jistgħu jagħmlu li jridu u jgħaffġu fuq kulħadd, izda għal dawk il-Laburisti li għamlu 25 sena jaqilgħu ġo rashom u baqgħu mingħajr ġustizzja, meta Nazzjonalisti li sa sentejn ilu kellhom ħdura kbira lejn il-Laburisti, ittellgħu s-sema, ngħataw postijiet tajbin u pagi m’għola s-sema.

Għalhekk Joseph Muscat qed juri li lil-Laburisti ġenwini jafhom biss sakemm jista’ juzahom u juza l-vot tagħhom, imbagħad wara ma jafhomx.

Dan mhux aġir serju ta’ Prim Ministru!

U aħna tal-Mazzun qatt ma bzajna nitkellmu kontra l-inġustizzji u mhux se nibdew issa għax tela’ l-Labour!

Skond Muscat il-Laburisti nferjuri għan-Nazzjonalisti?

September 8, 2014 9 comments

Amanda-Mifsud_Joseph-Muscat_Michelle-Muscat_Michael-Farrugia

Kwazi disa’ xhur ilu konna rrapportajna kif saru bordijiet fejn persuni b’tendenzi laburisti wahda biss kien hemm prezenti! Għedna kif kien hemm kazijiet fejn…zewġ aħwa mill-istess familja tpoġġew fuq bordijiet importanti. Illum, nistgħu ngħidulkom li l-gvern poġġa Nazzjonalisti bħala diretturi u CEOs t’azjendi mportanti. Aħna tal-Mazzun m’aħniex ngħidu li Nazzjonalisti kompetenti li dejjem għamlu xogħolhom m’għandhomx jingħataw postijiet u jitħallew jagħmlu xogħolhom bil-kwiet.

Aħna qed nistaqsu li possibli laburisti kapaci ma jezistux?

Wara 25 sena mwarrba u mkassbra lanqas il-gvern tagħna mhu lest jaghtihom cans?

Nafu wkoll li  erġajna lura ghas-sistema fewdali fejn kulħadd jaħkem it-territorju tieghu u jaghmel li jrid. Xi ħaġa li kissret l-oligarkija ta’ Gonzi li kellu ftit qabel l-elezzjoni li għaddiet u li kienet fattur importanti biex il-gvern tiegħu jitlef l-elezzjoni.

Sfortunatament, Joseph Muscat ħalla din is-sitwazzjoni taħkem il-PL kmieni fil-leġislatura u diġa hawn tgergir kbir fuq kif id-dipartiment tal-gvern tħallew jibqgħu jiġu kmandati minn Nazzjonalisti li ma jridu b’xejn jikkoperaw mal-gvern u kif Joseph Muscat moħħu fin-Nazzjonalisti li qalbu qabel l-elezzjoni tal-2012 jew dehru fuq xi billboard u nesa’ kompletament Laburisti ħabrieka u ta’ skola li dejjem appoġġjawħ.

Il-Laburisti jridu jirrealizzaw li l-PL mhux Joseph Muscat, jew Madame Michelle, jew Manwel Mallia, izda huma. Ma jistax ikun li l-Partit jiġi hi-jacked minn erba’ minn nies li l-interessi tagħhom huwa biss il-poter.

Ahna ma nimpressjonawx ruħna biċ-ċelebrazzjonijiet, riċevimenti, tehid ta’ l-idejn, kpiepel, basktijiet tal-Prada u evening dresses. Aħna l-fanfarunati ta’ min ma kien xejn u issa f’daqqa waħda minn għalih in-nies kollha saru dubbien, ma nagħtux kasu. Anzi…nieħdu ghalina meta narawhom meta fl-istess waqt skoss Laburisti għadhom ibatu, minsijin.

Dawn l-attivitajiet narawhom bħala insult!

Read more…

Ittra ta’ Joe Grima li fiha ħafna x’tixtarr!

June 22, 2013 Leave a comment
Joseph-Bondi1

Joseph wera nuqqas ta’ rispett lejn il-Laburisti ġenwini bil-ħatra ta’ Lou Bondi!

Min kien dak l-għaref li stenna l-mitt jum ta’ ħidma ta’ gvern Laburista biex joħroġ jgħid li Joseph Muscat għazel lil Lou Bondi jkun fuq il-Bord tal-Fundazzjoni tal-Festi Nazzjonali?

Il-100 jum tal-ħidma tal-gvern kellha tkun okkazzjoni ta’ ċelebrazzjoni ta’ kemm il-Gvern ġdid Laburista diġa wettaq wegħdi u ħadem għall-gruppi minoritorji u oħrajn li għandhom jiġu protetti bħall-anzjani. Minflok spiċċa jum ir-rabbja kontra Lou Bondi u anke l-Prim Ministru talli għazel lilu minn tant nies oħra.

L-għazla ta’ Lou Bondi hija affront għal kull Laburist li tqagħla bix-xandir u l-programmi zbilancjali u mimlija antipatija lejn kull ħaġa Laburista. Jidher car li Bondi mercinarju bla principji għax anke l-intervista tiegħu ma’ Joseph kienet waħda kalma u kontrollata. Ħeq, ma jridx idardar l-għajn li jixrob minnha!

Imma tgħiduli, hu lanqas mhu se jitħallas għall-kariga li tah Joseph?

Mhux il-punt, Lou flimkien mal-Where’s Everybody! kellhom kwazi monopolju fuq festi ta’ certa mportanza. Kulħadd nesa kemm ħadmu biex tellgħu c-celebrazzjonijiet tal-pjazza l-ġdida li vara l-PN quddiem il-PN?

Nsew il-Laburisti meta Where’s Everybody! keccew lil kulħadd qabel l-elezzjoni bħallikieku biex jibgħatu messaġġ li t0rt tal-Labour għax la jitla’ ma jgħaddilhomx xogħol aktar?

Insew kemm ġera ma’ DCG Lou u qabez għaliha kontra l-pulizija qabel l-elezzjoni biex jipprova joħloq incident politiku?

Lou Bondi malajr jista’ jirrezenja mill-Where’s Everybody biex dawn xorta jieħdu x-xogħol mingħand il-gvern.

Dan bniedem jasal għal kollox u mhux għall-politika, izda għall-avvanz personali tiegħu. L-agħar tip ta’ krejatura, bla principji u lesta li tgħaffeġ fuq kulħadd imbasta tgawdi hi, u Joseph Muscat għamel zball kbir u ħadha miegħu.

Minkejja li kellu tiegħu wkoll, Joe Grima spjega għalfejn kulħadd irrabbjat għal Bondi fl-ittra li bagħat lil Franco Debono li qed nuru hawn: Read more…

Il-Ħdura ta’ Dafni!

June 17, 2013 Leave a comment

Daphne-mass-meeting

Ferm Interessanti dak li kitbet  Dafni fuq l-għazla ta’ Joseph Muscat ta’ Lou Bondi u bħas-soltu spikkat il-ħdura personali li għandha kontra kull ħaġa Laburista. Huwa dan id-difett kbir li għandha li tant in-nuċċali tagħha huwa mtappan bil-ħdura li anke meta forsi jkollha xi ftit raġun fl-argumenti tagħha, dawn tfottihom permezz tal-fanatiċizmu kbir anti-Laburista li għandha.

Il-kritika ewlenija tagħha fuq il-kwistjoni ta’ Joseph Muscat hija li kien hu u l-Partit Laburista li ġiegħlu l-poplu jobgħod lilha u lil Lou Bondi għax huma dejjem il-“fatti” qalu. Issa jekk tħarsu naqra lejn il-kitbiet tagħha tindunaw li dawn mimlijin dettalji personali u kritika tad-difetti ta’ nies Laburisti li ħafna drabi ma jkollhom xejn x’jaqsmu mas-suġġett fil-kwistjoni.

Read more…

%d bloggers like this: