Home > Opinion > Kemm il-Knisja vera thobb lill-uliedna?

Kemm il-Knisja vera thobb lill-uliedna?

IT-TIELET PARTI – FIL-KNISJA MHUX KULHADD INDAQS

It-toleranza li l-Knisja Kattolika ghandha lejn il-qassisin pedofili ma testendihiex ghal kontroversji ohra bhall-omosesswalita’ fost il-qassisin, iz-zwieg tal-qassisin u l-qassisin nisa. Ma nistghux ma nsemmux dawk il-qassisin radikali li sfidaw il-gerarkija konservattiva tal-Knisja fl-Amerka t’Isfel bit-teologija tal-liberazzjoni u li spiccaw iccensurati u ma jistghux jifthu halqhom. Hawn Malta l-istess, araw x’ghamlulu lill-Patri Mark Montebello!

U xi nghidu fuq dawk il-qassisin li qed jahdmu biex il-Knisja tnehhi l-ideat immuffati li ghandha fuq il-kontracezzjoni, li lesti jippresiedu fuq zwieg bejn l-istess sessi u li jemmnu li n-nisa ghandhom jinghataw l-istess drittijiet ta’ l-irgiel fil-knisja u jithallew isiru sacerdoti? Dawn kollha jispiccaw iccensurati jew aghar minn hekk, jeqirdulhom il-karriera taghhom u jigu nvestigattiv bl-aktar mod ahrax mis-superjuri taghhom.

Il-mexxejja tal-Knisja Kattolika jinsew li l-pedofilija hija reat u ghalhekk bhala cittadin ta’ stat sekulari, qassisin pedofili huma suggetti ghall-ligjiet bhal kulhadd.

L-Awtoritajiet tal-Knisja li jiddefendu l-qassisin pedofili huma accessorji ghal dawn ir-reati u ghalhekk qed jahdmu biex jimblukkaw il-gustizzja. Dan hafna drabi jaghmluh billi jsostnu fil-qrati civili li l-kwistjoni tal-pedofilija hija “affari tal-knisja” u meta l-istat jinsisti li jinvestiga dawn ir-reati jixluh li jkun qieghed inaffar il-liberta’ tar-religjon bhalikieku li tassalta sesswalment it-tfal minoreni huwa xi sagrament. Fil-fatt, hafna ufficjali tal-knisja jghidu lild-devoti taghhom biex ma jitkellmux ma’ l-awtoritajiet ta’ l-istat. Ma joffru l-ebda assistenza pastorali lill-vittmi ckejknin u l-familja trawmatizzati taghhom. Ma jinvestigawx biex jaraw jekk tfal ohra spiccaw abbuzati mill-istess qassis jew grupp ta’ qassisin; u sahansitra, xi qassisin zghazagh gew mhedda bl-iskumnikazzjoni jekk jifthu halqhom.

Fl-Istati Uniti, xi mexxejja ta’ xi parroci spiccaw hadu l-qorti lil dawk li qalu li se jikxfu l-hnizrijiet li l-Knisja qed thalli l-qassisin taghha jaghmlu! Wara li wiehed mill-qassisin tieghu gie mixli li assalta sesswalment tifel ta’ sitt snin, il-Kardinal Bernard Law wiegeb: “it-tifel u l-genituri tieghu kkontribwixxew ghall-abbuz talli kienu negligenti”. Dan il-Kardinal qatt ma spicca l-habs talli heba mijiet ta’ kazijiet ta’ pedofilija.

Il-Papa Gwann Pawlu II ikkastiga lil Kardinal Law billi hadu jahdem il-Vatikan u taht palazz lussuz u stipendju generuz

Fl-2004, meta s-sitwazzjoni saret tahraq hafna ghall-arcidjocesi ta’ Boston, il-Kardinal Law gie salvat mill-Papa Gwann Pawlu II li hadu biex imexxi wahda mill-Basilici ta’ Ruma fejn issa jghix ghal qalbu f’palazz lussuz b’stipendju generuz protett bl-immunita’ diplomatika! Imhallef tar-Rota Divina Rumana – l-oghla qorti ekklesjastika – kiteb artikli bl-approvazzjoni tal-Vatikan li isqfijiet u kardinali m’ghandhomx jirrapportaw kazijiet ta’ reati sesswali mill-kleru lill-awtoritajiet civili. U dawn semghu minnu ghaliex ghal snin twal, isqfijiet u kardinali kullimkien (inkluz f’Malta) hbew mijiet ta’ kazijiet u ma kkoperawx ma’ l-awtoritajiet billi jonqsu milli jaghtuhom id-dokumenti dwar min jabbuzaw sesswalment bl-iskuza li dawn huma kunfidenzjali u li ghandhom l-istess protezzjoni bhas-sigriet tal-qrar – argument li m’ghandu l-ebda bazi la fil-ligi civili u lanqas f’dik kanonika.

L-Isqof James Quinn ta’ Cleveland wasal biex heggeg lill-ufficjali tal-Knisja jibghatu files mimlija b’evidenza t’attivita’ sesswali kriminali kontra l-minoreni lill-Ambaxxata tal-Vatikan f’Washington halli dawn igawdu l-immunita’ diplomatika u ma jkunux jistghu jintuzaw fil-qorti.

(JIssokta ghada)

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a comment