Home > News > Gonzi Ferħan bil-Kandidati Faxxisti, Omofobiċi u Razzisti!

Gonzi Ferħan bil-Kandidati Faxxisti, Omofobiċi u Razzisti!

Il-Faxxist Alexis Callus - hux xempju ta' l-isterjotip Aryan li jrid Lowell jew Hitler?

Sewwa jgħidu li meta tkun dahrek mal-ħajt anke max-xitan tagħmel patt u hekk qed jagħmel Gonzipn bil-lista tal-kandidati li qed joffri għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.

Kemm ftaħar li hu kburi b’dawn il-kandidati, imma tajjeb nistaqsu għalfejn hu kburi:

  • Bit-tabib John Żammit Montebello li laqa’ kriminal għandu, dewwiegħ u ma rreferieħx għand il-pulizija?
  • B’Mario Camilleri li hedded żewġ gwardjani lokali u ġera warajhom bil-karozza għax tawh ċitazzjoni wara li pparkja bl-addoċċ?
  • Bil-faxxisti, razzisti u omofobiċi Ivan Vassallo li ħiereġ fuq Ħaż-Żebbuġ u n-neputi ta’ Kate Gonzi, Alexis Callus li ħiereġ fuq Ħal-Safi?
  • B’Silvio Zammit li martu kienet inqabdet fl-ajruport ta’ Malta, ddahhal materjal pirotekniku u splussiv b’mod illegali ġo bagalja tiegħu u
  • B’James Cassar, kandidat tal-PN ghall-Kunsill Lokali tal-Mosta li fl-2006 kien komplici f’serq ta’ vettura. Kif qed insemmu l-Mosta ma nistgħux inħallu barra lil Joe Demartino u sieħbu Alphonse Anastasi li għamlu mandra bil-kunsill billi biddluh f’każin Nazzjonalista u anke ħawdu kemm felħu fil-finanzi, tant li spiċċaw investigati mill-pulizija.

Mela minn dan kollu nistgħu ngħidu li l-PN huwa partit li jaċċetta karattri dubjużi li lesti jaħdmu mal-kriminali; karattri faxxisti mimlija mibgħeda li jgħajru lil dawk li għandhom kulur tal-ġilda u orjentazzjoni sesswali differenti; karattri li ma jimpurtaħhomx u lesti jqiegħdu l-ħajja ta’ ħafna nies fil-periklu u karattri li għandhom rekord diżastruż fl-immaniġġjar ta’ kunsill u ħallewħ b’dejn enormi u jgħum fil-korruzzjoni!

Tajjeb li nfakkru l-qarrejja li l-PN ma jara xejn ħażin li jkollu nies fi ħdanu li jkunu nvoluti jew qed jiġu nvestigati mill-pulizija u dawn jibqgħu jokkupaw postijiet ta’ ċerta mportanza u risponsabilita.

Rajna l-kas ta’ Claire Żammit Xuereb li kienet involuta fil-qtil doppju ta’ l-ewwel tas-sena u baqgħet iċ-ċerperson ta’ l-ITS  u Karl Ebejer mixli bi qtil u baqa’ jaħdem Brusel ma’ David Casa.

Minkejja dan, Gonzipn baqa’ jgħid li hu kburi bit-tim li għandu għall-kunsilli lokali meta jrid li l-Mosta jerġħu joħorġu dawk li ħallewħ b’dejn ta’ aktar minn miljun lira, filwaqt li f’Tas-Sliema jrid individwu rrisponsabbli li tella’ materjal splussiv fuq ajruplan.

Dan ifisser li Gonzipn ma tgħallimx mill-iżbalji li wettaq erba’ snin ilu u lest li jimbotta nies li diġa wrew li mhumiex kapaċi jmexxu kunsill b’mod risponsabbli.

Eżempju ieħor ta’ kemm Gonzipn ma jimpurtaħx mit-tmexxija tajba tal-pajjiż, imma li jirbaħ il-poter politiku.

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    February 28, 2012 at 2:49 am

    GonziPN tilef il-kredibilita’ kollha u jkollu jitqanna bl-imbarazz!

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: