Archive

Archive for January 17, 2012

Gwerra Ċivili fil-PN!

January 17, 2012 3 comments

Il-Palazz tar-Reġina Josette Bickle taħt GonziPN - u l-ministru responsabbli mill-Intern Carm Mifsud Bonnici kien ukoll appuntat ukoll Leader of the House.

It-taħwid isteriku li għaddej minnu l-PN bħalissa kien ikun divertenti li kieku mhawnx lis-stabilita’ tal-pajjiż fin-nofs.

L-aħħar mossa ta’ Gonzipn li juża l-leader of the house l-ġdid, Carmelo Mifsud Bonniċi biex itawwal iż-żmien għad-dibattitu forsi Franco Debono jikkonverti kienet mossa li turi żewġ affarijiet;  li Gonzipn moħħu fl-istabbilita’ tal-partit u jiġi jaqa’ u jqum mill-istabbilita’ tal-pajjiż; u li minflok jaġevola lil Franco biex forsi jressqu lejh, aktar jinsultah billi jpoġġi ministru sfiduċjat u nkompetenti bħal Carmelo Mifsud Bonniċi bħala leader of the house wara li jeħodlu ftit mill-ministeru tiegħu. Bħalma qal Franco stess il-bieraħ, Gonzi għandu ħabta jkompli jippremja lil min hu fallut u jsawwat lil min verament jixtieq li l-PN jirranġa u joffri tmexxija soda lill-pajjiż. Read more…

Franco Debono criticises delay in no-confidence debate – PN, PL react – timesofmalta.com

January 17, 2012 Leave a comment

Franco Debono criticises delay in no-confidence debate – PN, PL react – timesofmalta.com.

Nota tal-Mazzun: X’iridu GonziPN? Jipposponu l-inevitabbli? Ma ndunawx li dan iktar qed jirrabja lin-nies? Jew għadhom bit-tama li jaslu fi ftehim ma’ Franco Debono u dan ma jivvutax kontra l-Gvern ta’ GonziPN?

1998 – 2012 : l-istorja tirrepeti ruħha!?

January 17, 2012 Leave a comment

Dan huwa video ftit twil, fih 45 minuta, u nħadem wara l-elezzjoni mhux mistennija tal-1998 mill-Partit Nazzjonalista. Video li ta’ min jarah u jixtarru sew. Mhux għax mhux biased, għax, ovvjament, maħdum minn PN u jigglorifika lill-PN u jwaqqa’ lill-MLP ta’ Alfred Sant. Pero’ llum, fl-2012, għandna dak li l-Ingliżi jsejħulu “hindsight”.

Ara ftit min jitkellem fil-bidu tal-video u kif jitkellem. Hemm John Dalli, li hu stess kien ministru ewlieni fi gvernijiet Nazzjonalisti taħt Eddie Fenech Adami u li spiċċa, fi kliemu stess “jiskonta sentenza” meta ntbagħat Kummissarju Malti fi Brussel. Wieħed minn ħafna vittmi ta’ GonziPN. Hemm Joe Borg, l-ewwel Kummissarju Malti fi Brussel, bniedem rispettat ħafna, li wara li serva f’din il-kariga b’distinzjoni, ma ngħatax mandat ġdid kif tant xtaq għaliex GonziPN ried li postu jieħdu John Dalli ħalli jkun eżiljat minn Malta.

Ara kif il-PN ta’ EFA sfrutta l-qasmiet interni fi ħdan il-Partit Laburista ta’ Sant, u kif l-MLP nqasam bejn l-1996 u l-1998, l-istess kif il-PN inqasam fl-aħħar 4 snin taħt GonziPN u l-“klikka” u l-“oligarkija” ta’ madwaru kif iddeskriviha Franco Debono. Morru fid-39:00 minuta tal-ħin tal-video biex taraw Franco Debono żagħżugħ wara Eddie Fenech Adami waqt meeting tal-PN fil-kampanja elettorali tal-1998. EFA kien irnexxielu jżomm partit magħqud minkejja opinjonijiet differenti, imma r-referendum tad-divorzju wera kemm GonziPN ma rnexxielux jagħmel l-istess.

Ara l-video kollu u xtarr …