Archive

Posts Tagged ‘Mario Demarco’

Aħna Mzazen?

May 4, 2016 2 comments

gullible

Kulħadd jitnejjek bina!

Min għalihom li kulħadd mazzun u jibla’ kollox.

Minn naħa għandna lil Simon Busuttil b’żewġ deputati mexxejja mċappsin bil-korruzzjoni ferm agħar minn Konrad Mizzi, li jrid ibellgħaħielna li Beppe bena l-Palazz mingħajr l-għajnuna ta’ missieru u l-partit; u lil Demarco li ħaseb li n-nies kollha boloħ u li se jemmnuħ li ma’ ħasibx li għandu jħallas lil Sladden wara 7 snin għax-xogħolijiet fuq daru ma kienux għadhom lesti. 

Mhux ta’ b’xejn li Xmun m’għandux ċans jirbaħ l-elezzjoni li ġejja. Qabel l-elezzjoni ħareġ b’skoss ħmerijiet bħal tal-bailout u biex in-nies jiddiskutu l-politiku għand il-growser; u issa jrid ibellgħaħilna li Mario Demarco kien se jħallas lil Sladden qisu mhux kulħadd jaf li ħallsu biex ma jinqabadx li dak ried jagħtih rigal. Read more…

Advertisements

Mario Demarco – Espert ta’ Bills bla Bajd!

February 21, 2012 1 comment

 

Wara li ħalla lill-MEPA tieħu deċiżjonijiet bħal dawn, Demarco jrid jipproteġi l-ambjent u jdaħħal l-iżvilupp sostenibbli. X'Pulċinell!

 

Dan ritratt li bagħtulna wieħed mill-qarrejja tagħna Dr. Demarco u int u Gonzipn ivvotajtu għall-power-stejxin ġdida li taħdem bl-aktar fjuwil li jħammeġ u trid tikkonvinċina li għamilt xi ħaġa favur l-ambjent.

 

Tiftakruha l-kummiedja traġika tal-MEPA li ħallew krew tal-films ikisser id-Dwejra?

Alfred Sant: Sustainable development bill ‘wrong and should be discarded’ – maltatoday.com.mt.

Il-Ministru Mario Demarco qed jipprova b’ħeġġa kbira jara jekk jilħaqx lil Gonzi fil-pulċinellaġni; u dan l-aħħar verament sar espert u protettur ta’ l-ambjent bħalma tistgħu taraw.

Read more…

IL-KAP FUTUR TAL-PN – MARIO DEMARCO?

January 25, 2012 1 comment

Mario de Marco jidher minn tagħna u kwiet, imma taħt il-maskra hemm persuna li timmanipula u tiġbed l-ispag tal-gażżetti nfluwenti tat-Times

Il-Ministru Mario de Marco jagħmilha tal-kwiet, tar-raġenevoli u ta’ persuna li jġib ir-riżultati. Joqgħod attent ukoll li ma jattakkax b’mod personali għax irid li l-imaġni tiegħu ta’ politikant ġentlom tmexxieħ ‘il quddiem forsi xi darba jegħlibha lil Gonzi u jagħmel dak li m’għamilx missieru u jsir kap tal-PN u forsi Prim Ministru tal-pajjiż.

Read more…

Too Little Too Late!

January 18, 2012 Leave a comment

L-aqwa li fl-aħħar se nipprovaw indaħħlu liġi ta’ ċensura sura ta’ nies. Wara li dan il-gvern ħalla lill-qorti tipprova ssallab lil Mark Camilleri talli kiteb storja f’gazzetta bl-isem ta’ Ir-Realta’, issa jrid jikkonvinċina li hu xi paladin tal-liberta’ ta’ l-espressjoni b’liġi ġdida li qal lil Mario Demarco jagħmielu u li jekk jaqa’ l-gvern nhar il-ħamis li ġej żgur li tintesa bid-deni ta’ elezzjoni bikrija.

Read more…

%d bloggers like this: