Home > Opinion > Tliet raġunijiet għalfejn m’għandekx tivvota GonziPN

Tliet raġunijiet għalfejn m’għandekx tivvota GonziPN

Min ma jirrealiżżax x’inhu jiġri fil-preżent hu kkundannat li jbati fil-futur, kif batejna fl-aħħar 4 snin!

1. Lawrence Gonzi uriena li mhux vera għandu par idejn sodi biex imexxi pajjiz. L-unika esperjenza politika li kellu bħala Prim Ministru u li fiha għamel xi ħaġa sura kienet … ħa naħsbu, meta fetaħ l-‘iState of the Art’ Mater Dei li sewa d-doppju u li xorta mhux jaqdina u kellu jilqa’ mas-7,500 pazjent (kliem il-Ministru Cassar stess!) fil-kuriduri s-sena l-oħra? X’tana iktar? Pari idejn sodi meta għandu ribelljoni mill-back benchers tiegħu u l-varji Franco Debono, Jeffrey Pullicino Orlando, Jesmond Mugliett, Frank Portelli eċċ il-ħin kollu iniggżuh? Meta dan sab il-flus biex jagħti żjieda lilu nnifsu u lil sħabu l-ministri ta’ €500 fil-ġimgħa minn wara dahar kulħadd u mbagħad tiġi l-assoċċjazzjoni tal-ġenituri tal-persuni bi bżonnijiet speċjali tibki li tnaqqsulhom il-fondi? Li kellu l-miljuni għal pont li ma jwassal għal imkien imma issa kellu jnaqqas mill-fondi ta’ aġenziji bħas-Sedqa u Appoġġ li jagħmlu xogħol soċjali siewi ħafna ? Li vvota kontra r-rieda tal-poplu espressa fir-referendum tad-divorzju? Li fi żmienu kellna dejn nazzjonali rekord? Li falla lill-AirMalta? Li tnejjek bil-kaċċaturi? Jekk tivvota GonziPN dan jerġa’ jkun il-Prim Ministru li jmexxi kull aspett ta’ hajtek, tal-familja tieghek u ta’ uliedek.
2. Dawwar lilu nnifsu bl-hekk imsejħa ‘oligarkija’, terminu użat minn back bencher Nazzjonalista stess, magħrufa għal ‘membri tal-kabinett mhux eletti’ li jużaw nies bħas-Saħħara tal-Bidnija biex iwettqu  vjolenza psikoloġika fuq min ma jaqbilx ma’ GonziPN, ghira u l-kultura tal-parrinu, uhud minnhom qeghdin fil-Parlament u uħud le. Jekk tivvota GonziPN dawn jistghu ikunu l-Ministri tieghek fil-Gvern li jmiss: Tonio Fenech li jitkellem mal-Madonna u b’każijiet ta’ frodi fid-Dipartiment tal-VAT taħt imnieħru,  Carm Mifsud Bonnici li għandu supermarket tad-droga l-ħabs, Dolores Cristina li tellfet miljuni ta’ euro fi proġetti tal-EU minħabba l-istraġi fl-EUPA, Austin Gatt il-bulldozer li tana t-traġikummiedja tal-Arriva u l-Ghost City flok Smart City u l-5,600 job imwegħda li baqgħu ma ġewx u għandu taħtu t-Transport Malta bil-każijiet ta’ korruzzjoni kollha tagħha, George Pullicino li jinpjega konsulenti bis-€6,000 fix-xahar u oħrajn. Ehh bil-ħaqq dwar l-impjiegi, u xi ngħidu għall-eks kunsillier tal-PN f’tas-Sliema li ftaħar li lill-ħaddiema Laburisti jħallashom inqas minn dawk Nazzjonalisti minħabba t-twemmin politiku tagħhom?

3. GonziPN m’ghandux proposti konkreti ghall-pajjiz. Proposti konkreti jfisser proposti li tghid minn fejn se ggib il-flus ghalihom. Jekk tivvota GonziPN, se tiehu Gvern minghajr proposti, li bil-fatti jrid jiggverna spirtu pront u minghajr direzzjoni. Lanqas għandu direzzjoni llum u ġab pajjiż fi kriżi u problemi li għadna kemm semmejna,  gvern bla maġġoranza fil-Parlament li ġab staġnar fil-pajjiż, aħseb u ara kemm hu lest li jmexxi ħames snin oħra! Qatt smajt lil GonziPN jgħid x’se jagħmel wara l-elezzjoni li ġejja? Moħħu biss biex jakkuża lil-Labour li m’għandux proposti meta l-gvern ta’ GonziPN stess qed jgħix minn jum għal jum u qed jipprova jixtri ż-żmien, tant li l-Parlament ħareġ b’vaganzi twal tal-Għid.

Lest li tafda ruhek, familtek u l-futur tat-tfal tieghek f’idejn GonziPN? L-ghazla F’IDEJK.

Dan l-artiklu qed jinkiteb mingħajr l-ebda apoloġija lil ħadd. Anzi. Min għandu l-għali jkompli jżidu!

Advertisements
  1. April 1, 2012 at 12:10 pm

    Prositt Mazzun …. say no more … obvious stuff for those

    NOT in DENIAL …

    No For Gonzi …. the street voice of 3,862 persons to date … a few of the many more suffering in silence and left out of the GonziPN ‘ klikka ‘ equation …. will publish this .

    http://www.facebook.com/pages/NO-FOR-GONZI/299575111320

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: