Archive

Posts Tagged ‘PBS’

Lokijiet Laburisti jew Malta tal-Mickey Mouse!

August 1, 2016 3 comments
flushing toilet

Il-PL se jlaħħaq kap tal-PBS bniedem li kien jgħajjar lil-Laburisti lokijiet jiffluxxjaw!

Dawn huma t-tip ta’ nies li mtela’ bihom il-PL – partit li sar mimli opportunisti li kulħadd jaf min huma u li kulħadd irrabbja meta l-Prim Ministru, daħħalhom fil-partit u minħabba wegħdi li għamel magħhom minn wara dahar kulħadd, tahom perkaċi aqwa mill-aqwa Laburist li kien ħaqqu ferm aktar minnhom.

Read more…

Advertisements

Il-Ħdura ta’ Dafni!

June 17, 2013 Leave a comment

Daphne-mass-meeting

Ferm Interessanti dak li kitbet  Dafni fuq l-għazla ta’ Joseph Muscat ta’ Lou Bondi u bħas-soltu spikkat il-ħdura personali li għandha kontra kull ħaġa Laburista. Huwa dan id-difett kbir li għandha li tant in-nuċċali tagħha huwa mtappan bil-ħdura li anke meta forsi jkollha xi ftit raġun fl-argumenti tagħha, dawn tfottihom permezz tal-fanatiċizmu kbir anti-Laburista li għandha.

Il-kritika ewlenija tagħha fuq il-kwistjoni ta’ Joseph Muscat hija li kien hu u l-Partit Laburista li ġiegħlu l-poplu jobgħod lilha u lil Lou Bondi għax huma dejjem il-“fatti” qalu. Issa jekk tħarsu naqra lejn il-kitbiet tagħha tindunaw li dawn mimlijin dettalji personali u kritika tad-difetti ta’ nies Laburisti li ħafna drabi ma jkollhom xejn x’jaqsmu mas-suġġett fil-kwistjoni.

Read more…

Insult lejn il-Laburisti Kollha!

June 15, 2013 7 comments

LooL-għazla ta’ Lou Bondi fuq bord organizzativ huwa zball kbir ta’ partit li jew diġa tilef il-boxxla jew qed ikompli juri li m’għandux fiduċja li l-Laburisti jistgħu jagħmlu xogħol siewi fuq bordijiet bħal dan.

B0ndi huwa s-simbolu ta’ xandir Nazzjonalisti moqziez u antagonist lejn il-Partit Laburista minkejja l-fatt li dan il-partit stess daħħlu jaħdem fil-PBS fl-1997. Bondi tant huwa bniedem biased kontra l-PL li rnexxiellu jikkonvinci ruħu li hu bilanċjat minkejja li anke nies li mhumiex Laburisti bħal Saviour Balzan u Raphael Vassallo kkritikawh kemm-il darba għal mod kif joħroġ sidru għall-PN u jaqbez għas-sinjura Daphne Caruana Galizia li kulħadd jaf l-imħabba li għandha lejn il-PL.

Ma’ dan iridu nzidu r-rabtiet ta’ Bondi ma’ Austin Gatt u mal-Forestals, specjalment ma’ Tancred Tabone tal-korruzzjoni taz-zejt u l-kwistjoni ta’ John Dalli. Kif jista’ Joseph Muscat jafda bniedem bhal dan?

Read more…

Il-vot tal-faqar ta’ Dun Joe Borg ‘Bejrut’ jiswa €25K+ fis-sena!

March 22, 2012 1 comment

Fr Joe Borg

Aħna tal-Mazzun sa mill-ewwel ġurnata tagħna ħadniha qatta bla ħabel kontra l-ipokrezija tal-Knisja Kattolika Maltija, u ħdimna biex jgħaddi r-referendum tad-divorzju. Jekk hemm persuna li tippresonfika dan il-lat ħażin tal-Knisja dan żgur huwa Dun Joe Borg, magħruf bħala ‘Bejrut’, li bħala qassis missu jġib ruħu ferm differenti milli qed jagħmel. Jekk xejn, qed imur kontra l-vot tal-faqar li suppost ħa bħala qassis, għaliex talli jagħti l-pariri kif jitmexxa l-PBS qed jieħu mal-€25,000 fis-sena, kif żvelat il-Ministru tiegħu Dolores Cristina fil-Parlament! U jidher ovvju li l-PBS huwa forċina ta’ GonziPN u qed jitmexxa b’mod oxxen!

Read more…

Categories: News Tags: , ,

Min verament għandu l-għatx għall-poter? – Dissett

January 21, 2012 1 comment

</object>

PBS as a deflective shield – Il-Video Blog ta’ Saviour Balzan

August 28, 2011 1 comment

PBS chairman resigns, says he was set up – timesofmalta.com

May 23, 2011 Leave a comment

PBS chairman resigns, says he was set up – timesofmalta.com.

Nota tal-Mazzun: Mela sew, tieħu drink żejjed u jkollok tirriżenja imma tagħmel snin twal tħalli lil min jeqred l-ambjent, ibagħbas il-flus tal-VAT taħt imnieħrek, jagħti jobs for the boys b’salarji oxxeni, u jpaxxi lill-Knisja, biex nsemmux il-fatt li lanqas qassis wieħed għadu ma ttella’ l-qorti biex iwieġeb għal akkużi ta’ abbuż sesswali fuq tfal, hekk sew, m’hemmx għalfejn tirriżenja, u tibqa’ hemm tpappiha. Forsi tara l-Madonna tibki wkoll.

Categories: News Tags: , , ,
%d bloggers like this: