Archive

Archive for February, 2012

Anke l-qraba ta’ Gonzi huma hamalli u vendikattivi

February 29, 2012 1 comment
Categories: News Tags: , ,

Why Debono is history and the PM’s contest a farce – maltatoday.com.mt

February 29, 2012 Leave a comment

Il-qtil doppju f’tas-Sliema: Gera seta’ kien il-vittma?!

February 28, 2012 1 comment

L-investigazzjoni tal-qtil doppju jrid isir sew għax jista' jkompli jeqred il-kredibilita' tal-pulizija. L-investigazzjonijiet ma' jsirux skond kemm tkun sinjura u nfluwenti persuna.

Sal-lum għadna ma nistgħux nifhmu kif il-pulizija damet tlett ġimgħat wara l-każ tal-qtil doppju f’tas-Sliema nhar l-Ewwel tas-Sena biex tibgħat il-kampjuni tad-demm l-Ingilterra u kif f’Malta mhumiex kapaċi jagħmlu analiżi tad-DNA meta hawn laboratorju privati lokali li kapaċi jagħmlu dan.

Read more…

Government fails to set a date for opposition motion debate in parliament – timesofmalta.com

February 27, 2012 Leave a comment

Government fails to set a date for opposition motion debate in parliament – timesofmalta.com.

Nota tal-Mazzun: Minkejja t-ton trijonfalistiku tal-elezzjoni farsa ta’ nhar is-Sibt, GonziPN qed jibża’ jieħu vot fil-Parlament xorta waħda! Għalhekk dat-tkaxkir kollu tas-saqajn!

Fejn konna bqajna!

February 27, 2012 Leave a comment

Gonzi bil-prim manipulatur warajh Richard Cachia Caruana, dak li jagħti ordnijiet lil Daphne Caruana Galizia.

Wara l-farsa ta’ l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista meta diġa kien hemm kap, tajjeb li nistaqsu ftit lil Franco Debono kif din l-elezzjoni skond hu hija posittiva  meta ma wieġbet l-ebda kritika li kellu kontra Gonzi?

Read more…

Gonzi Ferħan bil-Kandidati Faxxisti, Omofobiċi u Razzisti!

February 27, 2012 1 comment

Il-Faxxist Alexis Callus - hux xempju ta' l-isterjotip Aryan li jrid Lowell jew Hitler?

Sewwa jgħidu li meta tkun dahrek mal-ħajt anke max-xitan tagħmel patt u hekk qed jagħmel Gonzipn bil-lista tal-kandidati li qed joffri għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.

Read more…

Itellaq waħdu, għax irid hu, u l-Labour xorta joħroġ tellief!

February 27, 2012 1 comment

Mela Gonzi ggranfat mal-poter? Ma jmurx joħoduli l-Labour!

Din il-famuża tellieqa li Lawrence Gonzi ddeċieda li jtellaq waħdu se tibqa’ mniżżla fl-istorja ta’ Malta għal diversi raġunijiet. Mhux se nidħlu fil-mertu tagħhom għaliex tkellimna u smajna ħafna. Pero’ fl-aħħar 24 siegħa minn mindu ħareġ ir-riżultat aħna tal-Mazzun qgħadna attenti biex naraw ir-reazzjoni. It-ton trijonfali ta’ GonziPN ma kienx jonqos, pero’ l-iktar kumment li laqatna kien dak li f’din l-elezzjoni, li ma saritx skont l-istatut tal-PN, li Gonzi kien l-uniku kandidat fiha, li ħadd ma talab lil Gonzi jagħmilha, fil-fatt rat tellief: il-Partit Laburista!

Read more…

Gonzi Rebaħ?! Saqsu lil JPO, Mugliett, Debono u Dalli!

February 25, 2012 1 comment

Gonzi għandu raġun jitkerrah lil JPO Mugliett, Debono u Dalli!

Lawrence Gonzi ġab 96.5% tal-voti tal-Kunsilliera tal-PN f’elezzjoni finta li fiha Gonzi kien l-uniku kandidat. Minn daqshekk Gonzi ġab riżultat tajjeb ħafna b’dak l-appoġġ kollu. Pero’ l-festa tellfuhilu bil-kbir 4 persuni, li huma tliet deputati u ex ministru. Franco Debono mar jivvota imma qal li ma nbidel xejn; Jeffrey Pullicino Orlando u Jesmond Mugliett, li huma Membri Parlamentari ta’ Gonzi, għażlu li ma jiġbrux il-vot biex żgur ma jivvutawx lil Gonzi; u anke l-ex ministru John Dalli, “eżiljat” Brussel, ma ġiex jivvota lanqżs. F’dan ix-xenarju, il-Mazzun jistaqsi: Lawrence Gonzi ħareġ iktar b’saħħtu jew iktar dgħajjef minn din il-one man show imsejjaħ elezzjoni? X’se jiġri fil-Parlament, fejn hemm il-vera problema ta’ GonziPN?

Outcome of leadership contest means PN is a united family – Gonzi; PL reacts – timesofmalta.com

February 25, 2012 1 comment
Categories: News Tags: , ,

Il-Mexxej tad-Dinja

February 25, 2012 1 comment
Categories: Opinion Tags: , , ,

Transport Malta – l-aktar awtorita korrotta!

February 23, 2012 2 comments

Min jibni istituzzjonijiet li jiffaċilitaw il-korruzzjoni huwa korrott!

Transport Malta jerġgħu jagħmluha!

L-ewwel qabduhom jgħaddu n-nies mill-eżamijiet tas-sewqan u tat-tbaħħir bit-tixħim, imbagħad ġiegħelu 70 000 ruħ jibgħatulhom l-smses dwar il-karozzi li jdaħħnu u m’għamlu xejn dwarhom, imbagħad l-impjegati tagħhom spiċċaw mhedda bil-bombi, u ftit ilu segwejna l-kas tat-korruzzjoni tas-superyatchs u issa reġgħu nqabdu bit-tixħim għall-bini tat-toroq li jammonta għal xi nofs miljun ewro.

Read more…

Gonzipn Jagħmel Mandra fl-Isptar!

February 22, 2012 Leave a comment

Gonzipn's legacy - 7500 patients left in Mater Dei's corridors

Naħseb li ġimgħa wara ġimgħa qed nurukhom kemm il-gvern ta’ Gonzipn huwa bużżieqa ta’ l-arja li meta tifqagħha tisfuma fix-xejn.

Ktibna fuq il-policies, dokumenti u white papers li qed ivaraw waħda wara l-oħra issa li tilfu l-maġġoranza fil-parlament ħalli jidhru li qed jagħmlu xi ħaġa–kollu minħabba li Franco Debono kixef kemm l-oligarkija tat-terrur fi ħdan il-partit immexxija minn Richard Cachia Caruana moħħha biss fit-tlellix tal-midja u mhux fit-tmexxija tajba  intenzjonata li tagħmel lill-pajjiżna nazzjon aħjar.

Read more…

Mario Demarco – Espert ta’ Bills bla Bajd!

February 21, 2012 1 comment

 

Wara li ħalla lill-MEPA tieħu deċiżjonijiet bħal dawn, Demarco jrid jipproteġi l-ambjent u jdaħħal l-iżvilupp sostenibbli. X'Pulċinell!

 

Dan ritratt li bagħtulna wieħed mill-qarrejja tagħna Dr. Demarco u int u Gonzipn ivvotajtu għall-power-stejxin ġdida li taħdem bl-aktar fjuwil li jħammeġ u trid tikkonvinċina li għamilt xi ħaġa favur l-ambjent.

 

Tiftakruha l-kummiedja traġika tal-MEPA li ħallew krew tal-films ikisser id-Dwejra?

Alfred Sant: Sustainable development bill ‘wrong and should be discarded’ – maltatoday.com.mt.

Il-Ministru Mario Demarco qed jipprova b’ħeġġa kbira jara jekk jilħaqx lil Gonzi fil-pulċinellaġni; u dan l-aħħar verament sar espert u protettur ta’ l-ambjent bħalma tistgħu taraw.

Read more…

Se nibqgħu kontra l-ACTA – Joseph Muscat

February 21, 2012 1 comment

Public consultation on ACTA lauched – maltatoday.com.mt

February 20, 2012 Leave a comment

Public consultation on ACTA lauched – maltatoday.com.mt.

Nota tal-Mazzun: Tajba din! L-ewwel GonziPN iffirma l-ACTA minn wara dahar kulħadd, issa jrid jikkonsulta magħna dwar l-ACTA. U jekk vera se jisma’ minnha, li qed ninsistu li Malta toħroġ minnu l-ACTA, x’se jagħmel GonziPN?

Categories: News Tags: , , , , ,