Archive

Posts Tagged ‘Partit Laburista’

Il-Partit “Laburista” Tilef Ruħu!

August 15, 2016 3 comments
Partit ta' Gasan

Il-Partit Laburista sar il-Partit ta’ Gasan!

Qabel kulħadd jibda jgħajjar. Il-paġna tal-Mazzun dejjem kienet paġna favur il-Partit Laburista. Ibbakkjajna l-partit fil-ġlieda tad-divorzju, biex il-gays u t-transseswali jingħataw id-drittijiet tagħhom u fl-elezzjoni biex neħilsu minn wieħed mill-aktar gvernijiet korrotti u falluti li qatt kellha Malta.

Pero, aħna ma nilgħaqu lil ħadd u ngħiduha kif inhi. Il-PL tilef ruħu u mhux imbilli noqgħodu nagħmlu t-tejatrini fuq il-qabar ta’ Mintoff. Aħjar ngħidu x’kien jagħmel kieku Mintoff baqa’ ħaj u qed jara kif il-partit tiegħu ġie żarmat minn dak kollu li kien jagħmlu partit tal-ħaddiem; partit li fuq quddiem dejjem poġġa lill-fqir, lill-batut u lill-emarġinat. Partit li ġġieled bis-sħiħ lil ħnieżer li aktar ma jkollhom aktar iridu u l-qliegħ jagħmluh billi jeqirdu l-isbaħ partijiet tal-pajjiż u jirfsu fuq id-drittijiet tal-ħaddiema.

Read more…

Advertisements

Jaqaw Malta mhiex tal-Laburisti wkoll?

August 15, 2013 6 comments

Aħna tal-Mazzun nirċievu ħafna ittri u messaġġi, u forsi l-aktar li jolqtuna huma dawk li qed jixlu lill-gvern tagħhom li biex ma jdejjaqx in-Nazzjonalisti qed jagħmel kollox bil-mod u bil-ħlewwa ma jmurx iweġġgħa s-sentimenti ta’ nies li dejjem qiesu lill-Laburisti bħala ċittadini tat-tieni klassi.

Oħrajn ma jistgħux jifhmu kif huma ilhom snin jimmilitaw fil-Partit Laburista u ħafna Nazzjonalisti li qalbu qabel l-elezzjoni li għaddiet u li llum il-maġġoranza zammew il-posizzjoni tagħhom jew ingħataw xogħolijiet b’pagi t’eluf, qed jiġu stmati ferm aktar minnhom mill-partit.

Saħansitra kien hemm min qalilna li l-Partit jibza’ juza’ Laburisti għax jaħseb li se jwaqqgħulu wiċċu l-art u għalhekk ħallew ħafna Nazzjonalisti f’posthom.

Ħafna għadhom isemmu lil Lou Bondi u ma jistgħux jifhmu kif dan daħal taħt il-ġewnaħ ta’ Joseph Muscat.

Aħna tal-Mazzun ma’ naqblux ma’ transfers vendikattivi. Min ħawwad, għaffeġ u weġġa’ lil ħaddieħor għandu jieħu li ħaqqu, kuntratt jew mhux kuntratt. Izda qed ninnotaw li l-Partit aktar qisu qed jaħdem biex izomm miegħu lil dawk li qalbu fl-aħħar elezzjoni milli biex jagħti l-ġustizzja lil dawk il-Laburisti li ilhom ibatu 25 sena.

U l-maġġoranza tal-Ministri nkluzi l-Prim Ministru qed ikunu nsensittivi ħafna dwar dawn il-weġġgħat, qishom mhux jagħrfu li s-suldati tal-Partit trid tittrattahhom tajjeb u mhux tinsihom kif titla’. Ir-risposti ta’ ħafna ministri hija li ma’ jistgħu jmissu lil ħadd għax għandhom il-kuntratti, imbagħad ħallihom joħorġu l-ħnizrijiet li saru fil-Ministeri. Jekk trid tbiddel l-affarijiet u tagħmel il-ministeri aktar effiċjenti, kif jista’ jkun ma tneħħix lil min kissirhom taħt il-PN?

Il-Gvern Laburista jaħseb li l-poplu se jibqa’ jaċċetta l-iskuza li l-affarijiet mhux jimxu sew għax instab ħerba? U jekk min għamel il-ħerba mhux jinqabad u jingħata li ħaqqu, il-Gvern Laburista jippretendi li ma nikkritikawħx? U xi ngħidu għal dawk ir-ruxxmata Laburisti f’dipartimenti  li baqgħu jinħaqru taħt in-Nazzjonalisti, issa li dawn ħadu r-ruħ għax jafu li ħadd mhu se jmisshom? Din ġustizzja Laburista? Din Malta Tagħna Lkoll?

Il-Gvern Laburista jaqbillu jagħti kaz lil min vera ilhom jgħinu snin twal u min verament għandu bzonn li miegħu ssir ġustizzja għaliex aħna tal-Mazzun induru man-nies, u ħafna minnhom kelma waħda: ISSA JIĠU GĦALL-VOT TAL-PARLAMENT EWROPEW ĦA NAGĦTUHULHOM?

 

 

%d bloggers like this: