Home > News > Gwerra Ċivili fil-PN!

Gwerra Ċivili fil-PN!

Il-Palazz tar-Reġina Josette Bickle taħt GonziPN - u l-ministru responsabbli mill-Intern Carm Mifsud Bonnici kien ukoll appuntat ukoll Leader of the House.

It-taħwid isteriku li għaddej minnu l-PN bħalissa kien ikun divertenti li kieku mhawnx lis-stabilita’ tal-pajjiż fin-nofs.

L-aħħar mossa ta’ Gonzipn li juża l-leader of the house l-ġdid, Carmelo Mifsud Bonniċi biex itawwal iż-żmien għad-dibattitu forsi Franco Debono jikkonverti kienet mossa li turi żewġ affarijiet;  li Gonzipn moħħu fl-istabbilita’ tal-partit u jiġi jaqa’ u jqum mill-istabbilita’ tal-pajjiż; u li minflok jaġevola lil Franco biex forsi jressqu lejh, aktar jinsultah billi jpoġġi ministru sfiduċjat u nkompetenti bħal Carmelo Mifsud Bonniċi bħala leader of the house wara li jeħodlu ftit mill-ministeru tiegħu. Bħalma qal Franco stess il-bieraħ, Gonzi għandu ħabta jkompli jippremja lil min hu fallut u jsawwat lil min verament jixtieq li l-PN jirranġa u joffri tmexxija soda lill-pajjiż.

Dan it-taħwid qiegħed jinfirex qisu fjamma f’nofs il-qasab niexef u laqat ukoll il-paġni tal-facebook ta’ Jeffrey Pulliċino Orlando  u Jesmond Mugliett li qed jikkumbattu l-ħdura kbira li baqgħet tobżoq fuqhom Daphne Caruana Galizia.

F’intervista qasira fuq il-One News, Mugliette qal ċar u tond li ma jistax jifhem kif din qed titħalla tgħajjar lilu u lill-backbenchers oħrajn bħala nies ta’ karattru dubjuż.

Anke Jean-Pierre Farruġia laqqgħata mingħand il-paġna mimlija mħabba u mogħdrija Kattolika ta’ Peter Darmanin fejn qalulu li ħasbu li anke hu kien se jwaqqa’ l-gvern u li jmissu jitlob skuża lil Gonzi talli ħadha kontrieh.

Forsi l-agħar inċident kien dak ta’ Austin Gatt li bħas-soltu dejjem isibu f’nofs xi kontroversja. Dan għajjar lil Franco miġnun waqt li kien qiegħed ikellem lill-kanvassers f’Tal Pieta’; u dan għamlu fl-istess ġurnata li  Gonzi u Cachia Caruana kien qalu li l-attakki personali kontra min ma’ jaqbilx mal-partit iridu jieqfu. Inċident li juri biċ-ċar it-taħwid u l-kaos li ħakem il-PN bħalissa fejn jidher li hemm battalja b’Richard Cachia Caruana u n-nies tiegħu li jobżqu l-ħdura u fazzjoni oħra tal-PN aktar liberali li jixtiequ li kieku Franco Debono jittieħed aktar bil-mod.

Min-naħa tiegħu, Franco qed ikompli juri kemm hu bniedem ta’ prinċipju li ħadd ma jagħmillu l-bżieq fuq imnieħru u kkummenta li d-diskors tal-Prim Ministru fejn qal li għandhom jieqfu l-attakki kontrieh huma ntenżjonati biex jipproteġu lil Gonzi stess għax jaf li tilef il-kredibilita’ billi ħalla n-negozjanti tal-ħdura jibqgħu għaddej bil-kampanja moqżieża tagħhom għal tant snin.

Jekk il-PN ħaseb li għax tawwal iż-żmien biex jittieħed vot ta’ sfiduċja, l-opinjoni pubblika u Franco Debono se jduru favorihom, żgur li għarralhom bl-ikrah għax illum qed juri li l-partit għaddej minn gwerra ċivili kemm t’idjoloġija u ta’ personalitajiet li se tħalli effett negattiv dejjiemi fuq il-partit

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    January 17, 2012 at 9:45 pm

    Insomma kull jum li jgħaddi, qed toħroġ aktar ċara l-instabbilta’ ta’ dan il-pajjiż bil-konfużjoni enormi li hemm fi ħdan GonziPN.

    Parir sempliċi imma effettiv. Iwarrab Lawrence u jmur backbencher u floku bħala PM jeħodha xi ħadd mill-oħrajn. Nissuġġerixxi lil Giovanna Debono. Malta jkollha għall-ewwel darba sinjura minn Għawdex (anzi għall-ewwel darba darbtejn) fit-tmun. Nittamaw li ma tkunx bħal Francesco Schetti li ma setax jara l-iskoll fuq il-mappa navigatorja!

  2. Jo Meli
    January 18, 2012 at 11:38 am

    In REALITY it is NOT the stability of the Gonzipn Government is in play but the STRUCTURE of what was once THE Glorious Partito Nazionale of Enrico Mizzi and Giorgio Borg Olivier as Party Leaders. The Once Glorious belonged to the PEOPLE of Malta and Gozo !!

    Lawrence Gonzi and ALL those that stand for or form part of Gonzipn must RESIGN and LEAVE the Party,

    Jo Meli – Strada San Paolo, Valletta.

  3. January 18, 2012 at 5:00 pm

    Lis- “straw” li qed jiggranfaw maghha qed jahsbuha lifeboat ta’ xi cruiseliner.
    Forsi ghadhom ma jafux li cruiseliner, ikun kbir kemm ikun kbir ma jfissirx li huwa 100% safe li jiggranfaw mieghu.

    Qed jippruvaw iggebbdu kemm jifilhu il-lakstuwa li ghandhom fil-gvern.
    Possibli ma jafux li lakstuwa ghandha limitu u tista’ tinqata’ fl’aghar hin u ttihom hasda kbira?

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: