Home > News > Mons. Scicluna mingħalih xi Mikiel Gonzi modern?

Mons. Scicluna mingħalih xi Mikiel Gonzi modern?

Image

Dan xi qassis ġdid politikant li se jibda jindaħal bħalma kienu jagħmlu fis-sittinijiet?

Skond dan l-għaref, “filwaqt li l-attivita’ sesswali bejn koppji eterosesswali għandha rwol fundamentali li trawwem membri futuri tas-socjeta’, koppji ta’ l-istess sess m’għadhomx rwol fis-socjeta’ għax ma jipproduċux tfal.”

Bl-istess argument ta’ dan l-għaref, lanqas hu u l-qassisin li jirrapprezenta m’għandhom rwol fis-socjeta’ għax (suppost) ma jagħmlux tfal. Wara kollox, l-astinenza li jipprattikaw il-qassisin u membri oħra tal-Kleru mhijiex naturali, izda xorta jippretendu li għandhom rwol li jikkmandaw lill-familji, lill-missirijiet u l-ommijiet kif għandhom irabbu u jagħmlu s-sess ma’ xulxin.

Kif qal xi ħadd fuq il-Facebook, l-omosesswalita’ hija sesswalita’, izda s-sacerdozju hija għazla!

U dan li qal serju mhux għax jaffettwa lill-omosesswali, izda facilment jista’ jdaħħal lill-ulied b’ġenitur wieħed, il-fqar, id-dizabbli u tant oħrajn.

L-istess monsinjur qal li hu kontra l-adotazzjoni tat-tfal minn koppji gay għaliex fin-natura dawn ma jistgħux isiru ġenituri. Għalhekk m’għandhomx jiġu kunsidrati bħala ġenituri prospettivi għall-adotazzjoni. Dan l-argument nistgħu facilment indawruħ fuq il-qassisin u s-sorijiet li jmexxu l-orfanotrofji u li xorta jieħdu ħsieb it-tfal u dawk li jieħdu ħsiebhom fit-tul isiru parti mill-familja tagħhom. Ma’ dan iridu nzidu li mhemm l-ebda studju li juri li koppji gay mhumiex tajbin daqs koppji eterosesswali biex jieħdu ħsieb it-tfal. Anzi, tajjeb nistaqsu kemm hawn koppji eterosesswali kapaci jieħdu ħsieb uliedhom?

Possibli li dan il-Monsinjur jaħseb li partit li ġab l-akbar maġġoranza m’għandux mandeat biex jintroduci liġijiet ġodda favur id-drittijiet tal-gays?

Il-Knisja ħa ddum ma’ taccetta li m’għadx għandha monopolju fuq iz-zwieġ u l-unjonijiet civili bħal ma kellha fid-disgħinijiet fiz-zmien Eddie Fenech Adami u Guido Demarco li dejjem tawhom li riedu. Wara d-disfatta tad-divorzju kien għoddhom bdew jistejqru naqra u jindunaw li m’għadhomx l-awtorita’ li kienu. Sfortunatament, ġie hawn Mons. Scicluna li l-istil tiegħu imur lura lejn dawk tal-qassisin politiċi li kienu jħobbu jindaħlu fil-politika u fil-ħajja personali. Kieku ħaseh f’dan, kien izomm ħalqu magħluq u mhux joħroġ jgħid li ma’ jaqbilx mal-bejgħ tac-cittadinanza. Nafu ma’ liema partit izomm il-Kleru Malti, m’għandniex bzonn lil Scicluna jfakkarna!

Skond il-Monsinjur, ic-cittadinanza m’għandhiex prezz, izda kollox qed juri li l-mod kif qed nagħtuha lill-barranin juri kemm zvalutajniha. Mela skond il-Monsinjur u l-PN m’għandniex inbiegħu c-cittadinanza, izda l-eluf li qed jieħdu c-cittadinanza b’xejn li wħud minnhom zgur li huma kriminali, drogati, terroristi, pimps u pushers u x’naf jien, jistgħu jidħlu f’pajjizna mingħajr l-ebda problemi, bil-maqlub ta’ dawk li jrid jiġbed il-gvern li se jiġu ezaminati bir-reqqa u lesti jrendu l-miljuni.

Joqgħod attent il-Monsinjur li wara li s-sħabu, l-Monsinjuri l-oħra qed joqgħodu attenti li jzommu l-kolp, hu ma jidhirx li hu xi wieħed minn dawk taz-zmien Gonzi li ried jindaħal f’kollox anke f’dak li ma jesgħux u jerġa jdaħħal il-Knisja f’xi basla akbar milli qiegħda fiha bħalissa.

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: