Archive

Posts Tagged ‘civil marriage’

1961-2011: L-Infern ma nbidilx, il-Knisja lanqas, f’50 sena

May 10, 2011 Leave a comment

Infern f'Malta 1961-2011Aħna tal-Mazzun għandna ftit sens ta’ l-istorja ta’ Malta. Nafu minn xhiex għadda l-poplu Malti biex bena lil dan il-pajjiż. Ħadd ma jista’ jiċħad il-fatt li Malta saret pajjiz modern wara t-Tieni Gwerra Dinjija, wara li ħadna l-Indipendenza, wara li sirna Repubblika. Hawn min jgħid li bid-dħul ta’ Malta fl-EU se nkomplu navvanzaw. Pero’ waħda mill-ġrajjiet li tajjeb niftakru fiha, li kienet ġrajja tassew importanti fil-mixja ta’ l-iżvilupp ta’ pajjiżna, kienet il-ġlieda politiko-reliġjuża tas-Snin 60. Kumbinazzjoni f’kull pajjiz zviluppat tal-Punent kien hemm mument fl-istorja fejn is-saħħa tal-knisja lokali kellha tiġi ridimensjonata biex il-pajjiż jiżviluppa f’sens modern.

F’Malta t-taqtigħa bdejn is-sekulariżmu progressiv u l-konservattiviżmu tal-Knisja bdiet fis-Snin 20 u 30, waqfet għal żmien il-gwerra, u tkompliet 50 sena ilu meta bdiet it-tieni parti tat-tilwima bejn il-forzi sekulari ta’ pajjiżna u l-Knisja li ma ridetx tagħraf is-sinjali taż-żminijijet ta’ wara l-gwerra.

Sfortunatament illum waqt id-dibattitu jaħraq dwar l-introduzzjoni ta’ divorzju SEKULARI reġa’ tfaċċa l-ispettru tal-ġlieda politiko-reliġjuża. Iva niktbuha b’ittri kbar dil-kelma SEKULARI għaliex ma nistgħux nifhmu kif il-Knisja Kattolika Maltija mhux qed tagħraf is-sinjali taż-żminijiet lanqas illum u taħseb li għadna ngħixu fis-Snin 60 u tbeżża’ bl-Infern lil min irid idaħħal jew jappoġġja inizjattiva purament SEKULARI, għax ħadd mhu qed jissuġġerixxi fl-ebda ħin li d-divorzju SEKULARI jkun imponut fuq żwiġijiet reliġjużi. Imma ara l-Knisja Kattolika Maltija, trid timponi lilha nnifisha fuq iż-żwieġ ċivili. Read more…