Home > Opinion > Kemm il-Knisja vera thobb lill-uliedna?

Kemm il-Knisja vera thobb lill-uliedna?

T-TIENI PARTI – IL-PROTEZZJONI TAL-MOSTRI

Bhalma jaf kulhadd, ghall-eghxieren ta’ snin, is-superjuri tal-Knisja ripetutament  ghazlu li jinjoraw il-krib ta’ dawk l-innocenti li sfaw torturati minn qassisin pedofili.

F’hafna kazijiet, l-akkuzati gew mibghuta bil-mohbi f’xi parrocca mbieghda fejn sabu eghlieqi godda t’innocenti li setghu jabbuzaw. Xi haga li grat f’pajjizna xi ftit ilu meta nstab li ntbaghat qassis f’parrocca li meta kien barra gie akkuzat b’abbuz tal-minoreni.

Din il-kultura ta’ habi fil-Knisja baqghet ghaddejja ghal hafna snin u giet prattikata b’konsistenza minn djocesi wara l-ohra F’pajjiz wara l-iehor. Dan juri bic-car li kienet policy maghmula apposta mill-awtoritajiet tal-Knisja biex jipprotegu isem ir-religjon Kattolika.

Illum nafu, li l-istruzzjonijiet biex dan isehh gew direttament minn Ruma. L-oghla awtoritajiet tal-Knisja ordnaw biex kull isqof u kardinal nvolut b’xi mod f’xi kas ta’ pedofilija jzommu kollox mistur. Sa ftit ilu, anke dawn l-istruzzjonijiet kienu mizmuma sigriet, u fl-2002, il-Papa Gwann Pawlu II kiteb li kull qassis mixli bil-pedofilija ghandu jigi rrapportat bil-mohbi lill-Vatikan u li s-smiegh ta’ dawn il-kazijiet ghandhom isiru in camera – jigifieri bil-bibien maghluqa f’procedura li tisfida l-kodici kriminali civili li jiggwardaw l-abbuzi sesswali  f’hafna pajjizi.

Minflok ma’ nezzghu lil dawk il-mostri Umani minn qassisin, l-awtoritajiet tal-Knisja u tad-diversi djocesi hallew hafna qassisin pedofili b’kazijiet kriminali mdendlin fuq rashom javvanzaw fl-istrutturi tal-Knisja, tant li waslu biex jokkupaw posizzjonijiet gholja bhala amministraturi u ufficjali sahansitra f’skejjel mimlija tfal fejn setghu jkomplu jipprattikaw il-marda moqzieza taghhom minghajr inkwiet ta’ xejn. U dan thalla jsir minkejja li l-vittmi baqghu jipprotestaw kontrihom. Hafna drabi, ir-risposta tal-Knisja kienet aktar promozzjonijiet lil dawn il-mostri!

Il-kelliema tal-Knisja  jhobbu juzaw lingwagg sabih imzejjed b’kliem bhall-kumpassjoni u tigdid spiritwali, izda mhux ghall-vittmi ta’ l-abbuz sesswali, izda ghal min wettaq ripetutament dawn ir-reati moqzieza.  Jittrattaw xi hadd li jattakka, jabbuza sesswalment u jweggha t-tfal bhala semplici midneb u jekk fil-qrar jammetti li ghamel hazin u jahlef li ma jergax jaghmel hekk,  jahfrulu minflok ma jaghtuh f’idejn l-awtoritajiet, ha jghadduh guri u jwaddbuh il-habs!  Dan juri biss li l-Knisja kienet u ghadha tahseb li n-nies taghha huma ‘l fuq mill-ligi civili u dan mhux xi hsieb differenti milli kienet thaddan fiz-zmien l-Inkizizzjoni.

Huwa fatt maghruf li fil-kaz tal-pedofili, il-mahfra u l-ammissjoni li ma jergghux mhux se jwaqqfuhom milli jkomplu jabbuzaw it-tfal u dan il-Knisja tafu. Ghalhekk l-agir taghha jsir ferm aktar oggezzjonabbli.  L-unika deterrent effettiv fil-kaz tal-pedofili hija l-biza’ li jinqabdu u jintefghu l-habs ghax jafu li anke l-habs stess qalb il-qattiela u l-hallelin, il-pedofil huma mistmerra u jigu trattati bil-mod kif jittrattaw lill-innocenti.

Kif nistghu nemmnuhom li ma jridux id-divorzju ghax iridu jipprotegu lill-uliedna, meta jaghmlu minn kollox biex jipprotegu l-qassisin mostri li jippruvaw jabbuzaw lill-uliedna?

(Jissokta Ghada)

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: