Home > Opinion, Uncategorized > Kemm il-Knisja vera thobb lill-uliedna?

Kemm il-Knisja vera thobb lill-uliedna?

Is-sitt punt tal-Knisja kontra d-divorzju jurtana hafna lilna tal-mazzun ghaliex huwa punt li juri l-ipokrezija grassa tal-Knisja Kattolika. Dan il-punt isostni li jekk il-fidili jivvotaw favur id-divorzju ma jhobbux il-familja u lill-uliedhom.

Il-mistoqsija li se nistaqsu l-Knisja hija din: Min ihobb lill-uliedu l-aktar? Min jixtieq li jibnilhom futur biex jekk ma jirnexxix iz-zwieg taghhom ikollhom it-tieni cans isibu xorti jew min qatta’ eluf ta’ snin jabbuza t-tfal u jkisser il-familji bl-Inkizizzjoni, bl-Interdett, bid-Dnub il-Mejjet, l-Exkomunika u mitt metodu iehor ta’ tortura fizika u psikologika?

F’dawn l-ahhar snin min kaxkar saqajh biex isolvi l-problema tal-pedofilija minn qassisin predaturi li jattakkaw u jassaltaw lil dawk li l-innocenti li l-inqas li jistghu jipprotegu rwiehhom?

IL-KNISJA KATTOLIKA!

L-EWWEL PARTI –

IL-PEDOFILIJA U L-PAPA GWANN PAWLU II

Meta l-Papa Gwann Pawlu II kien jghix fil-Polonja bhala l-Kardinal Karol Wojtyła, dan xela lill-pulizija sigrieta li k ellhom vizzju jakkuzaw il-qassisin Pollaki b’abbuz sesswali biex jaqbdu maghhom. (New York Times, 3/28/10). Ghal Wojtyła, il-problema tal-pedofilija Pollakka ma kienet xejn hlief hlieqa Kommunista bil-ghan li thammeg il-Knisja.

Sal-bidu tas-snin tmemin, Wojtyla li sa daz-zmien kien lahaq Papa ttratta l-istejjer kollha dwar il-pedofilija fil-Knisja bhala stejjer ivvintati li l-ghan wahdieni taghhom kien li jhammgu u jdaghajfu l-Knisja. Il-Papa Gwann Pawlu II baqa’ jirraguna hekk ghall-ghoxrin sena shah.  U ahna tal-mazzun ninsabu certi li din l-attitudni m’accettawhiex bhala wahda mis-sinjali li dan il-Papa kien qaddis?

Illum, li l-Polonja ilha li hellset mill-madmad Kommunista u hija membru ta’ l-UE, hadd ma jiskanta li l-abbuzi sesswali mill-qassisin ma’ waqqfux. Anzi, regghu qed ifeggu stejjer godda bil-mod il-mod. Kitba fil-gazzetta ewlenija Pollakka ta’ kuljum, Gazeta Wyborcza, spjegat kif ragel ta’ mezza eta’ iddiskriva kif abbuzah qassis meta kien ghadu tifel. Hu spjega kif il-Polonja mhiex lesta taccetta l-pjaga tal-pedofilija mill-qassisin li bhala l-qaddejja t’Alla huwa mpossibli li jaghmlu atti bhal dawn. “Ghadu kmieni wisq … tistghu timmaginaw il-hajja ta’ xi hadd li joqghod f’villagg jew rahal zghir li jiddeciedi li jitkellem fuq abbuz bhal dan? Diga qed nara l-kumitat tad-difiza ghall-qassisin akkuzati.”

Minkejja li qassisin pedofili ghadhom jigu protetti fil-Polonja u f’pajjizi ohra fejn il-kleru huwa meqjuz ‘il fuq mill-ligi, f’pajjizi ohra din il-hnizrija qieghda tinkixef. Illum, ma tghaddix gurnata li ma nisimghux b’xi kas gdid ta’ xi qassis li abbuza t-tfal. Anke f’Malta kellna kazijiet li ilhom ghaddejjin 25 sena u li issa fl-ahhar spiccaw il-qorti. F’xi pajjizi, il-prattika tal-pedofilija ilha ghaddejjin is-sekli u l-Knisja kellha bilfors tikkopera ma’ l-awtoritajiet civili ghax hareg kollox fil-berah.

Ahna m’ghandniex dubju li hafna qassisin abbusivi jhobbuhom it-tfal. Ihobbuhom biex dak li ma jistghux jaghmluh man-nisa ghax mhux permess (minhabba c-celebat), jaghmluh mat-tfal ghax huma dghajfa u jekk xi hadd minnhom jitkellem, min se jiehu bis-serjeta’ l-kelma ta’ tifel zghir fuq il-kelma ta’ qaddej t’Alla?

Bl-ardir kollu, dawn in-nies li qatt ma jista’ jkollhom tfal minn demmhom, iridu jghallmu lilna l-genituri  dwar l-imhabba vera u sinciera lejn uliedna. Lilna jridu jghallmu, ahna li hafna minna ommijiet u missirijiet bilkemm naslu nikkastigaw lill-uliedna meta joqghodu mqarrbin, ahseb u ara kemm se nabbuzawhom ripetutament fuq tul t’eghxieren ta’ snin sakemm inkissruhom fizikament u psikologikament.

(Jissokta ghada)

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a comment