Home > News > Itellaq waħdu, għax irid hu, u l-Labour xorta joħroġ tellief!

Itellaq waħdu, għax irid hu, u l-Labour xorta joħroġ tellief!

Mela Gonzi ggranfat mal-poter? Ma jmurx joħoduli l-Labour!

Din il-famuża tellieqa li Lawrence Gonzi ddeċieda li jtellaq waħdu se tibqa’ mniżżla fl-istorja ta’ Malta għal diversi raġunijiet. Mhux se nidħlu fil-mertu tagħhom għaliex tkellimna u smajna ħafna. Pero’ fl-aħħar 24 siegħa minn mindu ħareġ ir-riżultat aħna tal-Mazzun qgħadna attenti biex naraw ir-reazzjoni. It-ton trijonfali ta’ GonziPN ma kienx jonqos, pero’ l-iktar kumment li laqatna kien dak li f’din l-elezzjoni, li ma saritx skont l-istatut tal-PN, li Gonzi kien l-uniku kandidat fiha, li ħadd ma talab lil Gonzi jagħmilha, fil-fatt rat tellief: il-Partit Laburista!

U x’ma rroddux is-salib bil-maqlub! Kif tista’ qatt tgħid li l-Partit Laburista ħareġ tellief f’din l-elezzjoni meta mhux hu sfida lil Gonzi biex jagħmilha u ma kienx kandidat fiha għax kienet xi ħaġa interna tal-PN!

Pero’ dan huwa l-ħsieb tal-fidli tal-GonziPN li malajr imlew il-Facebook b’ħafna messaġġi trijonfali u ta’ ċelebrazzjoni għax id-Dear Leader tagħhom rebaħ l-elezzjoni b’96.5% tal-voti. L-istess bħad-Dear Leader tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Il u ħafna dittaturi oħrajn li ħarġu għal taparsi elezzjoni waħidhom.

Dan kollu jfakkarna f’riklam famuż tal-logħob l-Italja li kellu l-frażi “Vuoi vincere facile?”. Imma issa Gonzi se jkolli jilgħab fil-ground fejn jilagħbu dawk li qed jagħtuh il-vera gambetti.

Wara għaddiet dil-farsa ta’ psewdo elezzjoni, il-Prim Ministru Gonzi, mhux il-Kap tal-PN Gonzi, jrid imur fil-Parlament u jara jekk għandux maġġoranza biex jiggverna.

Aħna nagħmlu mistoqsija sempliċi: il-fatt li żewġ Membri Parlamentari Nazzjonalista ta’ Gonzi, Jeffrey Pullicino Orlando u Jesmond Mugliett, ma ġabrux il-vot u ma vvutawlux, il-fatt li l-eks President tal-PN Frank Portelli, li fl-2008 tant ħadem biex jikkonvinċi lin-Nazzjonilisti mdejqin jerġgħu jivvutaw għal GonziPN lanqas ġabar il-vot, biex ma nsemmux lil dak l-“eżiljat” ta’ Brussel, John Dalli, dan kollu jagħti lok għal ċelebrazzjoni ta’ rebħa???

 

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    February 27, 2012 at 8:08 am

    Jien smajt id-diversi kummenti tal-membri GonziPN, il-maġġuranza ministri u segretarji parlamentari. Tabilħaqq imsieken u kienu fferoċjati sewwa.
    L-aħjar kienet l-Onor. Dolores Cristina bil-kummenti: NO COMMENTS! U żammet il-bilanċ u kienet ċiivili għall-aħħar. Prosit tassew!

    Xi ħaġa li rrid ngħid hi li l-ġurnalisti, huma min huma, m’għandhomx joqogħdu jtennu l-mistoqsija.
    Il-PL ħareġ REBBIEĦ f’dil-kummiedja għax bla sens, ċuċata manja u xhieda tal-faqar fl-amministrazzjoni GonziPN. Ċertament, il-qasma kompliet ħarġet u fil-parlament nistennew salt ħmerijiet.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: