Home > News, Opinion > Transport Malta – l-aktar awtorita korrotta!

Transport Malta – l-aktar awtorita korrotta!

Min jibni istituzzjonijiet li jiffaċilitaw il-korruzzjoni huwa korrott!

Transport Malta jerġgħu jagħmluha!

L-ewwel qabduhom jgħaddu n-nies mill-eżamijiet tas-sewqan u tat-tbaħħir bit-tixħim, imbagħad ġiegħelu 70 000 ruħ jibgħatulhom l-smses dwar il-karozzi li jdaħħnu u m’għamlu xejn dwarhom, imbagħad l-impjegati tagħhom spiċċaw mhedda bil-bombi, u ftit ilu segwejna l-kas tat-korruzzjoni tas-superyatchs u issa reġgħu nqabdu bit-tixħim għall-bini tat-toroq li jammonta għal xi nofs miljun ewro.

Mhemmx xi ngħidu l-Kaiser Gatt ma jara xejn ħażin f’dan għax in-nies ittellgħu l-qorti, imma kemm ma ttellgħux u kemm għadu għaddej fottament ma nafux, sur għaref Ministru!

Minn banda, ma nafux għalfejn ħafna nies jistgħaġbu li jseħħu affarijiet bħal dawn f’ħafna awtoritajiet li waqqaf il-gvern Nazzjonalista. Wara kollox, dawn twaqqfu biex jipprovdu mpjiegi tajbin għall-Nazzjonalisti tal-qalba u fil-fatt il-maġġoranza tagħhom huma każini Nazzjonalisti fejn in-nies ta’ ġewwa jagħmlu l-festini u jużaw ir-riżorsi li nħallsu għalihom aħna.  Allura se nistgħaġbu li dawn l-Awtoritajiet/Każini Nazzjonalisti jkunu mimlija nies li jippretendu li jistgħu jagħmlu li jridu taħt il-gvern tagħhom u fil-fatt jagħmlu li jridu?

Iridu niftakru wkoll li ħafna minn dawn l-Awtoritajiet huma finanzjarjament independenti u għalhekk m’għandhom l-ebda kontabbilita’ lejn xi awtorita’ ħlief l-awditur tagħhom li s-soltu jkun tal-qalba wkoll u kapaċi jgħatti l-ħniżrijiet finanzjarji li jseħħu fihom. X’ma jonqfux kemm iridu? Morru araw il-binjiet u l-kmamar lussużi ta’ ħafna minn dawn l-Awtoritajiet?  Araw kif jikru l-uffiċini qisha l-kaxxa ta’ Malta m’għandhiex qliegħ.

Qatt ma rajtu l-uffiċini tal-MITA — Malta Information Techonology Authority — li l-moderniżmu tal-faċċata tagħha tgħidx kemm jiżgara mad-djar fuq il-fil ta’ ħdejja, imma dan ma rawħx tal-MEPA u ħallewhom jagħmluh meta lanqas biss ħareġ il-permess għalih.  Mur ara kieku għamel l-istess xi ħadd minnha kif kienet issallabna l-MEPA?

Għalhekk aħna tal-Mazzun m’aħna niskantaw xejn bl-iskandlu wara l-ieħor li qed joħorġu minn dawn l-Awtoritajiet Nazzjonalisti li ħafna minnhom qatt m’għamlu xogħolhom sew u huma bejtiet ta’ korruzzjoni.

U l-attaġġjament ta’ Gonzipn kollu juri biss kemm dawn qed jistmgħu lil Franco Debono fil-warrani fuq il-kwistjoni ta’ kontabbilita’ u governanza serja u trasparenti.

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    February 24, 2012 at 8:23 am

    Malta għandha korruzzjoni mill-għeruq ta’ taħt nett. Saħansitra anke l-Qrati qed jissemmew.
    L-ewwel problema hi li prattikament minħabba d-daqs żgħir tagħha, kulħadd jaf lil kulħadd. It-tieninett dixxiplina assolutament XEJN. Mela hawn l-aqwa 2 ingredjenti tal-KORRUZZJONI.

    Nerġa’ ntenni li Malta saret Magħtab jew Miżbla. Kulħadd fehmni jew?

  2. Christian Thorn
    February 24, 2012 at 9:40 pm

    Anki il-korruzzjoni- STATE-OF-THE-ART!

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: