Archive

Archive for January 20, 2012

MEPA – FORĊINA OĦRA TAL-GONZIPN LI MHUX QIEGĦED F’ELECTION MODE!

January 20, 2012 Leave a comment

Gonzipn qed iħalli lil dawn il-ħnieżer ikomplu jiffoxnaw wara li biddlu Tigne Point f'balla konkrit, iridu jeqirdu Lażarett u jbiddlu Manoel Island f'blokka konkrit. Nies bla ebda idea ta' estetika u etika!

Waħda mill-akkużi ta’ Franco Debono hija li dan il-gvern magħmul minn oligarkija ta’ ftit ministri u negozjanti li jagħmlu li jridu. Minn dan il-blog dejjem sħaqna li l-MEPA mhi xejn ħlief għodda tal-gvern intenzjonati biex toffri fuq platt l-aqwa postijiet ta’ pajjiżna li min lest li jħallas l-aktar.

Read more…

PN has your email – how did it get it? – maltastar.com

January 20, 2012 Leave a comment
Categories: News Tags: , , , ,

Orqod fil-Parlament u tieħu promozzjoni … għal Leader of the House fil-Parlament!

January 20, 2012 Leave a comment

Dan wieħed milli ħa 500 euro fil-ġimgħa żjieda! (Photo credit: http://ir-realta.org/articles/item.aspx?id=116)

Din l-istorja konna ħriġna biha għall-ewwel darba fil-15 ta’ Ġunju 2011. Fejn konna nobsru li minħabba l-uber Minister Carm Mifsud Bonnici, responsabbli mill-Ġustizzja u l-Intern f’daqqa, kellu jispiċċa fil-mira ta’ Franco Debono? Vera li l-Prim Ministru Gonzi neħħielu l-Ġustizzja minn idejh kif ried Franco Debono u kif jiġri fil-bqija tad-dinja demokratika, pero’ fit-taparsi reshuffle li għamel ftit jiem ilu Lawrence Gonzi eleva lil Mifsud Bonnici għal Leader of the House, pożizzjoni prestiġġjuża u ta’ ċerta importanza fil-Parlament. Tant hu hekk li f’idejk Carm Mifsud Bonnici hemm iċ-ċavetta għad-diskussjoni tal-mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Gvern ta’ GonziPN. Tgħid Gonzi għamilha biex jinki lil Franco Debono jew kienet faux pax oħra ta’ GonziPN? Kienet x’kienet, Carm Mifsud Bonnici nqabad jorqod fil-Parlament. Forsi kien f’dan iż-żmien li Josette Bickle saret ir-Reġina tal-Ħabs ta’ Kordin!