Archive

Archive for the ‘News’ Category

BREXIT WASAL!

June 26, 2016 Leave a comment
Brexit-Grexit-EU-Cartoon

Min jaf forsi r-Renju Unit tagħmel suċċess barra mill-Ewropa u jitħajru oħrajn li jagħmlu bħalha.

 

Il-jedd tar-referendum huwa wieħed bażiku fl-UE u għalhekk għalxejn joqgħodu jeqirdu dawk il-ħafna psewdo-demokratiċi li jaqbżu meta referendum ma jmurx skond kif iriduh huma. Bħala bniedem li dejjem appoġġjajt l-UE għal diversi raġuni, ma nistax ma nkunx inkwetat fuq id-deċiżjoni ta’ l-Ingliżi; iżda l-poplu tkellem u d-dritt tiegħu jrid jiġi rispettat.

Read more…

Advertisements

L-Akbar Ipokrita fil-Pajjiż!

June 22, 2016 Leave a comment

labour_political_ad_simon_busuttilSimon Busuttil bħala mexxej qatt ma jista’ jiġi emmnut. Kien l-agħar għażla li setgħu jagħmlu n-Nazzjonalisti meta għażluh kap tal-partit u għalhekk qatt ma jista’ jirbaħ il-popolarita’ ta’ Joseph Muscat.

Bla dubju dan il-mexxej ta’ Partit Fallut huwa l-akbar ipokrita li hawn fil-pajjiż. Bniedem li jrid jippoża li hu xi xempju tal-governanza tajba meta r-riħa li għandu ħierġa minn taħt idejh tinten pesta. 

Read more…

Alfred Mifsud – opportunist prim ieħor?

June 20, 2016 1 comment
Mifsud

Lanqas Dr. Scicluna mhu jaqbel mal-kariga ta’ Mifsud  bħala l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali

 

Aħna tal-Mazzun ivvotajna u dejjem appoġġjajna lill-PL għaliex il-PN qażżuna sal-ponta ta’ mneħirna bl-arja, prepotenza, korruzzjoni u nepotiżmu li wrew matul it-tmexxija tagħhom. Dawn saru insapportabbli fl-aħħar ħames b’Gonzi juri kemm hu mexxej dgħajjef u kemm tilef il-kontroll ta’ ministri bħall-Austin Gatt u Tonio Fenech, u Richard Cachia Caruana li prattikament kien imexxi il-partit minn wara l-kwinti.

Għalhekk ma rridux li l-PL jaqa’ fl-istess nassa tal-PN, u meta kellu kwistjonijiet li ma qbilniex magħhom bħal ta’ Konrad Mizzi u Joe Bannister aħna m’għamilniex bħal dawk li huma totalment mogħmija bil-partit u skużajnieħ. Aħna ikkritikajna u nkomplu nikkritikaw għax iridu li l-PL jerġa jitla’. Għalhekk nibqgħu nsostnu li l-involviment ta’ Konrad Mizzi fit-trusts tal-Panama u r-renju ta’ Bannister fl-MFSA li milli jidher ħadd ma jista’ għalih qed jagħmlu ħsara lill-partit.

Agħar minn hekk, hija l-ħsara li dawn qed jagħmlu lill-industrija mportanti tas-servizzi finanzarji li tirrikjedi mmaniġġjar strett u ‘l bogħod mill-inqas diċerija ta’ korruzzjoni fiskali. 

Sfortunatament, jidher ċar li Joseph Muscat lest li jkompli jsawwat lil din l-industrija bl-għażla ta’ Alfred Mifsud bħala l-gvernatur tal-Bank Ċentrali.  Read more…

1%

June 4, 2016 1 comment

Survey

Il-figura ta’ 1% hija l-persentaġġ ta’ kemm bħalissa l-PL qiegħed jgħaddi bil-votanti lill-PN skond il-gażżetta Maltatoday li fl-aħħar elezzjoni qattgħet li l-PL kien se jirbaħ l-elezzjoni b’12% jew 36 000 vot.

Jekk nirriduċuha għall-voti, dan il-1% jissarraf fil-figura ta’ 3 000 vot!

Mela tlett snin wara l-maġġoranza Laburista naqset minn 36 000 għal 3 000 vot!

Minbarra dan, 10% ta’ votanti Laburisti qed jgħidu li mhux se jivvota fl-elezzjoni li jmiss. 

Huwa minnu li l-gvern jinsab f’nofs il-leġislatura u huwa minnu wkoll li aktar minn 30% qalu li huma ndeċiżi lil min se jivvotaw, iżda bl-affarijiet li wettaq il-gvern Laburista kont nistenna li jżomm maġġoranza akbar.

Allura x’għamel ħażin?

Read more…

The Untouchables

May 29, 2016 1 comment
Avukati

Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonniċi mdawwar b’skoss ilpup Nazzjonalisti fosthom Ġorġ Hyzler li kien Ministru Nazzjonalist

Imma kemm jitkaża tal-PN!

Tkażaw għax Glenn Bedingfield qal il-fatti – li l-Imħallef Schembri Orland kienet ħarġet mal-PN darbtejn u ma telgħatx. Qal li din tant żewġ siġġijiet lill-PN wara li l-Kummissjoni Elettorali magħżula minn Lawrence Gonzi u l-PN għamlu żball, u biex iż-żball jiġi rranġat, l-Imħallef Schembri Orland tat żewġ siġġijiet lill-PN u ħolqot inġustizzja akbar għaliex in-numru ta’ voti li ġab il-PL ma jirriflettix in-numru ta’ siġġijiet li ngħataw.

U ppretendew li l-PL ma jappellax meta biex issir il-ġustizzja magħhom saret inġustizzja akbar mal-PL.

U x’ħarġu jgħidu dawk iċ-ċorma Nazzjonalisti ndannati tal-Kamra ta’ l-Avukati li issa nqattgħatilhom iż-żejża u għandhom xeba’ ħdura akbar kontra l-PL?

Ħarġu jgħidu li Glenn Bedingfield ma’ missux ikkritika l-imħallef.

Read more…

Tal-Mistħija!

May 28, 2016 2 comments
Bulldozer

IL-PL SAR PARTIT TAL-KUNTRATTURI U JINJORA L-WEĠGĦA TAĊ-ĊITTADINI?

Vera li l-għajta l-ġdida tal-Partit Laburista hija “Pro-business” minflok “Partit tal-Ħaddiem”, iżda qatt ma kont nistenna li taħt dan il-gvern jiġi ġġustifikat il-qirda ta’ parti mill-propjeta’ ta’ ċittadin għaliex kollox sar “skond il-liġi”. 

Dan ifisser li bqajna l-istess kif konna taħt in-Nazzjonalisti jew morna għall-agħar bil-kuntratturi jikkapparaw kullimkien, jagħmlu li jridu, jkissru, jisturbjaw u jniġġzu mingħajr ħadd ma jista’ jkellimhom għax permezz tal-MEPA jew issa, il-PA l-liġi saret kumpletament favurihom.

Read more…

Mr. Bailout!

March 26, 2016 Leave a comment

Armi flusek

It-talba mill-PN biex in-nies isellfuhom 10 000 ewro u jingħata imgħax ta’ 4% fuq medda t’għaxar snin żgur li hija waħda mill-akbar ċajtiet ta’ Simon Busuttil minn kemm ilu li laħaq kap tal-PN.

Bla dubju li din it-talba hija prova ċara ta’ kemm jinsab finanzjarment ħażin il-PN u prova ta’ kemm il-MPs Nazzjonalisti li stagħnew u qalgħu l-belli liri matul 25 sena jiffungaw u jerdgħu minn fuqna, huma tosti u verament jimpurtahom biss mill-poter.

Read more…

%d bloggers like this: