Home > Opinion > Min hu A.G.?

Min hu A.G.?

560090_494810250554569_1653567408_nPeress li aħna Laburisti njoranti, stupidi, idjoti u m’aħniex ta’ sustanza u m’għandniex wiċċ ta’  Nazzjonalist se nipprovaw naqtgħu xi jfissru l-inizzjali A. G. u l-kliem Aus għaliex huma xi ftit tqal għall-moħħ fjakk li għandna. Ħa naraw mela:

Ah Ġakbin!

Jista’ jkun li ħafna nies li saru miljunarji kbar bil-bejgħ taż-żejt qed jgħidu hekk lil George Farruġia wara li ngħata l-proklama.

Ara George!

Ma jmurx jitkellem avolja ngħata l-proklama u min jaf kemm se jikxef nies.

Alvin Grixti – Ġuvni sew li qed jipprovaw iwaħħlu kollox fih li hu kien qed jimmanipula kollox u rnexxielu jikkonvinċi lill-Ministru biex jagħmel lil Tancred Tabone l-Kap ta’ l-Enemalta, jingaġġa lil George Farruġia u jagħti x-xogħol lil Frank Sammut u sħabu.

Issa ejja nagħtu ħarsa lejn il-kliem AUS u naraw x’jistgħu jfissru dawn:

Aus = Australia għax forsi hemm xi ħadd ieħor minn dan il-kontinent imbiegħed imdeffes fil-biċċa tat-tixħim u l-korruzzjoni taż-żejt?

Aus = Austria – aktar possibli li hemm xi ħadd fl-Awstrija mdeffes għax din eqreb mill-Awstralja?

Aus = Australopithecus – Dixxendent tal-bniedem jixbaħ xadina u kif jaraw il-Laburisti nies bħal Simon Busuttil, Paul Borġ Oliver u DCG.

AUS = Atlantic University of Sports – Jista’ jkun li hemm xi ħadd minn hawn imdeffes fil-biċċa jew aktar possibli minn hawn:

AUS = American University of Sharjah li għandhom ħafna konnessjonijiet mal-Lvant Nofsani u l-Għarab min fejn jiġi ħafna miż-żejt.

Jew forsi jista’ jkun li A.G. jfissru Austin Gatt u Aus tfisser Austin, imma din ma tistax tkun għax il-Ministru stess qal lill-pulizija li hu qatt ma ddiskuta tenders taż-żejt jew tkellem ma’ dawk in-nies involuti fl-iskandlu.

U aħna tal-Mazzun nafu li dan il-Ministru tant għandu track record tajjeb fit-tmexxija tal-Ministeru tiegħu, l-aktar bl-insistenza tiegħu li jintuża ż-żejt minflok il-gass meta laħaq Ministru fl-2003; li jinbena l-impjant tal-BWSC li jaħdem fuq l-agħar tip ta’  żejt li jeżisti, l-Heavy Fuel Oil u l-mod kif ma ried bl-ebda mod iħalli lil Joe Mizzi ta’ l-erba’ miljun jiftaħ ħalqu fil-Public Accounts Committee ma jmurx jikxef lil xi ħadd, nemmnu bis-sħiħ li dawk l-inizzjali u kliem ma jistax ikun li qed jirreferu għall-AUSTIN GATT.

Tinsewx ukoll li dan qal li issa daqshekk buzzulotti u aħna nemmnuh b’għajnejna magħluqin u għalhekk ma jistgħux jgħajruna Laburisti ħamalli u njoranti aktar!

 

Advertisements
  1. February 12, 2013 at 1:16 am

    Min tridu jkun il percimess ta kollox AG u Aust fija x’tifhem ukoll nafseb anki tifel zghir tan nuna ukoll jifhima,dan il bniedem kull ma imtmess b’idejn kollox irrovina, dan ghandu jigi ikkastigat bil kbir ghax wiehed min tal Mafja Maltija, issa anki idejh ghandu imcappsin biz zejt.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: