Archive

Posts Tagged ‘ODZ’

Mr. Bailout!

March 26, 2016 Leave a comment

Armi flusek

It-talba mill-PN biex in-nies isellfuhom 10 000 ewro u jingħata imgħax ta’ 4% fuq medda t’għaxar snin żgur li hija waħda mill-akbar ċajtiet ta’ Simon Busuttil minn kemm ilu li laħaq kap tal-PN.

Bla dubju li din it-talba hija prova ċara ta’ kemm jinsab finanzjarment ħażin il-PN u prova ta’ kemm il-MPs Nazzjonalisti li stagħnew u qalgħu l-belli liri matul 25 sena jiffungaw u jerdgħu minn fuqna, huma tosti u verament jimpurtahom biss mill-poter.

Read more…

MEPA = IL-LAGĦQIN TA’ GONZIPN!

March 14, 2012 1 comment

Din binja llegali li se tingħata l-legalita' minkejja li Gonzi, Austin Walker u l-MEPA darba qalu li mhux se jingħata permess għall-bini fl-ODZ. Imma issa drajna ma nemnux waħda milli jgħid Gonzipn.

Tiftakru kemm Gonzipn qal li se jirranġa l-MEPA wara l-ħniżrijiet li għamlet qabel l-2008?

Tiftakru l-ftaħir ta’ Gonzipn u ta’ Mario de Marco dwar ir-riforma finta tal-MEPA wara l-elezzjoni tal-2008?

Tiftakru l-ħniżrija tad-dar tal-President tal-PN mibnija f’nofs il-Baħrija?

Tiftakru s-supermarkit tal-LIDL li bena ċ-Ċaqnu F’Bir id-Deheb eżatt fir-rotta ta’ fejn jinżlu l-ajruplani fl-ajruport?

Tiftakru l-permessi lill-bini f’Wied il-Għasel u fil-Wied ta’ Marġa f’Għawdex?

Read more…

Il-Kredenzjali Diżastrużi Ambjentali ta’ Gonzipn!

February 12, 2012 3 comments

Sfreġju fit-Tafal ta' l-Imdina approvat mill-MEPA riformata tal-Gonzipn.

Tiftakru kif qabel l-elezzjoni tal-2008 Gonzi ħalla lill-MEPA tagħmel li trid?

Uħud forsi jinsew il-froġa li għamlet il-perita taċ-Ċaqnu Catherine Galea u kif kellha tirreżenja bil-bord kollu tal-MEPA ftit qabel l-elezzjoni biex Gonzi juri kemm hu serju fuq il-protezzjoni ta’ l-ambjent.

Read more…

L-Istilel ta’ Gonzi (It-Tieni Parti)

September 8, 2011 1 comment

Ghall-Ministri Nazzjonalisti l-fondi pubblici huma mezz ta' kif jithanzru!

Giovanna Debono – Ministru t’Ghawdex

Omm l-Ghawdxin Nazzjonalisti kollha li xtaqet li kieku l-MEPA fottiet Hondoq ir-Rummien halli l-Ghawdxin ikollhom aktar gid f’art u bini; qisu m’ghandhomx bizzejjed.

Il-Ministru t’Ghawdex tnat hi up to date fuq il-gzira ta’ tlett gholjiet li lanqas kienet taf bl-isfregju li ghamel il-film-set ta’ Game of Thrones fuq id-Dwejra. Min jaf ghax forsi ma’ kellux x’jaqsam mal-bini u l-ispekulazzjoni.

Read more…

%d bloggers like this: