Archive

Posts Tagged ‘Michael Falzon’

KONRAD MIZZI MA JĦOBBUX IL-PARTIT!

May 1, 2016 3 comments

Konrad Joseph

FL-opinjoni tiegħi ta’ Konrad Mizzi kienet waħda posittiva ħafna. Kien jolqotni bħala bniedem teknokratiku, jaf xogħolu u jaf is-sengħa ta’ l-immaniġġjar speċjalment fix-xogħol li speċjaliżża fih, il-qasam ta’ l-enerġija.

Għalhekk qatt ma kont nistenna li kien se jibqa’ kkakkmat mal-poter u minkejja li hu stess ammetta li kien żball li fetaħ kont fil-Panama, qatt ma offra r-riżenja tiegħu minn Ministru.

Dan wassal biex poġġa lill-Prim Ministru f’diffikulta kbira għax waqgħet fuqu l-għażla x’jagħmel b’Konrad. Iżda jekk dan kien egoist biżżejjed li jibqa’ ministru, il-Prim ma missux dam daqshekk biex iġiegħlu jitlaq. Minn naħa l-oħra, Mizzi kien joħroġ ta’ raġel kieku ta’ r-riżenja ma’ l-ewwel ġurnata li ħarġet l-aħbar dwar il-kont fil-Panama. Kieku sal-lum, żgur li reġa daħal fil-kabinett ta’ Muscat.

Read more…

Advertisements

Gonzipn itawwal l-agonija

April 28, 2012 1 comment


Hija stramba kif il-Prim Ministru mhux jinduna li aktar ma jtawwal aktar qed jaqa’ għan-nejk?

Għamel elezzjoni farsa għat-tmexxija tal-PN fejn ħareġ hu u kkontesta waħdu u bħalma qallu kulħadd ma solviet xejn ħlief li naqqsitlu aktar il-popolarita’ għax uriet li din kienet biss mekkaniżmu ieħor biex itawwal.

Read more…

Gonzipn – Li jwiegħed ma jwettqux!

March 25, 2012 1 comment

Żewġ wegħdi ewlenin tal-Manifest tal-PN li ma żammewx miegħu għaliex id-dejn reġa sploda u t-toroq kollha ħofor.

Illum smajna waħda sabiħa mingħand Gonzipn li skond hu Joseph Muscat qiegħed iwiegħed kollox lil kulħadd. Ara vera kif kien jgħid missieri, lis-spiżjar milli jkollu jtik. Attwalment mhux l-ispiżjar kien isemmi imma ma rriedux inkunu pastażi.

Read more…

%d bloggers like this: