Home > News, Opinion > BREXIT WASAL!

BREXIT WASAL!

Brexit-Grexit-EU-Cartoon

Min jaf forsi r-Renju Unit tagħmel suċċess barra mill-Ewropa u jitħajru oħrajn li jagħmlu bħalha.

 

Il-jedd tar-referendum huwa wieħed bażiku fl-UE u għalhekk għalxejn joqgħodu jeqirdu dawk il-ħafna psewdo-demokratiċi li jaqbżu meta referendum ma jmurx skond kif iriduh huma. Bħala bniedem li dejjem appoġġjajt l-UE għal diversi raġuni, ma nistax ma nkunx inkwetat fuq id-deċiżjoni ta’ l-Ingliżi; iżda l-poplu tkellem u d-dritt tiegħu jrid jiġi rispettat.

Nifhem il-kumment tal-Prim Ministru li ma jlaħħix isir referendum f’Malta biex noħorġu mill-UE, iżda fil-fond ta’ qalbu jaf li dan hu m’għandux dritt jagħmlu jekk ma jridx jiġi mgħajjar dittatur.

Jekk biżżejjed nies jitolbu għar-referendum, irid jagħmlu nkella jkun qiegħed jikser waħda mid-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini Ewropej li jagħtu sehmhom fit-tmexxija tal-pajjiż. Muscat ma jistax jagħżel li jagħmel referendum għax jaqbel lilu bħal dak tal-kaċċa tar-Rebbiegħa. Irid jirrispetta l-pedamenti demokratiċi li fuqhom ġiet mibnija l-UE u dak li ffirmaw għalih meta dħalna membri.

Jien għalija, dan it-tbassir tad-diżastri kbar l-aktar li ġejjin huma mingħand dawk telgħin u nieżlin Brusel u qed jagħmlu balla ewros minn fuq dahrna. S’issa ftit rajn analiżi serja ta’ kif il-ħruġ tar-Renju Unit sa jaffettwa l-UE. Mistenni li jkun hemm theżżiż fl-istock exchange u fil-lira sterlina, iżda ftit forsi jirrejaliżżaw li l-Bank of England, il-Bank Ċentrali ta’ l-Ingilterra għandu riservi ta’ eluf ta’ biljuni ta’ liri sterlini. Forsi ftit jirrejaliżżaw li l-Ingilterra hija membru tal-commonwealth li fiha membri bħal Kanada u l-Awstralja li għandhom ekonomija b’saħħitha ħafna u jistgħu faċilment jagħmlu trattati magħhom.

Iridu naraw minn verament se jbati issa mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE. Iridu naraw kif din se taffetwa l-UE issa li din waqgħet taħt idejn il-Franċiżi u l-Ġermaniżi li ma tantx huma ħelwin u moħħhom fil-politika ta’ l-awsterita’. Iridu naraw kif se taffetwa t-turiżmu u l-ekonomija Maltija meta nafu li nofs it-turisti jiġu hawn mill-Ingilterra u għandna xebgħa importazzjoni magħhom.

Dawn il-mistoqsijiet li rridu nistaqsu u nilqgħu għalihom. Xi ħaġa li l-Prim Ministru qed jassigurana li għamel u peress li aħna tal-Mazzun għandna fiduċja kbira fis-serjeta’ tal-Ministru Scicluna u l-abilita’ ekonomika tiegħu, aħna ċerti li kapaċi nilqgħu għal xi burraxxka li taf tolqotna fis-snin li jmiss minħabba l-BREXIT.

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: