Home > Opinion > MEPA – FORĊINA OĦRA TAL-GONZIPN LI MHUX QIEGĦED F’ELECTION MODE!

MEPA – FORĊINA OĦRA TAL-GONZIPN LI MHUX QIEGĦED F’ELECTION MODE!

Gonzipn qed iħalli lil dawn il-ħnieżer ikomplu jiffoxnaw wara li biddlu Tigne Point f'balla konkrit, iridu jeqirdu Lażarett u jbiddlu Manoel Island f'blokka konkrit. Nies bla ebda idea ta' estetika u etika!

Waħda mill-akkużi ta’ Franco Debono hija li dan il-gvern magħmul minn oligarkija ta’ ftit ministri u negozjanti li jagħmlu li jridu. Minn dan il-blog dejjem sħaqna li l-MEPA mhi xejn ħlief għodda tal-gvern intenzjonati biex toffri fuq platt l-aqwa postijiet ta’ pajjiżna li min lest li jħallas l-aktar.

Ir-riforma ta’ Gonzi li għamel wara l-elezzjoni li għaddiet ma kienet xejn ħlief waħda finta u li kompliet turi kemm b’dak li jagħmel ma jrid jibdel xejn li jista’ jagħmel ħsara lil dawk li jwiżżnuh. Il-proġett ta’  Tigne magħmul mill-Konsortju Midi li d-diretturi tagħha huma Albert Mizzi, Joe Gasan u skoss Nazzjonalisti negozjanti oħra li determinati li jbiddlu lill-gżiritna f’xkora konkrit u li ma jista’ għalihom ħadd, la Gonzipn u lanqas il-MEPA.

U minbarra l-blokkok żejda ta’ appartamenti li qed jipprotestaw kontrihom Flimkien għall-Ambjent Aħjar u l-Assoċjazzjoni Residenti Slimiżi, iridu jbiddlu Lazaretto u lil Manoel Island f’aktar blokkok tal-konkrit u aktar appartamenti.

Dawn in-nies l-akbar ħnieżer li hawn f’Malta u Gonzipn qed jagħtihom kollox, speċjalment issa li riesqa l-elezzjoni.

Aqraw lis-stqarrija tal-NGO Flimkien Għall-Ambjent Aħjar għax ħassejna li għandna neqilbuha għall-Malti u nuruhielkom għaliex turi biċ-ċar żewġ affarijiet li ilna nafu: li l-MEPA titħaddem bir-remote control minn Kastilja u li l-pajjiż qiegħed f’election mode tal-biża’.

Id-deċiżjoni tal-MEPA li tagħti permess jinbena tower block u żewġ torrijiet residenzjali għall-Midi plc’s Tigné Point se tagħmel stres akbar fuq it-toroq, is-sistema tad-drenaġġ u l-provista ta’ l-elettriku. Dan qalitu l-għaqda Konservjonista Flimkien ghal-Ambjent Ahjar bħala reazzjoni għal kostruzzjoni ta’ dan l-iżvilupp ġdid.

Il-MEPA approvat il-kostruzzjoni tat-torri T-14 u żewġ torrijiet oħra t’erbatax-il sular ta’ blokkok residenzjali ta’ ‘l fuq minn mitt apartament.

L-Assoċjazzjoni Tar-Residenti Slimiża u Flimkien ghal Ambjent Ahjar qalu li dawn it-torrijiet kbar ġew approvati mill-MEPA meta din l-awtorita’ għadha ma ratifikatx il-policy tagħha taż-żvilupp tat-tip high-rise u avviż fil-pjan lokali tal-1992 kontra l-bini ta’ aktar blokkok t’appartamenti.

“Id-Diviżjoni tal-Protezzjoni ta’ l-Ambjent tal-MEPA talbet biss studju dwar l-impatt viżwali tal-proġett li nstab li se jolqot l-aktar bil-qawwi lir-residenti ta’  Tas-Sliema u l-Belt. Minkejja dan, il-MEPA xorta rrakkomandat li l-proġett jiġi approvat.

“Flimkien għall-Ambjent Aħjar jistaqsu għalfejn id-Diviżjoni tal-Protezzjoni ta’ l-Ambjent injorat għal kollox studji dwar l-impatt tal-kwalita’ ta’ l-arja, id-dell tax-xemx u dawk soċjali. Dan juri nkonsistenza kbira fl-operat tal-MEPA meta din imponiet dawn l-istudji fuq proġetti oħra fil-viċinanzi, iżda mhux fuq il-proġett tal-Midi. Ma jidhirx li l-MEPA tifhem li environment impact assessment mhux intenzjonat li jibblokka l-iżvilupp, iżda li jiddentifika l-aħjar mod li jista’ jsir ix-xogħol mingħajr ma jagħmel il-ħsara lill-ambjent.”

Kemm Flimkien għall-Ambjent Aħjar u l-Assoċjazzjoni tar-Residenti Slimiżi qalu li l-estenzjoni ta’ l-iżvilupp ta’ Tigne lejn it-tramuntana hija eżempju prim ta’ konsultazzjoni u proċedura fqira. “Studji dwar l-impatt tal-proġett huma inaċċisibbli u l-istudji ta’ l-impatt fuq it-traffiku mhumiex għad-disposizzjoni tal-pubbliku. Il-laqgħa pubblika tat-2 ta’ Diċembru 2011 ma laħqitx ir-rekwiżiti meħtieġa ta’ l-liġi għaliex ġiet reklamata li se ssir bejn it-3 u 5 ta’ wara nofsinhar u meta waslu r-residenti fl-4pm l-uffiċjali tal-MEPA diġa kienu telqu.

“Il-prezz tal-propjeta’ dejjem qed jaqa’ u minflok nibqgħu nżidu ma’ lis-stokk żejjed li hawn għad-detriment ta’ Malta, lis-stabbilita’ finanzjarja ta’ pajjiżna u s-sistema bankarja tagħna.  Il-MEPA ttradixxiet il-missjoni tagħha li tgħid li “trid tiżgura kwalita’ ta’ ħajja f’armonija ma’ l-ambjent naturali, kultural u mibni”. Fil-laqgħa qisha r-riforma tal-MEPA qatt ma saret.

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: