Archive

Posts Tagged ‘Anton Attard’

BOĊĊA ĦDURA!

May 15, 2016 1 comment

bitch

Aħna tal-Mazzun għalhekk nirrabbjaw għall-PL għaliex meta dan jipprova joffri l-id tal-ħbiberija lill-PN u dawn dejjem jigmuhielu u jobzqulu fuqha. 

Tiftakru meta bagħtu lil Tonio Borġ fl-UE u ħadd ma riedu, u l-PL ħadmu għalih biex jintgħażel?

L-istess għamlu l-PN għal Toni Abela u qed jheddu li jagħmlu l-istess lil Leo Brincat!

Tifkaru meta l-PL ħadem id f’id mal-PN dwar il-gwerra li kien hemm fil-Libja?

Ħadem mal-PL f’xi ħaġa l-PN?

U  żgur li le. Anzi kienu, għadhom u jibqgħu jtellfu kemm jifilħu; u aktar ma’ l-PL jikseb suċċessi ekonomiċi, aktar se jtellfu għaliex għandhom għira bażwija li dan il-Partit ta’ l-Injoranti, pastażi u baxxi qed jagħmel suċċess aktar mill-avukati, tobba u negozjanti tagħhom.

L-għan waħdieni tan-nies li qed imexxu l-PN illum hu, li b’xi mod iwaqqgħu l-PL, ħa jerġgħu jitilgħu u parasiti bħal Ann Fenech, RCC, DCG u r-raġel tagħha, Peter Fenech, Stefano Mallia, Georg Sapiano u l-Boċċa jerġgħu jibdew jerdgħu l-mijiet t’eluf ta’ ewros waqt li l-gvern tagħhom jgħakkes lill-poplu b’kontijiet tad-dawl u l-ilma jibqgħu jogħlew u jibqgħu jħaxxnu bwiet min kien iġib il-fjuwil; b’proġetti mimlija korruzzjoni bħal ta’ Mater Dei u l-Power Stejxin ġdida li għamlu; ħalli l-ħbieb tal-ħbieb ikomplu jiffuxxnaw u jistgħanew.

Read more…

Advertisements

Il-Ħdura ta’ Dafni!

June 17, 2013 Leave a comment

Daphne-mass-meeting

Ferm Interessanti dak li kitbet  Dafni fuq l-għazla ta’ Joseph Muscat ta’ Lou Bondi u bħas-soltu spikkat il-ħdura personali li għandha kontra kull ħaġa Laburista. Huwa dan id-difett kbir li għandha li tant in-nuċċali tagħha huwa mtappan bil-ħdura li anke meta forsi jkollha xi ftit raġun fl-argumenti tagħha, dawn tfottihom permezz tal-fanatiċizmu kbir anti-Laburista li għandha.

Il-kritika ewlenija tagħha fuq il-kwistjoni ta’ Joseph Muscat hija li kien hu u l-Partit Laburista li ġiegħlu l-poplu jobgħod lilha u lil Lou Bondi għax huma dejjem il-“fatti” qalu. Issa jekk tħarsu naqra lejn il-kitbiet tagħha tindunaw li dawn mimlijin dettalji personali u kritika tad-difetti ta’ nies Laburisti li ħafna drabi ma jkollhom xejn x’jaqsmu mas-suġġett fil-kwistjoni.

Read more…

Joe ‘Peppi’ Azzopardi coached JPO before 2008 elections | MaltaToday

October 10, 2011 Leave a comment

Joe ‘Peppi’ Azzopardi coached JPO before 2008 elections | MaltaToday.

Nota tal-Mazzun: Biex tiskonġra trid tkun pur Sur Azzopardi.

L-akbar hbieb ta’  Peppi huma Dun Peter, Dun Joe Borg u Joe Saliba li jiftahar li Peppi hajru biex jidhol l-Universita’, izda mhux se nistghagbu li Saliba mar jigri fuqu biex jikkowcja lil Pullicino Orlando.

Read more…

%d bloggers like this: