Archive

Posts Tagged ‘simon busuttil’

Il-Magħżulin

May 13, 2016 1 comment
JM

Enter a caption

Il-Partit Nazzjonalista ma jinbidel qatt u din hi l-akbar problema tiegħu. Jibqa’ partit elitist li jimxi wara d-duttrina ta’ DCG għaliex jaqbel magħha. Jibqa’ jinsisti li hu l-partit li għandu postu fil-gvern u li l-PL huwa l-partit li dejjem għandu jibqa’ fl-opposizzjoni. 

Hija din il-mentalita’ li mhiex trebbħu n-nies għaliex qed juri li jippretendi li l-gvern huwa tiegħu u ħadd m’għandu d-dritt jeħodulu. Il-mod kif bena awtoritajiet u entitatajiet ġodda u mliehom bin-Nazzjonalisti hija mod kif irnexxielu jżomm duffrejh mal-governanza tal-pajjiż billi jimina lill-gvern tal-ġurnata li huwa l-PL.

Read more…

Aħna Mzazen?

May 4, 2016 2 comments

gullible

Kulħadd jitnejjek bina!

Min għalihom li kulħadd mazzun u jibla’ kollox.

Minn naħa għandna lil Simon Busuttil b’żewġ deputati mexxejja mċappsin bil-korruzzjoni ferm agħar minn Konrad Mizzi, li jrid ibellgħaħielna li Beppe bena l-Palazz mingħajr l-għajnuna ta’ missieru u l-partit; u lil Demarco li ħaseb li n-nies kollha boloħ u li se jemmnuħ li ma’ ħasibx li għandu jħallas lil Sladden wara 7 snin għax-xogħolijiet fuq daru ma kienux għadhom lesti. 

Mhux ta’ b’xejn li Xmun m’għandux ċans jirbaħ l-elezzjoni li ġejja. Qabel l-elezzjoni ħareġ b’skoss ħmerijiet bħal tal-bailout u biex in-nies jiddiskutu l-politiku għand il-growser; u issa jrid ibellgħaħilna li Mario Demarco kien se jħallas lil Sladden qisu mhux kulħadd jaf li ħallsu biex ma jinqabadx li dak ried jagħtih rigal. Read more…

Mr. Bailout!

March 26, 2016 Leave a comment

Armi flusek

It-talba mill-PN biex in-nies isellfuhom 10 000 ewro u jingħata imgħax ta’ 4% fuq medda t’għaxar snin żgur li hija waħda mill-akbar ċajtiet ta’ Simon Busuttil minn kemm ilu li laħaq kap tal-PN.

Bla dubju li din it-talba hija prova ċara ta’ kemm jinsab finanzjarment ħażin il-PN u prova ta’ kemm il-MPs Nazzjonalisti li stagħnew u qalgħu l-belli liri matul 25 sena jiffungaw u jerdgħu minn fuqna, huma tosti u verament jimpurtahom biss mill-poter.

Read more…

Governanza Xierqa!

March 21, 2016 Leave a comment

Meta tisma’ li nies bħal Ann Fenech ingħatat aktar minn nofs miljun f’konsulenzi mill-Airmalta, tibda tgħid x’wiċċ għandu Simon Busuttil joqgħod jippriedtka fuq il-korruzzjoni u l-good governance.

Li terda’ nofs miljun minn kumpanija qed tfalli mhijiex oxxenita’?

U għadna ma nafux kemm ingħataw konsulenzi minn kumpanija oħra li kienet mimlija dejn, l-Enemalta. Nafu li l-Prim Korrott li kien iħawwad u jgerfexx kemm jiflaħ fix-xiri taż-żejt spiċċa protett minn Lawrence Gonzi għax ingħata maħfra biex jiġġakbina lil ħaddieħor u spiċċa kompla jigdeb kemm jiflaħ, u sa sentejn wara ftit li xejn inqabdu nies.

Read more…

AĦNA RRIDU TMEXXIJA TAJBA LABURISTA!

March 7, 2016 1 comment
Abbatini

Ma rridux kopja oħra tal-korrotti Nazzjonalisti!

Mhemmx dubju li fl-aħħar elezzjoni l-poplu vvota bi ħġaru biex iqallfat lill-PN ‘il barra mill-gvern minħabba l-arroganza, l-ħniżrija u l-korruzzjoni; u kulħadd qiegħed jgħid li Simon Busuttil (li minkejja jridna ninsew kien parti mill-gvern ta’ Gonzi) mhux jiskurja gowls jagħmel protesti.

Kif qal Evarist Bartolo ftit ilu huwa l-PL li qed jiskurja awto-gowls bl-addoċċ u fil-fatt bħalissa hawn atmosfera fil-pajjiż li l-partiti politiċi l-kbar xebbgħu lill-kulħadd!

Read more…

IL-PN u l-Korruzzjoni

March 4, 2016 Leave a comment
Corruption

Il-PN iridu jitkellmu fuq il-korruzzjoni?

Il-politiċi tal-Partit Nazzjonalista huma tassew nies ipokriti u ma jafux jistħu. Wara li redgħu u ffungaw kemm felħu minn fuq dahar il-pajjiż, iridu jagħmlu protesta kontra l-korruzzjoni. Forsi ftit minnhom inqabbdu jieħdu sehem f’korruzzjoni proprja għaliex mhemmx dubju li jafu jgħattu xturhom sew, iżda n-nuqqas t’etika li mmarkat it-tmexxija Nazzjonalista matul il-leġislaturi tagħhom, l-aktar fl-aħħar ħamsin għandha tħammar wiċċ anke lill-aktar persuna li għandha wiċċa nfurrat f’Malta.

Read more…

B’Simon fit-Tmun Kollox Mitmum!

September 11, 2014 5 comments

images

Mhemmx dubju li l-akbar paprata li għamel il-PN dawn l-aħħar snin kien li għazel lil Simon Busuttil bħala l-Kap tal-Partit. Dan ħaseb li mhux se ninsew il-ħmerijiet li ħareħ bihom bħal li Deborah Schembri kellha wiċċ ta’ Nazzjonalista u li n-nisa tad-djar għandhom jiddiskutu l-politika għand tal-ħanut.

Simon wera li jekk jaf x’toffri l-politika ta’ l-EU, ma jaf xejn x’toffri l-politika lokali Maltija.

Minbarra dan, ma jistax jaħrab mill-fatt li kien id-deputat ta’ Gonzi u allura bilfors irid jerfa’ r-responsabilitajiet tal-ħnizrijiet li wettaq Gonzi biex jibqa’ ggranfat mal-poter qabel l-elezzjoni tal-2012.

Simon Busuttil huwa l-agħar tip ta’ politikant għaliex m’għandux nitfa’ ta’ kredibilita’ u għalxejn jibqa’ jgħajjat li jrid jibda mill-ġdid għax ħadd ma jista’ jemmnu.

Read more…

%d bloggers like this: