Home > Opinion > BOĊĊA ĦDURA!

BOĊĊA ĦDURA!

bitch

Aħna tal-Mazzun għalhekk nirrabbjaw għall-PL għaliex meta dan jipprova joffri l-id tal-ħbiberija lill-PN u dawn dejjem jigmuhielu u jobzqulu fuqha. 

Tiftakru meta bagħtu lil Tonio Borġ fl-UE u ħadd ma riedu, u l-PL ħadmu għalih biex jintgħażel?

L-istess għamlu l-PN għal Toni Abela u qed jheddu li jagħmlu l-istess lil Leo Brincat!

Tifkaru meta l-PL ħadem id f’id mal-PN dwar il-gwerra li kien hemm fil-Libja?

Ħadem mal-PL f’xi ħaġa l-PN?

U  żgur li le. Anzi kienu, għadhom u jibqgħu jtellfu kemm jifilħu; u aktar ma’ l-PL jikseb suċċessi ekonomiċi, aktar se jtellfu għaliex għandhom għira bażwija li dan il-Partit ta’ l-Injoranti, pastażi u baxxi qed jagħmel suċċess aktar mill-avukati, tobba u negozjanti tagħhom.

L-għan waħdieni tan-nies li qed imexxu l-PN illum hu, li b’xi mod iwaqqgħu l-PL, ħa jerġgħu jitilgħu u parasiti bħal Ann Fenech, RCC, DCG u r-raġel tagħha, Peter Fenech, Stefano Mallia, Georg Sapiano u l-Boċċa jerġgħu jibdew jerdgħu l-mijiet t’eluf ta’ ewros waqt li l-gvern tagħhom jgħakkes lill-poplu b’kontijiet tad-dawl u l-ilma jibqgħu jogħlew u jibqgħu jħaxxnu bwiet min kien iġib il-fjuwil; b’proġetti mimlija korruzzjoni bħal ta’ Mater Dei u l-Power Stejxin ġdida li għamlu; ħalli l-ħbieb tal-ħbieb ikomplu jiffuxxnaw u jistgħanew.


Pero aħna tal-Mazzun qatt ma stagħġibna li l-PN u l-akoliti tiegħi kienu se jaġixxu b’dan il-mod għax min minnha ilu jafhom żmien, jaf li qatt ma nbiddlu u baqgħu bl-idea li huma n-nies nobbli bil-poter divin li jmexxu dan il-pajjiż. In-nies puliti mimlija Ingliżati li jaraw li kulħadd dubbien u li jitkellmu fuqhom bħalma tkellem il-Boċċa fuq Ira Losco u l-Prim Ministru.

Bħalma jaf kulħadd, aħna tal-Mazzun ma’ noqgħodux nomgħoduha. Kulħadd jaf li l-familja Losco qatt ma kienet Laburista u dan qed ngħiduh mhux biex nitfgħu xi dell ikraħ fuqha, iżda biex nuru l-ħdura kbira li għandhom n-Nazzjonalisti li qed imexxu l-PN bħalissa; li anke jlesti jkasbru u jinsulentaw lin-nies tagħhom għas-sempliċi raġuni li qed jikkolaboraw mal-PL.

Aqraw ftit x’inhi tikteb DCG fuq Anton Attard li minn dejjem kien jobgħod il-PL, iżda għax dan żammu u qed iħallieh jagħmel il-liri, issa qisu sar xi Laburist!

Għalhekk t-tgħajjir ta’ bitch lejn Ira Losco u motherfucker lejn il-Prim Ministru ma’ jgħaġġbuniex. In-Nazzjonalisti li hemm fit-tmun tal-PN hekk jaħsbuha fuq il-Laburisti u l-problema kbira tal-Prim hija li għandu ħafna minn dawn f’postijiet importanti kemm fiċ-ċivil kif ukoll f’awtoritajiet u entitajiet governativi li qed jagħmlulu ħsara kbira, l-aktar mal-Laburisti stess li ddejqu jkomplu jissawtu meta suppost jinsabu taħt gvern li tahom il-ġustizzja u suppost qiegħed jipproteġihom.

Il-voti tal-klikka ta’ DCG u l-Boċċa (li nfakkru lill-Prim li kien jagħmel parti minnha Lou Bondi anqas minn 3 snin ilu u llum sar person of trust) qatt mhuma se jiġu għand il-PL għax dawn nies li gawdew wisq mal-PN u jafu li jekk dawn jerġgħu jitilgħu jerġgħu jibdew igawdu bil-kbir.

Il-problema hija l-mod kif il-PL ħa miegħu nies li kienu parti minn din il-klikka u li b’mod sigriet xorta jħarsu lejn il-Laburisti bħala razza nferjuri, iżda jidħku minn wara dahar il-Prim Ministru għax issa qed jagħmlu l-belli liri minn fuq dahru.

Għal kull wieħed minn dawn, hawn elf Laburist maħruq u għadu jbati li minkejja diversi wegħdiet fiergħa li għamel Joseph Muscat fil-laqgħat ta’ nhar ta’ Ħadd u anke fid-diskorsi tal-Baġit, xorta baqgħu jbatu f’dipartimenti nfestati bin-Nazzjonalisti. Xorta baqgħu jinqabżu bil-promoxins u ma’ ħadu l-ebda rimedju bil-kummiedja li nieda l-partit tal-Grieviences Board.

Il-ħatriet ta’ Anton Attard u Lou Bondi għamlu ħsara kbira lill-partit u wrew li jagħmel x’jagħmel xorta jiġi attakkat mill-PN. Li kieku qaċċathom, min jaf kemm kienet twerżaq u tgħawweġ ħalqha DCG għax għamlilhom vendikazzjoni politika, iżda għax żammhom qed jaqla’ tgħajjir akbar mingħand DCG u mingħand il-Laburisti.

Jekk Joseph Muscat ħaseb li dawn kienu parti minn logħba chess mimlija strateġija ntelliġenti għandu żball u għandu bżonn joħroġ naqra minn Kastilja u jkellem skoss Laburisti ħa jara għalfejn ħafna rrabbjati għalih u għall-partit.

 

 

 

 

 

Advertisements
  1. Anthony Attard
    May 15, 2016 at 12:31 pm

    Jiddispjazini nghid dan il gvern li suppost laburista mhux ta laburisti imma ta nazzjonalisti imma gvern iehor nazzjonalista u ta sinjuri u il haddiem ramieh grazzi talli jiena u il familja tieghi issaportjat dejjem il gvern laburista imma issa daqsekk mhux ha terga titmejjel biha izjed SORRY NO VOTE

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: