Archive

Posts Tagged ‘evarist bartolo’

X’POTER GĦANDU BANNISTER?

May 2, 2016 1 comment

BannisterIl-Professur Bannister qisu wirdiena. Jiġri x’jiġri jibqa’ mwaħħal mal-poter u ħadd m’għandu l-bajd li jneħħieħ mill-Kap tal-Malta Financial Services Authority. 

Hija tassew stramba li wara li qala’ kritika kbira qabel l-elezzjoni għal diversi deċiżjonijiet jew nuqqas ta’ deċiżjonijiet li ħa f’rigward l-operata tal-Bank BOV mill-Partit Laburista, waħda mill-ewwel deċiżjonijiet li ħa l-Prim Ministru kienet li jġeddidlu l-kuntratt għall-ħames snin bħala l-Kap tal-MFSA li f’dan iż-żmien Bannister se jaqla’ xejn anqas minn 400 000 ewro!

Read more…

Min verament għandu l-għatx għall-poter? – Dissett

January 21, 2012 1 comment

</object>

Fenech Adami: Annullamenti IVA (3?!) – Divorzju LE

May 21, 2011 3 comments
Fenech Adami family meets Pope Benedict XVI

Il-familja Fenech Adami tiltaqa' mal-Papa Benedittu XVI. Dawk li ħadu TLIET (3) annullamenti jinsabu fir-ritratti. Min huma?

Skont dan ir-rapport il-PN ma ħalliex lil Beppe Fenech Adami, membru parlamentari tal-PN u iben l-ex Prim Ministru u Mexxej Nazzjoanlista Eddie Fenech Adami, jieħu sehem fil-programm Xarabank tal-bieraħ li ddiskuta d-divorzju. Ir-raġuni kienet li l-PN ma riedx li jassoċċjaw lilu u lil missieru wisq mal-kamp tal-LE kontra d-divorzju u dan iwassal biex iktar Laburisti joħorġu jivvotaw favur.

Ma kinetx aħbar li hi aħbar għaliex fuq l-Internet mill-ewwel ġriet il-kelma u kulħadd beda jfajjar is-sigriet magħruf, skond l-ilsna ħżiena, tal-familja Fenech Adami: dawn l-arċi Kristjani, dawn id-difensuri tal-Fidi, dawn li jmorru l-quddies kuljum u jibilgħuha, dawn li huma assolutament kontra d-divorzju u se jibqgħu jivvotaw kontrih fil-Parlament anke jekk jirbaħ l-IVA fir-referendum, għandhom membri tal-familja li ħadu mhux annullament wieħed, imma TNEJN (2). U anke TLIETA ssemmew. Read more…

%d bloggers like this: